31979L0694


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Lulju 1979 li temenda d-Direttiva 74/150/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

 ĠU L 205, 13.8.1979, p. 17–18 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 10 P. 55 - 56
 Edizzjoni Speċjali bil-Grieg: Chapter 13 Volume 8 P. 196 - 197
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 10 P. 55 - 56
 Spanish special edition: Chapter 13 Volume 10 P. 152 - 153
 Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 13 Volume 10 P. 152 - 153
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 005 P. 350 - 351

 DA  DE  EN  FR  IT  NL

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
  html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
  pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-24 ta’ Lulju 1979

li temenda d-Direttiva 74/150/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(74/150/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi ċerti sistemi jew partijiet ta’ tratturi li jiffurmaw entità teknika separata huma diġà mqiegħda fis-suq kemm separatament kif ukoll wara li jiġu mmuntati fuq trattur; billi, safejn huwa possibbli li jiġi verifikat dawk is-sistemi jew il-partijiet qabel ma jiġu mmuntati fuq trattur, il-moviment liberu tagħhom jista’ jiġi faċilitat bl-introduzzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip KEE anke għal dawn l-entitajiet tekniċi separati;

Billi hija għalhekk ħaġa mixtieqa li d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3] għandhom jiġu supplimentati mingħajr dewmien b’disposizzjonijiet li jintroduċu dik l-approvazzjoni tat-tip;

Billi l-approvazzjoni tat-tip KEE ta’ entitajiet tekniċi separati li għandhom jiġu mmuntati fuq tratturi tissimplifika l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi billi tevita r-repetizzjoni ta’ ċerti verifiki matul l-approvazzjoni tat-tip; billi għandu jkun possibbli, meta tingħata l-approvazzjoni tat-tip KEE għall-entitajiet tekniċi separati, li jitniżżlu restrizzjonijiet għall-użu tagħhom u/jew kondizzjonijiet għall-iffittjar tagħhom;

Billi għandu dejjem jibqa’ possibbli li jiġu adattati d-Direttivi separati dwar il-progress tekniku fil-produzzjoni ta’ l-entitajiet tekniċi separati; billi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE hija approprjata għal dan il-għan;

Billi l-ħtiġiet tekniċi relatati ma’l-ispazju li fih jopera x-xufier u-twieqi tat-tratturi ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet mingħajr dewmien jew b’żieda mar-regoli eżistenti tagħhom jew minflokhom;

Billi l-verifiki dwar il-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet għandhom isiru taħt il-proċedura tat-tip ta’ l-approvazzjoni KEE għal kull tip ta’ trattur kif previst mid-Direttiva 74/150/KEE; billi huwa għalhekk meħtieġ li din id-Direttiva tiġi supplimentata billi jiġu inkorporati r-referenzi meħtieġa fl-Anness I (Eżemplari ta’dokument tat-tagħrif) u l-Anness II (Eżemplari taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE),

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE qed tiġi emendata kif ġej:

(a) L-Artikolu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 9:

"Artikolu 9a

1. Meta d-Direttivi separati jagħmlu disposizzjoni espressa biex isir dan, it-tip ta’ l-approvazzjoni KEE tista’ tingħata wkoll lit-tipi ta’ sistemi jew partijiet ta’ tratturi li jagħmlu parti minn entità teknika separata.

2. Meta l-entità teknika separata li għandha tiġi approvata taqdi l-funzjoni tagħha jew toffri xi fattur speċifiku biss flimkien ma’ komponenti oħra tat-trattur u għal din ir-raġuni l-konformità ma’ ħtieġa waħda jew aktar tkun tista’ tiġi verifikata biss meta l-entità teknika separata li għandha tiġi approvata topera flimkien ma’ komponenti oħra tat-trattur, sew jekk reali kif ukoll jekk simulati, l-ambitu ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE ta’ l-entità teknika separata għandu għalhekk jiġi ristrett. Iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għal entità teknika separata għandu mbagħad jinkludi xi restrizzjonijiet dwar l-użu tagħha u għandu jindika xi kondizzjonijiet għall-immuntar tagħha. L-osservanza ta’ dawn ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet għandha tiġi verifikata fl-istess żmien ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għat-trattur.

3. L-Artikoli minn 3 sa 9 u 14 għandhom jgħoddu b’analoġija.

Madankollu, d-detentur ta’ approvazzjoni tat-tip KEE għal entità teknika separata mogħtija skond dan l-Artikolu għandu jkun obbligat mhux biss li jimla ċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 5(2), iżda wkoll li jwaħħal ma’ kull entità manifatturata b’konformità mat-tip approvat l-isem kummerċjali jew il-marka, it-tip u, jekk id-Diretttiva separata hekk tipprovdi, in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip."

(b) Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 11:

"Din il-proċedura għandha tgħodd ukoll bil-għan li jiġu introdotti d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip KEE għal entitajiet tekniċi separati fid-Direttivi separati."

(c) Is-sezzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’l-Anness I (Eżemplari tad-dokument tat-tagħrif)

- "8.4.4. L-ispazju li fih jopera x-xufier",

- "8.4.5. It-twieqi".

(d) Is-sezzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’l-Anness II (Eżemplari taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE)

- "7.4.4. L- SD ta’ l-ispazju li fih jopera x-xufier",

- "7.4.5. L-SD tat-twieqi".

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xaħar min-notifika tagħha u għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva jiġu komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Lulju 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

M. O’Kennedy

[1] ĠU C 127, tal-21.5.1979, p. 80.

[2] L-Opinjoni mogħtija fit-22 u 23 ta’ Mejju 1979 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet