31977L0486


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1977 dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta' ħaddiema migranti

 ĠU L 199, 6.8.1977, p. 32–33 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 16 Volume 1 P. 31 - 32
 Edizzjoni Speċjali bil-Grieg: Chapter 05 Volume 2 P. 189 - 190
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 16 Volume 1 P. 31 - 32
 Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 139 - 140
 Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 05 Volume 2 P. 139 - 140
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 05 Volume 01 P. 213 - 214
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 05 Volume 01 P. 190 - 191
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 05 Volume 01 P. 190 - 191

 DA  DE  EN  FR  IT  NL

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-25 ta' Lulju 1977

dwar l-edukazzjoni tat-tfal ta' ħaddiema migranti

(77/486/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta Jannar 1974 dwar programm ta' azzjoni soċjali [3], il-Kunsill inkluda fl-azzjonijiet tiegħu ta' prijorità dawk li jtejbu il-kondizzjonijiet tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fir-rigward partikolarment għall-ilqugħ u l-edukazzjoni tat-tfal tagħhom;

Billi biex jippermetti l-integrazzjoni ta' dawn it-tfal fl-ambjent edukattiv u s-sistema ta' l-iskejjel ta' l-Istat riċevent, għandhom jirċievu tagħlim xieraq inkluż it-tagħlim ta' l-ilsien ta' l-Istat riċevent;

Billi Stati Membri riċeventi għandhom jieħdu ukoll, flimkien ma' l-Istati Membri ta' l-oriġini, miżuri xierqa biex iħajru t-tagħlim ta' l-ilsien omm u tal-kultura tal-pajjiż ta' l-oriġini tat-tfal imsemmija hawn fuq, bil-għan li primarjament jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni possibbli fl-Istat Membru ta' oriġini,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tgħodd għat-tfal li għalihom hija obbligatorja l-attendenza fl-iskola taħt il-liġijiet ta' l-Istat riċevent, li huma dipendenti fuq kull ħaddiem li huwa ta' nazzjonalità ta' Stat Membru ieħor, fejn dawn it-tfal huma residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru fejn l-individwu ta' dik in-nazzjonalità għandu jew kellu attività bħala persuna impjegata.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom, skond iċ-ċirkostanzi nazzjonali u s-sistemi legali, jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li tagħlim b'xejn biex jiffaċilita l-ilqugħ fil-bidu jngħata fit-territorju tagħhom lit-tfal imsemmija fl-Artikolu 1, inkluż, b'mod partikolari, it-tagħlim — adattat għall-bżonnijiet speċifiċi ta' dawn it-tfal — ta' l-ilsien uffiċjali jew wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Istat riċevent.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għat-taħriġ u taħriġ mill-ġdid tal-għalliema li għandhom jagħtu dan it-tagħlim.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, skond iċ-ċirkostanzi nazzjonali u s-sistemi legali, u b'kooperazzjoni ma' l-Istat ta' oriġini, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħajru, b'koordinazzjoni mat-tagħlim normali, it-tagħlim ta' l-ilsien omm u l-kultura tal-pajjiż ta' oriġini għat-tfal imsemmija fl-Artikolu 1

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva fi żmien erba' snin min-notifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-liġijiet kollha, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi jew xort'oħra li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni fi żmien ħames snin min-notifika ta' din id-Direttiva, u wara f'intervalli regolari fuq talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni kollha relevanti biex tippermetti l-Kummissjoni li tirrapporta lill-Kunsill fuq l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1977.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Simonet

[1] ĠU C 280, tat-8.12.1975, p. 48.

[2] ĠU C 45, tas-27.2.1976, p. 6.

[3] ĠU C 13, tat-12.2.1974, p. 1.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet