Id-direttiva tal-kunsill tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati
ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17–18 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 06 Volume 1 P. 196 - 197
Edizzjoni Speċjali bil-Grieg: Chapter 06 Volume 1 P. 249 - 250
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 06 Volume 1 P. 196 - 197
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 224 - 225
Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 06 Volume 1 P. 224 - 225
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 06 Volume 01 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 06 Volume 01 P. 46 - 47
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 06 Volume 01 P. 46 - 47
DA DE EN FR IT NL
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva Tal-Kunsill
tat-22 ta’ Marzu 1977
biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati
(77/249/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 57 u 66 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],
Billi, skond it-Trattat, kull restrizzjoni fuq il-provvediment tasservizzi li hi bbażata fuq in-nazzjonalità jew fuq kondizzjonijiet ta’ residenza ġiet ipprojbita mill-aħħar tal-perijodu transitorju;
Billi din id-Direttiva tittratta biss miżuri biex jiffaċilitaw it-twettiq effettiv ta’ l-attivitajiet ta’ l-avukati permezz tal-provvediment ta’ servizzi; billi miżuri iktar iddettaljati jkunu neċessarji biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment;
Billi jekk l-avukati għandhom jeżerċitaw effettivament il-libertà li jipprovdu servizzi l-Istati Membri li jospitaw għandhom jirrikonoxxu bħala avukati dawk il-persuni li jipprattikaw il-professjoni fl-Istati Membri varji;
Billi, ladarba din id-Direttiva tikkonċerna biss il-provvediment ta’ servizzi u ma tikkontjenix dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, persuna li għaliha tapplika d-Direttiva għandha tadotta t-titolu professjonali użat fl-Istat Membru li fih hija stabbilita, hawnhekk iżjed ’il quddiem magħruf bħala "l-Istat Membru li minnu tiġi",
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha, għall-attivitajiet ta’ l-avukati mwettqa permezz tal-provvediment tas-servizzi.
Minkejja kollox f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jirriservaw għal kategoriji preskritti ta’ avukati il-preparazzjoni ta’ dokumenti formali għall-otteniment tat-titolu biex jiġu amministrati fondi ta’ persuni mejta, u l-abbozzar ta’ dokumenti formali li joħolqu jew jittrasferixxu interessi fl-art.
il-Belġju: | Avocat — Advocaat |
id-Danimarka: | Advokat |
il-Ġermanja: | Rechtsanwalt |
Franza: | Avocat |
l-Irlanda: | Barrister Solicitor |
l-Italja: | Avvocato |
il-Lussemburgu: | Avocat — avoué |
l-Olanda | Advocaat |
ir-Renju Unit: | Advocate Barrister Solicitor |
2. L-Artikolu 2
Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi bħala avukat għall-iskop tat-twettiq ta’ l-attivitajiet speċifikati fl-Artikolu 1(1) kull persuna elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.
L-Artikolu 3
Persuna msemmija fl-Artikolu 1 għandha tadotta t-titolu professjonali użat fl-Istat Membru li minnu tiġi, espress fil-lingwa jew waħda mill-lingwi, ta’ dak l-Istat, b’indikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni professjonali li biha hi awtorizzata tipprattika jew il-qorti ġudizzjarja li quddiemha hi intitolata tipprattika skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat.
L-Artikolu 4
1. L-attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali jew quddiem l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jitwettqu f’kull Stat Membru li jospita taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti għall-avukati stabbiliti f’dak l-Istat, bl-eċċezzjoni ta’ xi kondizzjonijiet li jeħtieġu residenza, jew reġistrazzjoni ma’ organizzazzjoni professjonali, f’dak l-Istat.
2. Avukat li jwettaq dawn l-attivitajiet għandu josserva r-regoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li jospita, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu fl-Istat Membru li minnu jiġi.
3. Meta dawn l-attivitajiet huma mwettqa fir-Renju Unit, "irregoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li jospita" jfissru r-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli għallprokuraturi legali, meta dawn l-attivitajiet mhumiex riservati għall-barristers u l-avukati. Inkella r-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli għal ta’ l-aħħar għandhom japplikaw. Madanakollu, il-barristers mill-Irlanda għandhom dejjem ikunu soġġetti għar-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli fir-Renju Unit għall-barristers u l-avukati.
Meta dawn l-attivitajiet huma mwettqa fl-Irlanda "ir-regoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li jospita" jfisser, sa fejn huma jirregolaw il-preżentazzjoni verbali ta’ każ fil-qorti, ir-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli għall-barristers. Fil-każijiet l-oħrajn kollha r-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli għall-prokuraturi legali għandhom japplikaw. Madanakollu, il-barristers u l-avukati mir-Renju Unit għandhom dejjem ikunu soġġetti għar-regoli ta’ kondotta professjonali applikabbli fl-Irlanda għall-barristers.
4. Avukat li jwettaq attivitajiet ta’ xort’ oħra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jibqa’ soġġett għall-kondizzjonijiet u r-regoli ta’ kondotta professjonali ta’ l-Istat Membru li minnu jiġi mingħajr preġudizzju għal rispett għar-regoli, ikun x’ikun il-fonti tagħhom, li jirregolaw il-professjoni fl-Istat Membru li jospita, speċjalment dawk li jikkonċernaw l-inkompatibilità ta’ l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ avukat ma’ l-eżerċizzju ta’ attivitajiet oħrajn f’dak l-Istat, is-segretezza professjonali, ir-relazzjonijiet ma’ avukati oħrajn, il-projbizzjoni fuq l-istess avukat li jaġixxi għal partijiet b’interessi li jikkonfliġġu reċiprokament, u l-pubbliċità. Ir-regoli ta’ l-aħħar huma applikabbli biss jekk huma kapaċi li jiġu osservati minn avukat li mhuwiex stabbilit fl-Istat Membru li jospita u sakemm l-osservanza tagħhom hija oġġettivament ġustifikata sabiex jiġi assigurat, f’dak l-Istat, l-eżerċizzju kif suppost ta’ l-attivitajiet ta’ avukat, il-permanenza tal-professjoni u r-rispett għar-regoli li jikkonċernaw l-inkompatibilità.
L-Artikolu 5
Għat-twettiq ta’ l-attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali, Stat Membru jista’ jeħtieġ li avukati li għalihom japplika l-Artikolu 1:
- jiġu introdotti, skond ir-regoli jew id-drawwiet lokali, lillimħallef li jippresjedi u, meta approprjat, lill-President tal-Bar rilevanti fl-Istat Membru li jospita;
- jaħdmu flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem l-awtorità ġudizzjarja inkwistjoni u li, meta neċessarju, ikollu jwieġeb lil dik l-awtorità, jew permezz ta’ "avoué" jew "procuratore" li jipprattika quddiemha.
L-Artikolu 6
Kull Stat Membru jista’ jeskludi avukati li huma fl-impjieg salarjat ta’ impriża pubblika jew privata mit-twettiq ta’ attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ dik l-impriża fi proċeduri legali sa fejn avukati stabbiliti f’dak l-Istat m’għandhomx permess iwettqu dawk l-attivitajiet.
L-Artikolu 7
1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita tista’ titlob lill-persuna li tipprovdi s-servizzi li tistabbilixxi l-kwalifiki tagħha bħala avukat.
2. Fil-każ ta’ non-konformità ma’ l-obbligi msemmija fl-Artikolu 4 u fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita, l-awtorità kompetenti ta’ l-aħħar għandha tiddetermina skond ir-regoli u l-proċeduri proprji tagħha l-konsegwenzi ta’ din in-non-konformità, u għal dan il-għan tista’ tottjeni kull informazzjoni professjonali approprjata li tikkonċerna l-persuna li tipprovdi s-servizzi. Għandha tinnotifika l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li minnu tiġi l-persuna b’kull deċiżjoni meħuda. Dawn l-iskambji m’għandux jaffettwaw in-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni mogħtija.
L-Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri neċessarja biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn minnotifika tagħha u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
L-Artikolu 9
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Marzu 1977.
Għall-Kunsill
Il-President
Judith Hart
[1] ĠU C 103, tal-5.10.1972, p. 19 u ĠU C 53, tat-8.3.1976, p. 33.
[2] ĠU C 36, tat-28.3.1970, p. 37 u ĠU C 50, ta’ l-4.3.1976, p. 17.
--------------------------------------------------
| Fuq |