31976L0895



Official Journal L 340 , 09/12/1976 P. 0026 - 0031
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0206
Greek special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0179
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0206
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 11 P. 0084
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 11 P. 0084


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-23 ta’ Novembru 1976

li tirrigwarda l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fil u fuq frott u ħaxix

(76/895/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-produzzjoni ta’ l-uċugħ tiżvolġi rwol importanti fil-Komunità Ekonomika Ewropea;

Billi r-riżultat ta’ dik il-produzzjoni huwa kontinwament effetwat b’organiżmi ta’ ħsara ta’ oriġini jew minn annimali jew veġetali u wkoll minn virusijiet;

Billi huwa assolutament essenzjali li l-pjanti jiġu protetti kontra dawn l-organiżmi, mhux biss biex jiġi pprevenut tnaqqis fir-riżultat imma wkoll biex tiżdied il-produttività agrikola;

Billi wieħed mill-medoti l-aktar importanti għall-protezzjoni ta’ pjanti u prodotti minn pjanti mill-effett ta’ dawn l-organiżmi ta’ ħsara huwa bl-użu ta’ pestċidi kimiċi;

Billi, madanakollu, dawn il-pestiċidi m’għandhomx biss effett favorevoli fuq il-produzzjoni ta’ pjanti, ladarba huma generalment sustanzi jew preparati tossiċi b’effetti laterali perikolużi;

Billi numru kbir ta’ dawn il-pestiċidi u tal-prodotti metabolizzati jew ta’ tqassim tagħhom jista’ jkollhom effetti ta’ ħsara fuq konsumaturi ta’ prodotti ta’ pjanti;

Billi dawn il-pestiċidi m’għandhomx jintużaw f’ċirkostanzi li jistgħu jippreżentaw riskju għall-ħajja umana jew ta’ l-annimali;

Billi jeżistu metodi differenti f’ċerti Stati Membri biex jiġi evitat dan ir-riskju; billi uħud minn dawn l-Istati ffissaw livelli differenti għall-kontenut massimu tar-residwi ta’ ċerti pestiċidi fi jew fuq pjanti ttrattati u prodotti ta’ pjanti li għandhom jiġu osservati meta dawn il-prodotti jitqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni;

Billi d-differenzi li jeżistu bejn Stati Membri għal-livelli massimi permissibli għal residwi ta’ pestiċidi jistgħu jgħinu biex jinħolqu barrieri għall-kummerċ u b’hekk iwaqqfu l-moviment liberu ta’ merkanzija fil-Komunità; billi għal din ir-raġuni għandhom jiġu ffissati ċerti livelli massimi li jistgħu jiġu applikati mill-Istati Membri;

Billi fl-iffissar ta’ dawn il-livelli massimi l-ħtiġijiet ta’ produzzjoni ta’ pjanti u l-ħtieġa tal-protezzjoni tas-saħħa umana u ta’ l-annimali għandhom ikunu rrikonċiljati;

Billi, inizjalment, għandhom jiġu ffissati livelli massimi għar-residwi ta’ ċerti pestiċidi fi u fuq frott u ħaxix waqt li jittieħed kont tal-fatt li frott u ħaxix huma generalment intiżi għall-konsum uman u, f’ċerti okkażjonijiet, għal għalf ta’ l-annimali; billi dawn il-livelli massimi għandhom jirrappreżentaw il-livelli l-aktar baxxi possibbli;

Billi ċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità ta’ prodotti b’livell ta’ residwu ta’ ċerti pestiċidi anqas minn jew ugwali għall-massima stabbilita fl-Anness II għandha tiġi assigurata; billi fl-istess ħin Stati Membri għandhom jitħallew jippermettu ċ-ċirkulazzjoni fit-territorju tagħhom, mingħajr diskriminazzjoni u f’każijiet meta jikkunsidraw dan iġġustifikat, ta’ prodotti li għandhom kontenut ogħla mill-massima msemmija jew bl-iffissar jew bin-nuqqas ta’ iffissar tal-livelli massimi għalihom;

Billi mhuwiex neċessarju li jiġu applikati disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal frott u ħaxix intiżi għal esportazzjoni għal pajjiżi terzi;

Billi, madanakollu, l-livelli massimi iffissati fl-Anness II jistgħu mingħajr ma jkunu mistennija jkunu ta’ perikolu għas-saħħa umana jew ta’ l-annimali; billi Stati Membri għandhom għalhekk jitħallew f’dak il-każ inaqqsu temporanjament dawn il-livelli;

Billi huwa approprjat f’dak il-każ li tkun stabbilita kooperazjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f’Kumitat Permanenti dwar il-Protezzjoni ta’ Pjanti;

Billi, meta Stati Membri jiffissaw livelli kontenut massimu għal prodotti mqiegħda fis-suq fit-territorju tagħhom għandhom jaċċertaw li dawn il-livelli jkunu osservati permezz ta’ verifiki uffiċjali, li jikkonsistu, mill-anqas, f’li jittieħdu kampjuni;

Billi, f’dak il-każ, il-verifiki uffiċjali għandhom isiru bl-użu ta’ metodi Komunitarji għat-teħid ta’ kampjuni u metodi Komunitarji ta’ analiżi;

Billi l-iffissar ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi hija miżura teknika u xjentifika ta’ implimentazzjoni; billi sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tagħha, ir-regoli li jirrigwardaw dawk il-kampjuni u analiżi għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ proċedura li tistabbilixxi kooperazjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Protezzjoni ta’ Pjanti;

Billi kull emenda għall-Annessi għandha, in vista tan-natura bażika teknika tagħha, issir iktar faċli permezz ta’ proċedura aċċellerata,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Din id-Direttiva tikkonċerna prodotti intiżi għal konsum uman, jew, f’każijiet eċċezzjonali, konsum mill-annimali, elenkati taħt l-intestaturi tat-Tariffa Doganali Komuni stabbiliti fl-Anness I u li fihom jew fuqhom jinstabu residwi ta’ pestiċidi elenkati fl-Anness II.

L-Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva "residwi ta’ pestiċidi" tfisser it-traċċi ta’ residwi ta’ pestiċidi, kif ukoll kwalunkwe mit-tqassim tossiku jew prodotti metabolizzati elenkati fl-Anness II, li huma preżenti fi jew fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

2. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva "tqegħid f’ċirkulazzjoni" jfisser l-għoti lil, kemm jekk kontra pagament kemm jekk mingħajr ħlas, tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, wara li jkunu nħasdu.

L-Artikolu 3

1. Stati Membri ma jistgħux jipprojbixxu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq fit-territorji tagħhom tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 fuq il-bażi li dawn jikkontjenu residwi ta’ pestiċidi jekk il-kwantità ta’ dawn ir-residwi ma teċċedix il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II.

2. Stati Membri jistgħu, f’każijiet meta jikkunsidraw dan iġġustifikat, jawtorizzaw iċ-ċirkulazzjoni fit-terrirorji tagħhom, ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1, li jkun fihom residwi ta’ pestiċidi ogħla minn dawk stabbiliti fl-Anness II.

3. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’kull implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

L-Artikolu 4

1. Meta Stat Membru jikkunsidra li livell massimu ffissat fl-Anness II jista’ jipperikola s-saħħa ta’ bnedmin jew annimali apparti minn organiżmi ta’ ħsara, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament inaqqas dak il-livell fit-territorju tiegħu. F’dak il-każ għandu immedjatament jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda b’dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalihom.

2. Skond il-prodotti stabbiliti fl-Artikolu 8, għandu jiġi deċiż jekk il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II għandhom jiġu emendati. Sa dak iż-żmien meta tittieħed deċiżjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija hawn fuq, l-Istat Membru jista’ jżomm il-miżuri li hu jkun implimenta.

L-Artikolu 5

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta emendi li għandhom isiru għall-Annessi. Meta jsiru dawn l-emendi għandu jittieħed kont tal-progress tekniku u xjentifiku kif ukoll tal-ħtiġijiet ta’ saħħa u agrikoltura.

L-Artikolu 6

1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw konformità ma’ kull livell massimu stabbilit skond din id-Direttiva billi jwettqu kontrolli każwali.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li, meta l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 huma soġġetti għall-verifika prevista fil-paragrafu 1, it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi kwantitattiva u kwalitattiva mwettqa għall-iskopijiet ta’ l-identifikar u l-istima ta’ l-ammonti ta’ residwi ta’ pestiċidi għandhom jitwettqu skond il-proċessi u l-metodi li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 7.

L-Artikolu 7

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-kwistjonijiet għandhom jiġu referuti mingħajr dewmien lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti stabbilit bid-Deċiżjoni 76/894/KEE [3] (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") mill-President, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ Stat Membru.

2. Fil-Kumitat, il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu peżati kif previst fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

3. Ir- rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-President waqt li tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-materji li għandhom jiġu eżaminati. L-Opinjonijiet għandhom jingħataw b’maġġoranza ta’ 41 vot.

4. Meta l-miżuri jkunu skond l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tadottahom u għandha timplimentahom minnufih. Meta l-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, immedjatament, tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-materja kienet referuta lilu, il-Kunsill ma jkunx adotta l-miżuri, il-Kummissjomni għandha tadotta l-miżuri proposti u għandha timplimentahom immedjetament, ħlief meta l-Kunsill ikun ċaħad il-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 8

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-materja għandha tiġi referuta mingħajr dewmien lill-Kumitat mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu proprja jew fuq talba ta’ Stat Membru.

2. Fil-Kumitat, il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu peżati kif previst fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fi żmien jumejn. L-Opinjonijiet għandhom jingħataw b’maġġoranza ta’ 41 vot.

4. Meta l-miżuri jkunu skond l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tadottahom u għandha timplimentahom minnufih. Meta dawn ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, immedjetament, tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, fi żmien 15-il jum wara d-data li fiha l-materja tkun ġiet referuta lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u għandha timplimentahom immedjatament, ħlief meta l-Kunsill ikun ċaħad il-miżuri msemmija b’maġġoranza sempliċi.

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1 meta mill-anqas element approprjat wieħed ta’ prova jista jinġieb li huma intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

L-Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet Komunitarji li jikkonċernaw standards komuni ta’ kwalità għal frott u ħaxix.

L-Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sentejn minn notifika tagħha, u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

L-Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, it-23 ta’ Novembru 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

A.P.L.M.M. van der Stee

[1] ĠU C 97, tat-28.7.1969, p. 35.

[2] ĠU C 40, tal-25.3.1969, p. 4.

[3] Ara pagna 25 ta’ dan il-Ġurnal Ufficjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1

Numru ta' l-intestatura TDK | Deskrizzjoni |

07.01 B | Kaboċċi, pastard u Brussels sprouts, friski jew imkessħa |

07.01 C | Spinaċi, friska jew imkessħa |

07.01 D | Ħaxix ta' l-insalata, inkluża ndivja u ċikwejra, friski jew imkessħin |

07.01 E | Ċard (jew pitravi bajda) u kardun, friski jew imkessħa |

07.01 F | Ħxejjex leguminużi, bil-qoxra jew mingħajra, friski jew imkessħin |

07.01 G | Zunnarija, ġdur, pitravi ta' l-insalata, salsafja, krafes ħomor, ravanell abjad u għeruq simili edibbli, friski jew imkessħa |

07.01 H | Basal, basal abjad u tewm, firski jew imkessħa |

07.01 IJ | Kurrat u pjanti oħran alliċej, friski jew imkessħa |

07.01 K | Asparaġi, friski jew imkessħa |

07.01 L | Artiċokki friski jew imkessħa |

07.01 M | Tadam, frisk jew imkessaħ |

07.01 N | Żebbuġ, frisk jew imkessaħ |

07.01 O | Kappar, frisk jew imkessaħ |

07.01 P | Ħjar u ħjar żgħir fil-ħall, frisk jew imkessaħ |

07.01 Q | Faqqiegħ u tartufi, friski jew imkessħa |

07.01 R | Busbies, frisk jew imkessaħ |

07.01 S | Bżar ħelu, frisk jew imkessaħ |

07.01 T | Oħrajn, friski jew imkessħin |

ex 07.02 | Ħaxix, mhux imsajjar, iffriżat |

ex 08.01 | Tamal, banana, ġews ta' l-indi, ġews tal-Brażil, lews cashew, avokado, mangoes, guava u mangosteen, friski, maħruġa mill-fosdqa jew imqaxxra |

ex 08.02 | Frott taċ-żitru, frisk |

ex 08.03 | Tin (farkizzan), frisk |

ex 08.04 | Għeneb, frisk |

ex 08.05 | Lewż, apparti minn dak li jaqa' taħt l-intestatura Nru 08.01, frisk, maħruġ mill- |

08.06 | Tuffieħ, lanġas u quinces, friski |

08.07 | Frott ta' l-għadma, frisk |

08.08 | Frott żgħir, frisk |

08.09 | Frott ieħor, frisk |

ex 08.10 | Frott, mhux imsajjar, ippreservat bl-iffriżar, li ma jkunx fih zokkor miżjud |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Lista ta' residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi

KEE Nru | Pestiċidi | Livelli massimi (f'mg/kg (ppm)) |

Isem komuni | Formula kimika |

— | amitrole | 3-amoni-1 H-1,2,4-triazole | xejn |

— | aramite | 0-/2-(4-tert-butylpjenoxy)-1-ethyl/-0-(2-chlorethyl)-sulfite | xejn |

— | atrazine | 2-ethylamino-3-cħloro-o-isopropylamino-1,3,5-triazine | 1.0 |

15/60 | azinphos-ethyl | 0,0-diethyl-S-/(4-oxo-3H-1,2,3-benzo-triazine-3-yl)-methyl/-dithiophosphate | singoli jew ikkumbinati: xejn : ħxejjex ta' għeruq ħlief |

15/42 | azinphos-methyl | 0,0-dimethyl-S-/(4-oxo-3H-1,2,3-benzo-triazine-3-yl)-methyl/-dithiophosphate | 0.4 : prodotti oħrajn |

6/20 | barban | (4-chloro-but-2-in-yl)-N-(3-chlorophenyl)-carbamente | 0.1 |

609/21 | binapacryl | /6-(1-methyl-propyl)-2,4-dinitrophenyl/-3,3-dimethyl-acrylate | xejn: zunnarija 0.3 : prodotti oħra |

— | captan | N-(trichlor-methylthio)-cyclohes-4-ene-1,2-dicarboxymide | 15.0 |

6/11 | carbaryl | N-methyl-1-naphthyl-carbamate | 2.5 : berquq, tuffieħ, lanġas, ħawħ, għeneb, għanbaqar, insalata, kaboċċi, pastard u Brussels sprouts 1.2 : prodotti oħra |

620/6 | chlorobenzide | (4-chloro-benzyl)-(4-chloro-phenyl)-sulphide | 1.5 |

620/4 | chlorofenson | (4-chloro-phenyl)-(4-chloro-benzene)-sulphonate | 1.5 |

— | chlorbenzilate | ethyl-2-hydroxy-2,2-bis (4-chloro-phenyl)-acetate | 1.5 |

6/22 | chloroxuron | 1-/4-(chlorophenoxyl-phenyl)/3,3-dimethylurea | 0.2 |

15/33 | demeton-S-methyl | 0,0-dimethyl-S-(2-ethylthioethy)-monothiophosphate | singoli jew ikkombinati: |

15/49 | oxydemeton-methyl | 0,0-dimethyl-S-(2-ethylsuphinyl-ethyl)-monothiophosphate | xejn: zunnarija |

— | demeton-S-metyl-sulfone | 0,0-dimethyl u S-ethyl-sulphonyl thiophospate | 0.4 : prodotti oħra (ikkalkolati bħala demetron-S-methyl sulphone |

6/19 | diallate | S-(2,3-dichloro-allyl)-N,N diisopropyl-monoythio-carbamate | 0.05 |

607/24 | dichloprop | 2-(2,4-dichlorophenoxyl) propionic acid | 0.05 |

15/55 | dimeothoate | 0,0-dimethyl-S-(N-methyl-carbamoyl)-methyl-dithiophosphate | 1.5 |

— | omethoate | dimethyl-S-(N-methyl carbamoyl methyl) phosphoro-thiolate | 0.4 |

609/23 | dinoseb | 2.4-dinitro-6-(1-methylpropyl) phenol | 0.05 |

— | dodine | N-dodecylguanidine acetate | 1.0: frott xejn : prodotti oħrajn |

602/33 | endosulphan | 6,7.8.9.10,10-hexachloro-1,5,5a,6.9,9a, hexahydro- 6,9-methano-2,3,4-benzo(e)-dioxathiepin | 0.2 : zunnarija 0.5 : prodotti oħrajn |

602/32 | endrin | 1,2,3,4,10,10-hexachloro-6,7-epoxy-1,4,4a,5,6,7,8,8a-octahydro-1,4-endo-5,8-endo-dimethano-naphthaline | xejn |

15/56 | fenchlorphos | dimethyl-2,4,5-trichlorophenyl phosphorothionate | 0.5 |

15/58 | fenirothion | dimethyl-3-methyl-4-nitrophenyl phosphorothionate | 0.5 |

15/61 | formothion | S-(N-formyl-N-methylcarbanoylmethyl) dimethyl phosphorothionate | 0.1 |

— | — | 1,1-dichloro-2,2-bis(4-ethyl-phenyl) ethane | 10.0 |

602/23 | lindane | gamma-1,2,3,4,5,6-hexachlorocyclohexane | 2.0 : ħxejjex tal-weraq 0.1 : zunnarija 1.5 : prodotti oħrajn |

15/44 | malathion | S/-1,2-bis (ethoxy-carbonyl)-ethyl/-0,0-dimethyl-dithiophosphate | 3.0 : ħxejjex, ħlief ħxejjex ta' l |

inkluż malaoxon | S/-1,2-bis (ethoxy-carbonyl)-ethyl/-0,0-dimethyl-thiophosphate | 0.5 : prodotti oħrajn |

— | methoxychlor | 1,1,1-trichloro-2,2-bis (4-methoxy-phenyl) ethane | 10.0 |

15/37 | parathion | 0,0-diethyl-0-(4-nitro-phenyl)-monothiophosphate | 0.5 |

inkluż paraoxon | 0,0-diethyl-0-(4-nitro-phenyl)-phosphate |

15/36 | methyl parathion | 0,0-dimethyl-0-(4-nitro-phenyl)-monothiophosphate | 0.15 |

inkluż methyl-paraoxon | 0,0-dimethyl-0-(4-nitro-phenyl)-phosphate |

15/22 | phosphamidon | 2-chloro-2-diethylcarbamoyl-1-methylvinyldimethyl phosphate | 0.15 |

607/21 | folpet | N-(trichloromethylthio) phthalimide | 15.0 |

— | propoxur | 2-iso propoxy phenyl methylcarbamate | 3.0 |

15/27 | TEPP | 0,0,0,0-tetraethyl-pyrophosphate | xejn |

6/5 | thiram | bis (dimethyl-thio-carbanoyl)-disulphide | 3.8 : frawli għeneb 3.0 : prodotti oħrajn |

602/24 | toxaphene | chlorinated camphenes (67 sa 69 % klorin) | 0.4 |

15/21 | trichlorfon | 0,0-dimethyl-(2,2,2-trichloro-1-hydroxy-ethyl)-phosphonate | 0.5 |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet