31976L0207


Titolu u referenza

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol

 ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40–42 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
 Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 05 Volume 1 P. 191 - 193
 Edizzjoni Speċjali bil-Grieg: Chapter 05 Volume 2 P. 70 - 72
 Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 05 Volume 1 P. 191 - 193
 Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 70 - 72
 Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 05 Volume 2 P. 70 - 72
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 05 Volume 01 P. 187 - 189
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 05 Volume 01 P. 164 - 166
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 05 Volume 01 P. 164 - 166

 DA  DE  EN  FR  IT  NL

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html   html html html html
pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf   pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf pdf
tiff tiff tiff tiff tiff tiff

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-9 ta' Frar 1976

dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol

(76/207/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 1974 dwar programm ta' azzjoni soċjali [3], daħħal fost il-prijoritarjiet azzjoni bl-iskop li tintlaħaq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjiegi u taħriġ professjonali u promozzjoni u rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluża l-paga;

Billi, fir-rigward tal-paga, il-Kunsill fl-10 ta' Frar 1975 adotta d-Direttiva 75/117/KEE dwar it-tqarrib tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ndaqs għall-irġiel u n-nisa [4];

Billi tidher meħtieġa wkoll azzjoni tal-Komunità biex tilħaq il-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għal impjiegi u t-taħriġ professjonali u l-promozzjoni u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol; billi, it-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa jikkostitwixxi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, inkwantu l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol waqt li jinżamm it-titjib tagħhom għandu fost l-oħrajn jitmexxa 'il quddiem; billi t-Trattat ma jagħtix il-poteri speċifiċi meħtieġa għal dan l-iskop;

Billi d-definizzjoni u l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali fi ħwejjeġ ta' sigurtà soċjali għandhom jiġu żgurati permezz ta' strumenti li jiġu wara,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li jdaħħal fis-seħħ fl-Istati Membri l-prinċipju tat-trattament ugwali ghall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjieg, inkluża l-promozzjoni, u taħriġ professjonali u għal dak li għandu x'jaqsam ma' kondizzjonijiet tax-xogħol u, skond il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, sigurtà soċjali. Minn issa 'l quddiem dan il-prinċipju jissejjaħ "il-prinċipju tat-trattament ugwali."

2. Bil-għan li jiżgura l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali fi ħwejjeġ ta' sigurtà soċjali, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, ser jadotta dispożizzjonijiet li jiddefinixxu s-sustanza, l-iskop u l-arranġamenti biex jiġi applikat.

L-Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet li ġejjin, il-prinċipju tat-trattament ugwali jfisser li m'għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni minħabba sess kemm direttament kif ukoll indirettament, speċjalment billi ssir referenza għall-istat maritali jew tal-familja.

2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istati Membrili jeskludu mill-qasam ta' l-applikazzjoni tagħha dawk l-attivitajiet ta' xogħol u, fejn hu xieraq, it-taħriġ li jwassal għalihom, li għalihom, minħabba l-istess natura tagħhom jew il-kuntest li jsiru fihom, is-sess tal-ħaddiem jikkostitwixxi fattur determinanti.

3. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjonijiet rigward il-ħarsien tan-nisa, speċjalment dwar it-tqala u l-maternità.

4. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal xi miżuri li jmexxu 'l quddiem l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa, speċjalment billi jneħħu xi inugwaljanzi li jeżistu li jaffettwaw l-opportunitajiet tan-nisa fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(1).

L-Artikolu 3

1. L-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali jfisser li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni minħabba s-sess fil-kondizzjonijiet, inklużi l-kriterji tal-għażla, għall-aċċess għall-impjiegi kollha jew postijiet, ikun x'ikun is-settur jew il-qasam tal-attività, u għal-livelli kollha tal-ġerarkija tax-xogħol.

2. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li:

(a) il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi kollha li huma kuntrarji għall-prinċipju tat-trattament ugwali għandhom jitneħħew;

(b) id-dispożizzjonijiet kollha kuntrarji għall-prinċipju tat-trattament ugwali li huma mdaħħla fi ftehim kollettiv, kuntratti individwali tax-xogħol, regoli interni ta' impriżi jew f'regoli li jirregolaw l-impjiegi indipendenti u professjonijiet għandhom, jew jistgħu jiġu ddikjarati, nulli u bla effett jew jistgħu jiġu emendati;

(ċ) dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma kontra l-prinċipju tat-trattament ugwali meta t-tħassib għall-protezzjoni li nebbħithom oriġinarjament m'għadx għandha bażi soda għandhom jiġu riveduti; u li fejn disposizzjonijiet bħalhom huma mdaħħla fi ftehim kollettiv il-ħaddiema u d-direzzjoni għandhom jintalbu li jagħmlu r-reviżjoni mixtieqa.

L-Artikolu 4

L-applikazzoni tal-priniċipju tat-trattament ugwali għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għat-tipi kollha u għal-livelli kollha ta' tmexxija professjonali, taħriġ professjonali, taħriġ professjonali avanzat u taħriġ mill-ġdid, tfisser li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li:

(a) il-liġijiet kollha, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-prinċipju tat-trattament ugwali jitneħħew;

(b) id-dispożizzjonijiet kollha li jmorru kontra l-prinċipju tat-trattament ugwali li huma mdaħħla fi ftehim kollettiv, kuntratti individwali ta' xogħol, regoli interni ta' l-impriżi jew regoli li jirregolaw ix-xogħol indipendenti u l-professjonijiet huma, jew jistgħu jiġu ddikjarati, nulli u bla effett jew jistgħu jiġu emendati;

(ċ) mingħajr preġudizzju għal-libertà mogħtija f'xi Stati Membri lil xi stabbilimenti privati ta' taħriġ, it-tmexxija professjonali, taħriġ professjonali, taħriġ professjonali avanzat u taħriġ mill-ġdid jintlaħaq fuq il-bażi ta' l-istess kriterji u fuq l-istess livelli mingħajr diskriminazzjoni minħabba s-sess.

L-Artikolu 5

1. L-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali għal dak li għandu x'jaqsam mal-kondizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-kondizzjonijiet li jirregolaw is-sensji, tfisser li l-irġiel u n-nisa għandhom ikunu garantiti l-istess kondizzjonijiet mingħajr diskriminazzjoni minħabba s-sess.

2. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li:

(a) il-liġijiet kollha, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jmorru kontra l-prinċipju tat-trattament ugwali jitneħħew;

(b) id-dispożizzjonijiet kollha li jmorru kontra l-prinċipju tat-trattament ugwali li huma inklużi fi ftehim kollettiv, kuntratti individwali ta' xogħol, regoli interni ta' impriżi jew regoli li jirregolaw ix-xogħol indipendenti u l-professjonijiet huma, jew jistgħu jiġu ddikjarati, nulli u bla effet jew jistgħu jiġu emendati;

(ċ) dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jmorru kontra l-prinċipju tat-trattament ugwali meta it-tħassib għall-protezzjoni li oriġinarjament nebbħithom m'għadx għandha bażi soda huma riveduti; u li fejn hemm dispożizzjonijiet bħalhom imdaħħla fi ftehim kollettiv il-ħaddiema u d-direzzjoni għandhom jintalbu jagħmlu r-reviżjoni mixtieqa.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-sistema legali nazzjonali tagħhom dawk il-miżuri li jenħtieġu biex il-persuni kollha li jqisu li sarilhom xi tort bin-nuqqas ta' applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali skond it-tifsira ta' l-Artikoli 3, 4 u 5, ikunu jistgħu ikomplu t-talbiet tagħhom permezz ta' proċedura ġudizzjarja wara li jkunu possibilment irrikorrew għand l-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

L-Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarsu lill-impjegati minn tkeċċija minn min iħaddimhom bħala reazzjoni għal xi lment fl-impriża jew minn xi proċeduri legali li jkollhom l-għan li jinfurzaw konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li d-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, flimkien ma' dispożizzjonijiet rilevanti li huma diġà fis-seħħ, jinġiebu għall-attenzjoni ta' l-impjegati bil-mezzi kollha xierqa, per eżempju fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jiġu konformi ma' din id-Direttiva fi żmien 30 xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummisjoni b'dan.

Madanakollu, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ewwel parti ta' l-Artikolu 3(2)(ċ) u l-ewwel parti ta' l-Artikolu 5(2)(ċ), l-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġ preliminari u jekk hemm bżonn reviżjoni preliminari tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fihom fi żmien erba' snin min-notifika ta' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom minn żmien għall-ieħor jivvalutaw l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) biex jiddeċiedu, fid-dawl ta' l-iżviluppi soċjali, jekk hemmx xi ġustifikazzjoni biex jinżammu l-esklużjonijiet konċernati. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' din il-valutazzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jgħaddu wkoll lill-Komunità it-test oriġinali tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jadottaw fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.

L-Artikolu 10

Fi żmien sentejn mill-għeluq tal-perjodu ta' 30 xahar imniżżel fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1), l-Istati Membrigħandhom jgħaddu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni biex jippermettulha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva li jintbagħat lill-Kunsill.

L-Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Frar 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Thorn

[1] ĠU C 111, ta' l-20.5.1975, p. 14.

[2] ĠU C 286, tal-15.12.1975, p. 8.

[3] ĠU C 13, tat-12.2.1974, p. 1.

[4] ĠU L 45, tad-19.2.1975, p. 19.

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet