Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirreferu għall-power connection, imwaħħal fuq it-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, li jintuża għad-dawl u l-apparat tas-sinjali tad-dawl fuq l-għodda, il-makkinarju jew l-irmonki maħsuba għall-agrikoltura jew għall-foresterija
ĠU L 147, 9.6.1975, p. 38–39 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 4 P. 123 - 124
Edizzjoni Speċjali bil-Grieg: Chapter 13 Volume 3 P. 90 - 91
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 4 P. 123 - 124
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 117 - 118
Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 13 Volume 4 P. 117 - 118
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 002 P. 190 - 191
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 02 P. 125 - 127
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 02 P. 125 - 127
DA DE EN FR IT NL
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kunsill
ta’ l-20 ta’ Mejju 1975
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirreferu għall-power connection, imwaħħal fuq it-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, li jintuża għad-dawl u l-apparat tas-sinjali tad-dawl fuq l-għodda, il-makkinarju jew l-irmonki maħsuba għall-agrikoltura jew għall-foresterija
(75/323/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],
Billi l-ħtiġiet tekniċi li magħhom għandhom jikkonformaw it-tratturi skond il-liġijiet nazzjonali jirreferu, inter alia, għall-power connection għall-apparat tad-dawl u l-apparat tas-sinjali tad-dawl fuq l-għodda, il-makkinarju jew l-irmonki;
Billi dawn il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi hu għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess rekwiżiti jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli tagħhom li jkunu fis-seħħ, b’mod partikolari biex jippermettu l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE [3] ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri għall-approvazzjoni tat-tip tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija, biex tkun applikata għar-rigward ta’ kull tip ta’ trattur;
Billi l-ħtiġiet tekniċi għandhom ikunu dawk adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards fir-rakkomandazzjoni tagħha ISO R/1724 - Linkages elettriċi għall-vetturi b’apparat elettriku li jkollu 6 jew 12V (L-ewwel edizzjoni, April 1970),
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
1. "Trattur għall-agrikoltura jew għall-foresterija" tfisser kull vettura bil-mutur li jkollha r-roti jew caterpillar tracks u li jkollhom mill-inqas żewġ fusijiet, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun li jkollha s-saħħa tal-ġbid u li tkun iddisinjata b’mod speċjali biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti għodda, makkinarju jew tratturi maħsuba għall-użu fl-agrikoltura jew il-foresterija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.
2. Din id-Direttiva tgħodd biss għat-tratturi kif imfissra fil-paragrafu preċedenti li jkunu mgħammra b’roti ta’ l-arja u li jkollhom żewġ fusijiet u veloċità massima ddisinjata għal bejn 6 u 25 kilometru fis-siegħa.
L-Artikolu 2
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal xi trattur għal raġunijiet li jirreferu għad-dawl u l-apparat tas-sinjali tad-dawl fuq l-għodda, il-makkinarju jew trailers jekk it-trattur ikun mgħammar b’power connection li jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness.
L-Artikolu 3
L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu tat-tratturi għal raġunijiet li jirreferu għal power connections għad-dawl jew għall-apparat tas-sinjali tad-dawl fuq l-għodda, il-makkinarju jew trailers jekk it-tratturi ikunu mgħammra b’power connections li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness.
L-Artikolu 4
L-emendi meħtieġa biex ikunu adottati l-ħtiġiet ta’ l-Anness għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.
L-Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jaderixxu ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih javżaw b’dan lill-Kummissjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkunu ikkomunikati lill-Kummissjoni.
L-Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Mejju 1975.
Għall-Kunsill
Il-President
R. Ryan
[1] ĠU C 160, tat-18.12.1969, p.29.
[2] ĠU C 48, tas-16.4.1969, p.21.
[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p.10.
--------------------------------------------------
L-ANNESS
It-trattur għandu jkun mgħammar b’socket imwaħħal li jkollu seba’ kuntatti skond ir-rakkomandazzjoni ISO R/1724, l-ewwel edizzjoni, April 1970, li jippermetti li jkun hemm power supply għad-dawl u l-apparat tas-sinjali tad-dawl fuq l-għodda, il-makkinarju jew trailers maħsuba għall-użu fl-agrikoltura jew il-foresterija.
--------------------------------------------------
| Fuq |