Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-10 ta' Frar 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa
ĠU L 45, 19.2.1975, p. 19–20 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 4 P. 78 - 79
Edizzjoni Speċjali bil-Grieg: Chapter 05 Volume 2 P. 42 - 43
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 4 P. 78 - 79
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 2 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 05 Volume 2 P. 52 - 53
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 05 Volume 01 P. 179 - 180
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 05 Volume 01 P. 156 - 157
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 05 Volume 01 P. 156 - 157
DA DE EN FR IT NL
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kunsill
ta' l-10 ta' Frar 1975
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa
(75/117/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],
Billi l-implimentazzjoni tal-prinċipju li rġiel u nisa għandhom jirċievu paga ndaqs kif jinsab fl-Artikolu 119 tat-Trattat hija parti integrali mit-twaqqif u l-iffunzjonar tas-suq komuni;
Billi hija primarjament ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jassiguraw l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju permezz ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi xierqa;
Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 1974 [3] li għandha x'taqsam ma' programm ta' azzjoni soċjali, li l-għan tiegħu hu li jagħmel possibbli l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' għajxien u ta' xogħol waqt li t-titjib jibqa' jinżamm u li jwassal għal żvilupp soċjali u ekonomiku bilanċjat fil-Komunità, irrikonoxxiet li għandha tingħata prijorità lil azzjoni meħuda f'isem in-nisa fejn jirrigwarda aċċess għall-impjieg u taħriġ vokazzjonali u avvanz, u għar-rigward ta' kondizzjonijiet tax-xogħol, li jinkludu l-paga;
Billi huwa mixtieq li jiġu nfurzati l-liġijiet bażiċi b'livelli li l-għan tagħhom hu li jiffaċilitaw l-applikazzjoni prattika tal-prinċipju ta' l-ugwaljanza b'tali mod li l-impjegati kollha fil-Komunità jistgħu jiġu protetti f'dawn il-materji;
Billi fl-Istati Membri varji differenzi jkomplu jeżistu minkejja l-isforzi magħmula biex tkun applikata r-riżoluzzjoni tal-konferenza ta' l-Istati Membri tat-30 ta' Diċembru 1961 dwar paga ndaqs għall- irġiel u għan- nisa u billi, għalhekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jitressqu lejn xulxin fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ndaqs.
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
Il-prinċipju ta' paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa deskritt fil-qosor fl-Artikolu 119 tat-Trattat, 'il quddiem imsejjaħ "prinċipju ta' paga ndaqs", ifisser, għall-istess xogħol jew għal xogħol li għalih huwa attribwit valur indaqs, it-tneħħija ta' kull diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess għar-rigward ta' l-aspetti kollha u kondizzjonijiet ta' ħlas.
Partikolarment, fejn sistema ta' klassifikazzjoni ta' impjiegi hija użata biex tistabbilixxi paga, għandha tkun ibbażata fuq l-istess kriterji kemm għall-irġiel u għan-nisa u hekk imfassla li teskludi kull diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess.
L-Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali tagħhom nazzjonali dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex jagħmlu possibbli li l-impjegati kollha li jikkonsidraw li sar nuqqas kontra tagħhom minħabba li ma ġiex applikat il-prinċipju ta' paga ndaqs li jsegwu l-pretensjonijiet tagħhom bi proċess ġudizzjarju wara li possibbilment jirrikorru lejn awtoritajiet oħra kompetenti.
L-Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom ineħħu għal kollox kull diskriminazzjoni bejn irġiel u nisa li toħroġ minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, li huma kuntrarji għall-prinċipju ta' paga ndaqs.
L-Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li dispożizzjonijiet li jidhru fi ftehim kollettiv, skali ta' paga, ftehim fuq pagi jew kuntratti ta' impjieg individwali li huma kuntrarji għall-prinċipju ta' paga ndaqs għandhom jew jistgħu jiġu dikjarati nulli u bla effett jew jistgħu ikunu emendati.
L-Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġu l-impjegati kontra tkeċċija minn min jimpjega bħala reazzjoni għal ilment ġewwa l-impriża jew għal kwalunkwe proċedura legali li l-għan tagħha hu li tesiġi l-konformità mal-prinċipju ta' paga ndaqs.
L-Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom, skond iċ-ċirkostanzi nazzjonali u sistemi legali tagħhom, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-prinċipju ta' paga ndaqs ikun applikat. Huma għandhom jaraw li mezzi effettivi huma disponibbli biex jieħdu ħsieb li dan il-prinċipju ikun osservat.
L-Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li d-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet diġà fis-seħħ, huma miġjuba għall-attenzjoni ta' l-impjegati bil-mezzi kollha xierqa, per eżempju fuq il-post tax-xogħol tagħhom.
L-Artikolu 8
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva fi żmien sena min-notifika tagħha u għandom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jadottaw fl-isfera li taqa' taħt din id-Direttiva.
L-Artikolu 9
Fi żmien sentejn mill-iskadenza tal-perjodu ta' sena msemmi fl-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni biex tkun tista' tfassal rapport fuq l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva biex tgħaddih lill-Kunsill.
L-Artikolu 10
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fl-10 ta' Frar 1975.
Għall-Kunsill
Il-President
G. Fitzgerald
[1] ĠU C 55, tat-13.5.1974, p. 43.
[2] ĠU C 88, tas-26.7.1974, p. 7.
[3] ĠU C 13, tat-12.2.1974, p. 1.
--------------------------------------------------
| Fuq |