31974L0483



Official Journal L 266 , 02/10/1974 P. 0004 - 0013
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0058
Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0012
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0058
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0031
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0031


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Settembru 1974

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur.

(74/483/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom jissodisfaw il-vetturi bil-mutur skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, ma’ l-isporġenzi esterni;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE [2] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom tiġi applikata għal kull tip ta’ vettura;

Billi huwa mixtieq li jkunu adottati ċertu ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 26 ("Dispożizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-isporġenzi esterni tagħhom") [3], anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet uniformi u r-rikonoxximent reċiproku ta’ l-approvazzjoni għat-tagħmir u l-partijiet tal-vetturi bil-mutur;

Billi dawn il-ħtiġiet jgħoddu għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 (il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-vetturi bil-mutur tingħata fid-Direttiva Nru 70/156/KEE);

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rigward il-vetturi bil-mutur tinvolvi rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta’ l-ispezzjoni li ssir minn kull wieħed minnhom abbażi ta’ ħtiġiet komuni; billi, it-tali sistema għandha, jekk se tiffunzjona tajjeb, tiġi applikata mill-Istati Membri kollha b’effett mill-istess data,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura tal-klassi M1 (definita fl-Anness I tad-Direttiva Nru 70/156/KEE) iddisinjata għall-użu fit-triq, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km/siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li jirrelataw ma’ ta’ l-isporġenzi esterni jekk it-tali sporġenzi jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I u II.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li jirrelataw ma’ sporġenzi esterni jekk it-tali sporġenzi jissodisfaw il-ħtiġiet stipulati fl-Annessi I u II.

Artikolu 4

L-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jkun infurmat b’kull modifika ta’ xi parti jew karatteristika imsemmija fil-punt 2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jistabbilixxu jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq it-tip modifikat tal-vettura u jitħejja rapport ġdid. Fejn dawn it-testijiet jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni m’għandhiex tiġi approvata.

Artikolu 5

Il-modifiki li huma meħtieġa biex jaddattaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I, II u III biex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva Nru 70/156/KEE.

Artikolu 6

1. Sa l-1 ta’ Ġunju 1975, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 t’Ottubru 1975.

2. Hekk kif id-Direttiva tkun ġiet innotifikata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull abbozz ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva li għandhom l-intenzjoni li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni fi żmien suffiċjenti biex il-Kummissjoni tissottometti l-kummenti tagħha dwaru.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Settembru 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Sauvagnargues

[1] ĠU Ċ 55, 13.5.1974, p. 14.

[2] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

[3] karatteristika li għaliha ssir riferenza fl-item 2.2 ta’ l-Anness I.

--------------------------------------------------

[1]ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI, APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI, SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI, KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1. ĠENERALI

1.1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness ma japplikawx għall-mirja li minnhom tista’ tara wara esterni jew għall-aċċessorji bħal aerials tar-radju jew racks tal-bagalji.

1.2. L-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa li jitnaqqas ir-riskju jew il-gravità tal-feriment ta’ persuna li tintlaqat mill-karozzerija jew li tmiss magħha f’każ ta’ ħabta.

2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

2.1. "approvazzjoni tat-tip ta’ vettura" tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura rigward l-isporġenzi esterni tagħha;

2.2. "tip ta’ vettura rigward l-isporġenzi esterni tagħha" tfisser kategorija ta’ vetturi bil-mutur li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal għamla jew materjali ta’ l-uċuħ esterni;

2.3. "uċuħ esterni" ifisser l-unità strutturali li tifforma l-barra tal-vettura u jinkludi l-bonnet, l-għatu tal-kompartiment tal-bagalji, il-bibien, il-ġnub, u l-komponenti viżibbli li jsaħħu;

2.4. "linja tal-paviment" tfisser il-linja stabbilita kif ġej:

ippożizzjona suċċessivament madwar il-vettura kon b’assi vertikali u b’nofs anglu ta’ 30º b’tali mod li jmiss, il-ħin kollu u baxx kemm jista’ jkun mal-wiċċ estern tal-karozzerija. Il-linja tal-paviment hija l-linja ġeometrika ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt. Biex tkun stabbilita l-linja tal-paviment, il-punti ta’ rfigħ, il-pajpijiet ta’ l-exhaust jew ir-roti ma jiġux ikkunsidrati. L-ispazji ta’ l-arkati tar-roti jitqiesu li huma mimlija b’wiċċ immaġinarju li jifforma kontinwazzjoni lixxa ma’ l-uċuħ esterni ta’ madwaru.

2.5. "raġġ ta’ kurvatura" ifisser l-estent approssimattiv tat-tundjatura distinta minn forma ġeometrika eżatta.

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ tip ta’ vettura rigward l-isporġenzi esterni tagħha għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.2. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti fi tliet kopji msemmija hawn taħt:

3.2.1. ritratti tal-partijiet ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ġenb tal-vettura;

3.2.2. disinni, bil-qisien, tal-Bumpers u, fejn ikun il-każ;

3.2.3. disinni ta’ ċerti sporġenzi esterni u jekk ikun il-każ disinni ta’ ċerti sezzjonijiet tal-wiċċ ta’ barra msemmi f’6.9.1.

3.3. Dawn li ġejjin għandhom ikunu sottomessi lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

3.3.1. jew vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip jew il-parti jew il-partijiet tal-vettura li huma meqjusa essenzjali għall-kontrolli u testijiet stipulati minn dan l-Anness;

3.3.2. fuq it-talba ta’ l-imsemmi servizz tekniku, ċerti komponenti u ċerti kampjuni tal-materjali użati.

4. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

(4.1.) (4.2.) (4.3.) (4.4.) (4.4.1.) (4.4.2.) (4.5.) 4.6. Formula li tikkonforma mal-mudell ta’ l-Anness III għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1. Id-disposizjonijiet ta’ dan l-Anness ma għandhomx japplikaw għal dawk il-partijiet tal-wiċċ ta’ barra li, bil-vettura f’kondizzjoni mgħobbija, bil-bibien, twieqi u għotjien ta’ aċċess kollha eċċ, fil-pożizzjoni magħluqa, huma jew:

5.1.1. f’għoli ta’ mhux iktar minn 2m, jew

5.1.2. taħt il-linja tal-paviment; jew

5.1.3. jinstabu f’tali post li, f’kondizzjonijiet statiċi, ma jistgħux jintmissu minn sfera b’dijametru ta’ 100mm.

5.2. Il-wiċċ ta’ barra tal-vettura ma jurux, direttament il-barra, xi partijiet bil-ponta jew li jaqtgħu jew xi sporġenzi ta’ kull għamla, daqs, direzzjoni jew iebsa li jistgħu jżidu r-riskju jew serjetà ta’ korriment lill-ġisem ta’ persuna li tintlaqat mill-wiċċ estern jew li tħokk magħha f’każ ta’ ħabta.

5.3. Il-wiċċ ta’ barra tal-vetturi bil-mutur ma għandhomx juru, direttament il-barra, xi partijiet li jistgħu jolqtu nies mixjin, nies fuq ir-roti jew nies fuq il-muturi.

5.4. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punti 5.5, 6.1.3, 6.3, 6.4.2, 6.7.1, 6.8.1, 6.10, t’hawn taħt, l-ebda parti li toħroġ ’il barra mill-wiċċ ta’ barra ma għandha jkollha raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 25mm.

5.5. Il-partijiet li joħorġu ’l barra mill-wiċċ ta’ barra, magħmula minn materjal ta’ ebusija li ma taqbiżx is-60 shore A, jistgħu jkollhom raġġ ta’ kurvatura inqas minn 2.5mm.

6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

6.1. Ornamenti

6.1.1. Ornamenti miżjuda li joħorġu ’l barra aktar minn 10mm mis-sostenn tagħhom għandhom jinġibdu lura, jinqalgħu jew jintlewew taħt forza ta’ 10daN li ssir fil-punt l-iktar saljenti tagħhom f’kull direzzjoni fi pjan li bejn wieħed u ieħor huwa paralleli mal-wiċċ fuq liema huma armati. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-ornamenti fuq gradilji ta’ radjaturi, li għalihom jgħoddu biss il-ħtiġiet ġenerali tal-punt 5.

6.1.2. Strippi ta’ protezzjoni u lqugħ fuq il-wiċċ ta’ barra ma għandhomx ikunu suġġetti għall-ħtiġiet tal-punt 6.1.1. hawn fuq imsemmi. Iżda, dawn g ikunu mwaħħla sew mal-vettura.

6.1.3. Jekk l-ornamenti miżjuda huma ta’ ħxuna inqas minn 5mm, il-ħtiġiet ta’ raġġ minimu ta’ kurvatura ta’ 275mm ma jgħoddx, iżda l-angoli ta’ tali ornamenti li jaffaċċjaw ’il barra għandhom ikunu spuntati.

6.2. Headlights

6.2.1. Viżjeri u rimmijiet li jisporġu ’l barra huma permessi fuq il-fanali ta’ quddiem, sakemm l-isporġenza tagħhom, kif titkejjel f’relazzjoni mall-wiċċ ta’ barra trasparenti tal-fanal ta’ quddiem ma taqbiżx it-30mm u r-raġġ tal-kurvatura tagħhom hija mill-inqas 2.5mm mad-dawra kollha.

6.2.2. Dwal li jersqu lura għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punt 6.2.1 hawn fuq imsemmi kemm fil-pożizzjoni operattiva u kemm meta mressqa ’l ġewwa.

6.3. Gradilji u spazji

6.3.1 Il-ħtiġiet tal-punt 5.4 m’għandhomx japplikaw għall-ispazji bejn l-elementi fissi u dawk mobbli inklużi dawk li jiffurmaw parti mill-gradilji tad-dħul u l-ħruġ ta’ l-arja u l-gradilji tar-radjaturi, sakemm id-distanza bejn l-elementi konsekuttivi ma taqbiżx l-40mm. Għall-ispazji ta’ bejn 40mm u 25mm ir-raġġi ta’ kurvatura jkunu ta’ 1mm jew aktar. Iżda, jekk id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi hija daqs jew inqas minn 25mm, ir-raġġi tal-kurvatura ta’ l-uċuħ ta’ barra ta’ l-elementi m’għandhomx ikunu inqas minn 075mm.

6.3.2. Fejn jingħaqdu l-uċuħ ta’ quddiem u tal-ġenb ta’ kull element li jiffurmaw gradilja jew spazju għandhom ikunu ma jaqtgħux.

6.4. Wiperstal-windscreen

6.4.1. Il-fittings tal-Wipers tal-windscreen għandhom ikunu tali li x-xaft tal-wiper ikun mgħammar b’kisja ta’ protezzjoni li jkollha raġġ ta’ kurvatura li tissodisfa l-ħtiġiet tal-punt 5.4 hawn fuq imsemmi u wiċċ ta’ mhux inqas minn 150mm2.

6.4.2. Il-punt 5.4 ma japplikax għall-blades tal-wiper jew għall-partijiet li qed isostnuhom. Iżda, dawn l-unitajiet għandhom ikunu magħmula b’tali mod li ma jkollhomx angoli li jaqtgħu jew bil-ponta jew partijiet li jaqtgħu ta’ natura non-funzjonali.

6.5. Bumpers

6.5.1. It-truf tal-Bumpers għandhom ikunu mdawra ‘ġewwa lejn il-wiċċ ta’ barra sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ gganċjar.

6.5.2. Il-komponenti tal-bumper għandhom ikunu ddisinjati b’mod li l-uċuħ riġidi kollha li qed iħarsu ’l barra jkollhom raġġ minimu ta’ kurvatura ta’ 5mm.

6.6. Il-manki, ċappetti u buttuni tal-bibien, kompartimenti tal-bagalji uflaps; ftuħijiet tat-tank u għotjien.

6.6.1. L-isporġenza m’għandhiex taqbeż l-40mm fil-każ ta’ manki tal-bieba tal-ġenb u 30mm fil-każijiet l-oħra kollha,

6.6.2. Jekk il-manki tal-bieba tal-ġenb iduru biex jaħdmu, għandhom jissodisfaw is-segwenti ħtiġiet:

6.6.2.1. it-tarf miftuħ tal-manku għandu jħares lura u l-manku rranġat b’mod li jdur parallelu mal-pjan tal-bieba u ma jdurx ’il barra;

6.6.2.2. it-tarf tal-manku għandu jkun imdawwar lura lejn il-bieba u mwaħħal f’daħla.

6.7. Skorfini tar-roti,hub capsu diski tar-roti

6.7.1. Il-ħtiġiet tal-punt 5.4 m’għandhomx japplikaw.

6.7.2. L-iskorfini tar-roti, il-hub caps u d-diski tar-roti m’għadhux ikollhom sporġenzi forma ta’ xewka.

6.7.3. Meta l-vettura miexja f’linja dritta, l-ebda parti mir-roti ħlief it-tyres, li jinsabu fuq il-pjan orizzontali li jgħaddi mill-assi ta’ rotazzjoni m’għandha tisporġi ’l barra mill-isporġenza vertikali, fi pjan orizzontali, tal-wiċċ jew struttura esterna. Madankollu, jekk il-ħtiġiet tal-funzjoni hekk jitolbu, id-diski tar-roti li jkopru l-iskorfini tar-roti u tal-hub jistgħu joħorġu ’l barra mill-isporġenza vertikali tal-wiċċ jew l-istruttura esterna bil-kondizzjoni li r-raġġ tal-kurvatura tal-wiċċ tal-parti li tkun qed toħroġ ’il barra m’għandhiex tkun inqas minn 30mm u li l-isporġenza lil hemm mill-isporġenza vertikali tal-wiċċ jew l-istruttura esterna fl-ebda każ ma taqbeż it-30mm.

6.8. It-truf tax-sheet-metal

6.8.1. It-truf tax-sheet-metal, bħal truf ta’ kanali u l-linji ta’ bibien li jiġru m’għandhomx ikunu permessi sakemm ma jkunux mgħawġin lura jew mgħammra b’ilqugħ li jħarsu l-ħtiġiet ta’ dan l-Anness li japplikaw għaliha.

6.9. Pannelli tal-karozzerija

6.9.1. Liwi f’pannelli tal-karozzerija jistgħu jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 275mm, sakemm ma jkunx inqas minn wieħed minn għaxra ta’ l-għoli "H" ta’ l-isporġenza, imkejla skond il-metodu deskritt fl-Anness II.

6.10. Ilqugħ tal-ġenb ta’ l-arja jew xita

6.10.1. Iqugħ tal-ġenb ikollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mill-inqas 1mm fuq it-truf li kapaċi jintlewew ’il barra.

6.11. Il-bracketsta’ rfigħ

6.11.1. Il-bracket ta’ rfigħ ma toħroġx ’il barra iktar minn distanza ta’ 10mm barra l-isporġenza vertikali tal-linja tal-paviment li tinsab direttament taħtha.

(7.) (7.1.) (7.1.1.) (7.1.2.) (7.2.) 8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

(8.1.) 8.2. Sabiex tkun verifikata l-konformità mat-tip approvat, numru biżżejjed ta’ kontrolli kampjun għandhom isiru fuq vetturi bil-mutur li jkunu prodotti serjalment.

[1] (1)It-test ta’ l-Annessi huwa bażikament l-istess bħal dak tar-Regolament Nru 26 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti. Partikolarment is-subdiviżjonijiet tas-sezzjonijiet hija l-istess. Fejn ħaġa fir-Regolament Nru 26 m’għandhiex ħaġa li tikkorrispondi fl-Annessi, in-numru xorta waħda jingħata għall-informazzjoni fil-parentesi

--------------------------------------------------

ANNESS II

METODU BIEX IKUN STABBILIT L-GĦOLI TA’ L-ISPORĠENZI TAL-WIĊĊ TA’ BARRA

1. L-għoli H ta’ l-isporġenza huwa stabbilit grafikalment b’riferenza għad-dawra ta’ ċirku b’dijametru ta’ 165mm, internament tanġentali mal-linja ta’ barra tal-wiċċ ta’ barra fis-sezzjoni li għandha tkun iċċekkjata.

2. H huwa valur massimu tad-distanza, li titkejjel ma’ linja dritta li tgħaddi miċ-ċentru taċ-ċirku b’dijametru ta’ 165mm, bejn id-dawra ta’ barra taċ-ċirku msemmi u l-kontorn ta’ barra ta’ l-isporġenza (ara Fig. 1).

3. F’każijiet fejn mhux possibbli għal ċirku b’dijametru ta’ 100mm li jmiss minn barra ma’ parti mill-linja ta’ barra tal-wiċċ ta’ barra fis-sezzjoni in konsiderazzjoni, il-profil tal-wiċċ f’dan is-settur tkun assunta li tkun dik iffurmata mid-dawra taċ-ċirku b’dijametru ta’ 100mm bejn il-punti tanġenti tiegħu mal-linja ta’ barra (ara Fig. 2).

4. Disinni tas-sezzjonijiet meħtieġa mal-wiċċ ta’ barra għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur biex jippermettu li l-għoli ta’ l-isporġenzi imsemmija hawn fuq ikunu jistgħu jitkejlu.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

MUDELL

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet