EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31973L0148

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 1973 dwar l-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fil-Komunità għal ċittadini ta' Stati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment u l-proviżjoni tas-servizzi

OJ L 172, 28.6.1973, p. 14–16 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 06 Volume 001 P. 144 - 146
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 001 P. 132 - 134
Portuguese special edition: Chapter 06 Volume 001 P. 132 - 134
Special edition in Finnish: Chapter 06 Volume 001 P. 135 - 137
Special edition in Swedish: Chapter 06 Volume 001 P. 135 - 137
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 001 P. 167 - 169

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/04/2006; Imħassar b' 32004L0038

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1973/148/oj

31973L0148



Official Journal L 172 , 28/06/1973 P. 0014 - 0016
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0135
Greek special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0144
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 1 P. 0135
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 1 P. 0132
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 1 P. 0132


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-21 ta' Mejju 1973

dwar l-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fil-Komunità għal ċittadini ta' Stati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment u l-proviżjoni tas-servizzi

(73/148/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 54(2) u l-Artikolu 63(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Programmi Ġenerali għall-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi [1], u b'mod partikolari t-Titolu II tagħhom,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-libertà ta' moviment ta' persuni kif previst fit-Trattat u l-Programmi Ġenerali għall-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tinvolvi restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fil-Komunità għal ċittadini ta' Stati Membri li jixtiequ li jkunu stabbiliti jew li jipprovdu servizzi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

Billi l-libertà ta' stabbiliment tista' tintlaħaq kompletament biss jekk jingħata dritt ta' residenza permanenti lill-persuni li sejrin igawdu mil-libertà ta' stabbiliment; billi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tinvolvi li persuni li jipprovdu jew jirċievu servizzi għandu jkollhom id-dritt ta' residenza matul iż-żmien li fih ikunu qed jiġu pprovduti s-servizzi;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 1964 [4] dwar l-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fil-Komunità għal ċittadini ta' Stati Membri f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment u d-dispożizzjonijiet ta' servizzi stabbiliet ir-regoli applikabbli f'din l-arja għal attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968 [5] dwar l-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fil-Komunità għal ħaddiema ta' Stati Membri u l-familji tagħhom, li ssostitwiet id-Direttiva tal-25 ta' Marzu 1964 [6] bl-istess Titolu, sadanittant ġiet emendata bir-regoli applikabbli għal persuni impjegati;

Billi d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-moviment u r-residenza fil-Komunità ta' persuni li jaħdmu għal rashom u l-familji tagħhom għandhom jitjiebu bl-istess mod;

Billi l-koordinazzjoni ta' miżuri speċjali li jikkonċernaw il-moviment u r-residenza ta' ċittadini barranija, iġġustifikata abażi ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, hija diġà s-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 1964 [7];

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom, waqt li jaġixxu kif previst f'din id-Direttiva, jabolixxu restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza ta':

(a) ċittadini ta' Stat Membru li stabbilixxew ruħhom jew li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor sabiex iwettqu attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom, jew li jixtiequ jipprovdu servizzi f'dak l-Istat;

(b) persuni ta' ċittadinanza ta' Stati Membri li jixtiequ jmorru fi Stat Membru ieħor bħala riċevituri ta' servizzi;

(ċ) il-konjuġi u t-tfal taħt il-wieħed u għoxrin sena ta' dawn iċ-ċittadini, mingħajr distinzjoni taċ-ċittadinanza tagħhom;

(d) il-qraba anzjani u dixxendenti ta' dawn il-persuni ċittadini u tal-konjuġi ta' dawn iċ-ċittadini, li huma dipendenti fuqhom, mingħajr distinzjoni taċ-ċittadinanza.

2. L-Istati Membri għandhom jiffavorixxu d-dħul ta' kull membru ieħor tal-familja ta' ċittadin imsemmi fil-paragrafu 1(a) jew (b) jew tal-konjuġi ta' dak iċ-ċittadin, liema membru jkun jiddependi fuq dak iċ-ċittadin jew fuq il-konjuġi taċ-ċittadin jew li fil-pajjiż ta' l-oriġini kien qed joqgħod taħt l-istess saqaf.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-persuni msemmija fl-Artikolu 1 id-dritt li jħallu t-territorju tagħhom. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat sempliċament malli tintwera karta ta' l-identità jew passaport validu. Il-membri tal-familja jgawdu l-istess dritt taċ-ċittadin li fuqu huma dipendenti.

2. L-Istati Membri għandhom, waqt li jaġixxu skond il-liġijiet tagħhom, joħorġu liċ-ċittadini tagħhom, jew iġeddu karta ta' l-identità jew passaport, li għandu jiddikjara b'mod partikolari ċ-ċittadinanza tal-pussessur.

3. Il-passaport għandu jkun validu mill-inqas għall-Istati Membri kollha u għal pajjiżi li minnhom il-pussessur għandu jgħaddi meta jivjaġġa bejn Stati Membri. Billi passaport hu l-uniku dokument li bih il-pussessur jista' legalment joħroġ mill-pajjiż, il-perjodu ta' validità tiegħu m'għandux ikun inqas minn ħames snin.

4. L-Istati Membri ma jistgħux jitolbu mill-persuni msemmija fl-Artikolu 1 xi visa ta' ħruġ jew xi rekwiżit ekwivalenti.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-persuni msemmija fl-Artikolu 1 id-dritt li jidħlu fit-territorju tagħhom fuq preżentazzjoni ta' karta ta' l-identità valida jew passaport validu.

2. L-ebda visa ta' dħul jew rekwiżit ekwivalenti ma jistgħu jintalbu ħlief f'dak li jirrigwarda l-membri tal-familja li m'għandhomx ċittadinanza ta' Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħtu lil dawn il-persuni kull faċilità biex jiġu akkwistati l- visas neċessarji.

L-Artikolu 4

1. Kull Stat Membru għandu jagħti d-dritt ta' residenza permanenti lil ċittadini ta' Stati Membri oħrajn li stabbilixxew ruħhom fit-territorju tiegħu sabiex ikomplu jwettqu attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom, meta r-restrizzjonijiet fuq dawn l-attivitajiet ikunu ġew aboliti skond it-Trattat.

Bħala prova tad-dritt ta' residenza, għandu jinħareġ dokument intitolat "Permess għal Residenza għal ċittadini ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej" Dan id-dokument għandu jkun validu għal mhux inqas minn ħames snin mid-data ta' ħruġ u għandu jkun imġedded awtomatikament.

Interruzzjonijiet fir-residenza li ma jaqbżux sitt xhur konsekuttivi u l-assenza fis-servizz militari m'għandhomx jaffettwaw il-validità ta' permess ta' residenza.

Permess ta' residenza validu ma jistax jiġi rtirat minn ċittadin imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) biss fuq bażi li m'għadux impjegat minħabba li hu temporanjament inkapaċi biex jaħdem bħala riżultat ta' mard jew inċident.

Kull ċittadin ta' Stat Membru li mhuwiex speċifikat fl-ewwel subparagrafu iżda li jkun awtorizzat taħt il-liġijiet ta' Stat Membri ieħor li jwettaq attività fit-territorju tiegħu għandu jingħata dritt ta' residenza għal perjodu ta' mhux inqas minn dak ta' l-awtorizzazzjoni mogħtija għat-twettiq ta' l-attività inkwistjoni.

Madanakollu, kull ċittadin imsemmi fis-subparagrafu 1 u li għalih japplikaw id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti bħala riżultat ta' bidla fl-impjieg għandu jżomm il-permess ta' residenza tiegħu sad-data li fiha jiskadi.

2. Id-dritt ta' residenza għal persuni li jipprovdu jew li jirċievu servizzi għandu jkun ta' tul ugwali għall-perjodu li matulu s-servizzi jkunu pprovduti.

Billi dan il-perjodu jaqbeż it-tliet xhur, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu qed jitwettqu s-servizzi għandu joħroġ dritt ta' alloġġ bħala prova tad-dritt ta' residenza.

Billi l-perjodu ma jaqbiżx it-tliet xhur, il-karta ta' l-identità jew il-passaport li bihom il-persuna kkonċernata tkun daħlet fit-territorju għandhom ikunu biżżejjed sabiex ikopru s-soġġorn tagħha. L-Istati Membri, jistgħu, madanakollu, jeħtieġu lill-persuna kkonċernata li tirraporta l-preżenza tagħha fit-territorju.

3. Membru tal-familja li mhuwiex ċittadin ta' Stat Membru għandu jingħata dokument ta' residenza li jkollu l-istess validità bħal dak maħruġ lil ċittadini li fuqhom huwa dipendenti.

L-Artikolu 5

Id-dritt ta' residenza għandu jkun effettiv tul it-territorju kollu ta' l-Istat Membru kkonċernat.

L-Artikolu 6

Applikant għal permess ta' residenza jew dritt ta' alloġġ m'għandux ikun meħtieġ minn Stat Membru li jipproduċi xi ħaġa oħra għajr li ġej, jiġifieri:

(a) il-karta ta' l-identità jew il-passaport li bihom hu jew hi jkunu daħlu fit-territorju tiegħu;

(b) prova li hu jew hi jiġu minn waħda mill-klassijiet ta' persuni msemmija fl-Artikoli 1 u 4.

L-Artikolu 7

1. Id-dokumenti ta' residenza mogħtija lil ċittadini ta' Stat Membru għandhom jinħarġu u jiġġeddu mingħajr ħlas jew fuq ħlas ta' ammont li ma jaqbiżx id-dovuti u t-taxxi mitluba għall-ħruġ ta' karti ta' l-identità lil ċittadini. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal dokumenti u ċertifikati meħtieġa għall-ħruġ u t-tiġdid ta' dawn id-dokumenti ta' residenza.

2. Il-visas imsemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom ikunu mingħajr ħlas.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex jissimplifikaw kemm jista' jkun il-formalitajiet u l-proċedura sabiex jiġu akkwistati d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 8

L-Istati Membri ma għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ħlief fuq bażi ta' politika ppubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika.

L-Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom, fi żmien sitt xhur min-notifika ta' din id-Direttiva, iġibu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

2. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-emendi magħmula għad-dispożizzjonijiet imposti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva għas-simplifikazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-istabbiliment u d-dispożizzjonijiet ta' servizzi tal-formalitajiet u l-proċedura għall-ħruġ ta' dawn id-dokumenti li għad huma neċessarja għall-moviment u r-residenza ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1.

L-Artikolu 10

1. Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 1964 dwar l-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u r-residenza fil-Komunità ta' ċittadini ta' Stati Membri għar-rigward ta' l-istabbiliment u d-dispożizzjonijiet ta' servizzi għandha tibqa' applikabbli sakemm din id-Direttiva tkun implimentata fl-Istati Membri.

2. Id-dokumenti ta' residenza maħruġa skond id-Direttiva msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu validi sad-data li fiha huma jiskadu.

L-Artikolu 11

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Mejju 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Glinne

[1] ĠU 2, tal–15.1.1962, p. 32/62. u 36/62.

[2] ĠU C 19, tat-28.2.1972, p. 5.

[3] ĠU C 67, ta' l-24.6.1972, p. 7.

[4] ĠU 56, ta' l-4.4.1964, p. 845/64.

[5] ĠU L 257, tad 19.10.1968, p. 13.

[6] ĠU 62, tas-17.4.1964, p. 981/64.

[7] ĠU 56, ta' l-4.4.1964, p. 850/64.

--------------------------------------------------

Top