Official Journal L 302 , 31/12/1972 P. 0028 - 0054
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0061
Danish special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L291 P. 0077
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0061
English special edition: Series I Chapter 1972(31.12)L302 P. 0007
Greek special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0171
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0171
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-importazzjoni ta' bhejjem ta' l-ifrat u majjali kif ukoll laħam frisk minn pajjiżi terzi (72/462/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew; Billi l-Komunità ħarġet numru ta' regolamenti dwar il-kriterji għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' bhejjem ta' l-ifrat u majjali kif ukoll ta' laħam frisk; Billi huwa meħtieġ, kif hemm provdut fir-regolamenti msemmija hawn fuq, li jiġu definiti d-disposizzjonijiet tal-Komunità applikabbli għall-importazzjoni ta' dawn l-annimali u l-laħam minn pajjiżi terzi; Billi dawn id-disposizzjonijet jinvolvu t-tfassil ta' lista, valida għall-Komunità kollha, ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu importati annimali u laħam frisk, u ta' stabbilimenti li minnhom jista' jiġi impurtat il-laħam frisk; Billi l-għażla ta' dawn il-pajjiżi u stabbilimenti għandha tkun ibbażata fuq kriterji ta' natura ġenerali, bħalma huma l-istat tas-saħħa tal-merħla, l-organizzazzjoni u s-setgħat tas-servizzi veterinarji u r-regolamenti tas-saħħa li huma fis-seħħ; billi, barraminnhekk, għandu jkun stabbilit li dawn l-istabbilimenti għandhom jilħqu ċertu numru ta' standards speċjali mfassla biex jiggarantixxu li l-laħam li joriġina minn hemm ikun tabilħaqq jissodisfa l-kriterji tas-saħħa meqjusa bħala meħtieġa mill-Komunità; Billi, barraminnhekk, l-importazzjoni, kemm ta' annimali jew ta' laħam frisk, m'għandhiex tkun awtorizzata minn pajjiżi li jkunu infettati b'mard ta' l-annimali li jittieħed u li minn dawn il-Komunità tkun ħielsa, jew minn pajjiżi li kienu ħielsa minn din l-infezzjoni għal perjodu qasir wisq u li, għalhekk, jippreżentaw riskju serju lill-merħliet tal-Komunità; billi dawn il-konsiderazzjonijiet huma wkoll validi għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi li fihom it-tilqim kontra dan il-mard ikun għadu qiegħed isir; Billi l-kondizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-importazzjoni mill-pajjiżi terzi kollha għandhom ikunu supplimentati b'kondizzjonijiet speċjali mfassla fuq il-bażi tal-qagħda tas-saħħa f'kull wieħed minn dawn; billi minħabba n-natura teknika u d-diversità tal-kriterji li fuqhom dawn il-kondizzjonijiet speċjali jiddependu, għandu jkun hemm, biex dawn ikunu definiti, rikors għal proċedura flessibbli u rapida tal-Komunità li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkooperaw aktar mill-qrib; Billi l-preżentazzjoni ta' forma standard ta' ċertifikat għall-importazzjoni ta' annimali jikkostitwixxi mezz effettiv biex jiġi verifikat li r-regolamenti tal-Komunità jkunu tabilħaqq qegħdin jiġu mħarsa; billi dawn ir-regolamenti jistgħu jinkludu disposizzjonijet speċjali li jisgħu jvarjaw skond il-pajjiżi terzi konċernati, u billi dawn għandhom ikunu kunsidrati fit-tfassil tal-forom standard ta' ċertifikat; Billi l-ispezzjoni li titwettaq fuq l-importazzjoni għandha wkoll tkopri l-oriġini u l-istat tas-saħħa ta' l-annimali; Billi l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, mal-wasla ta' l-annimali fit-territorju tal-Komunità u matul it-transitu għall-post tagħhom tad-destinazzjoni, biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inkluża l-qatla u d-disponiment, meħtieġa bl-iskop li tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika u ta' l-annimali; Billi għandu jkun meħtieġ li l-laħam frisk jiġi minn stabbilimenti approvati u li l-kriterji tas-saħħa u ta' l-ispezzjoni li magħhom il-laħam irid ikun konformi, partikolarment matul il-produzzjoni, il-ħażna u t-trasport, għandhom jiġu speċifikati; Billi huwa meħtieġ li l-Istati Membri għandhom jadottaw atitudni komuni dwar il-laħam frisk li l-introduzzjoni tiegħu fil-Komunità tkun projbita minħabba raġunijiet ta' saħħa u li, partikolarment, l-importazzjoni tal-laħam li jkollu traċċi ta' sustanzi perikolużi jew li l-konsum ta' dan x'aktarx ikun perikoluż jew ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem, għandha tkun projbita; Billi l-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa pubblika u dak tas-saħħa ta' l-annimali magħmul minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiżi terzi li qegħdin jesportaw huwa l-iktar metodu xieraq ta' garanzija li kunsinna ta' laħam frisk hija tajba għall-importazzjoni; Billi l-laħam frisk għandu, minkejja l-proċeduri tad-dwana li taħthom dan ikun dikjarat, jgħaddi minn spezzjoni tas-saħħa meta jilħaq it-territorju tal-Komunità biex tiġi evitata ir-ridirezzjoni ta' laħam li ma jkollux iċ-ċertifikati meħtieġa, u li jkun ġej minn pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ma tkunx awtorizzata, jew li ma jkollhomx ċertifikat tas-saħħa pubblika mimli kif suppost; Billi, biex jiġi verifikat li d-disposizzjonijet ta' din id-Direttiva jkunu mħarsa mill-pajjiżi terzi li qegħdin jesportaw u biex tkun evitata l-importazzjoni ta' laħam perikoluż għas-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri għandhom jissottomettu kull kunsinna ta' laħam frisk, meta dan jiġi impurtat, għal spezzjonijiet sanitarji u veterinarji li għandhom isiru minn veterinarju uffiċjali; billi għandu jiġi stabbilit li, biex din l-ispezzjoni ta' l-importazzjoni tkun standardizzata, ir-regoli għall-applikazzjoni tagħha għandhom ikunu adottati skond il-proċedura li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw aktar mill-qrib; Billi kull kunsinna ta' laħam frisk li tidħol fi Stat Membru wara l-ispezzjoni ta' l-importazzjoni għandha, fil-każ ta' laħam frisk li jkollu jiġi ridirezzjonat lejn xi Stat Membru ieħor, ħlief għal-laħam maqtugħ wara l-importazzjoni f'impjant tat-tqattigħ approvat, tkun akkumpanjata minn ċertifkat uffiċjali li jiddikjara li l-kriterji ta' l-importazzjoni preskritti ġew sodisfatti; Billi l-ispezzjoni, kemm ta' annimali kif ukoll ta' laħam, għandha titwettaq fl-interessi ġenerali tal-Komunità; billi għandu, għalhekk, jiġi stipulat li l-ispezzjoni ssir f'bini approvat f'konformità mal-kriterji tal-Komunità u l-proċedura tal-Komunità; Billi kull Stat Membru għandu d-dritt li jipprojbixxi immedjatament l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi meta dawn ikunu perikolużi għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali; billi f'każ bħal dan, il-koordinazzjoni ta' l-attitudnijiet ta' l-Istati Membri dwar dawn il-pajjiżi terzi għandha tkun assigurata mingħajr dewmien, u mingħajr preġudizzju għal emendi possibbli fil-lista tal-pajjiżi u stabbilimenti awtorizzati li jesportaw lejn il-Komunità; Billi l-esperti veterinarji tal-Komunità għandhom jingħataw struzzjonijiet biex jivverifikaw li d-Direttiva tkun qiegħda tiġi mħarsa mill-pajjiżi terzi b'mod partikolari; Billi, qabel ma d-disposizzjonijet Komunitarji magħmula b'dan il-mod jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ, il-Komunità għandha tħejji numru ta' atti meħtieġa għat-tħaddim tagħhom, waqt li l-Istati Membri għandhom jagħmlu tibdil sostanzjali fil-liġijiet tagħhom; billi l-implimentazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijet għandha, għalhekk, titwettaq fi stadji differenti, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: IL-KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJET ĠENERALI Artikolu 1 1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta': - bhejjem ta' l-ifrat domestiċi u majjali għat-trobbija, għall-produzzjoni jew għall-qatla; - laħam frisk ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi li ġejjin: bhejjem ta' l-ifrat, majjali, ngħaġ u mogħoż kif ukoll solipedi. 2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal: (a) annimali maħsuba esklussivament għal mergħa jew għal skopijiet ta' għażla, fuq bażi temporanja, viċin il-fruntieri tal-Komunità; (b) laħam li jifforma parti mill-bagalja personali ta' min jivvjaġġa u maħsub għall-konsum personali tagħhom, sakemm l-ammont jew il-kwantità trasportata ma tkunx teċċedi aktar minn 1 kg kull persuna u sakemm il-laħam ikun ġej minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta' pajjiżi terzi li jkunu jidhru fuq il-lista mfassla b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 u li minnhom l-importazzjoni ma tkunx projbita, b'mod konformi ma' l-Artikolu 28; (ċ) laħam mibgħut f'pakketti żgħar lil persuni privati sakemm dan il-laħam ma jkunx impurtat b'kummerċ, sakemm il-kwantità mibgħuta ma tkunx teċċedi aktar minn 1 kg u sakemm il-laħam ikun ġej minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta' pajjiżi terzi li jkunu jidhru fuq il-lista mfassla b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 u li minnhom l-importazzjoni ma tkunx projbita, b'mod konformi ma' l-Artikolu 28; (d) laħam għall-konsum mill-ekwipaġġ u l-passiġġieri fuq mezzi ta' trasport li jużaw rotot internazzjonali. Meta dan il-laħam jew skart tal-kċina jitħatt, dan għandu jinqered. M'huwiex, madanakollu, meħtieġ li jinqered laħam meta dan ikun ġie trasferit, direttament, jew wara li jkun tpoġġa proviżorjament taħt is-sorveljanza doganali, minn mezz ta' trasport wieħed għall-ieħor. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva: (a) 'veterinarju uffiċjali' tfisser il-veterinarju maħtur mill-awtorità ċentrali kompetenti ta' Stat Membru jew pajjiżi terzi; (b) 'pajjiż tad-destinazzjoni' tfisser l-Istati Membri li lilhom jintbagħtu annimali jew laħam frisk minn pajjiżi terzi; (ċ) 'terzi pajjiż' tfisser pajjiżi li fihom la d-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' bhejjem ta' l-ifrat u majjali, [1] kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tas-7 ta' Frar 1972, [2] u lanqas id-Direttiva tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fejn jidħol il-laħam frisk, [3] kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tas-27 ta' Ottubru 1970, [4] ma tkun tapplika; (d) 'importazzjoni' tfisser l-introduzzjoni fit-territorju tal-Komunità ta' annimali jew laħam frisk minn pajjiżi terzi; (e) 'impriża' tfisser post agrikolu, industrijali jew kummerċjali sorveljat uffiċjalment li jkun jinsab fil-konfini ta' pajjiżi terzi, li fih l-annimali għat-trobbija, il-produzzjoni jew il-qatla jinżammu jew jitrabbew regolarment; (f) 'annimali għall-qatla' għall-iskop tal-Kapitolu II tfisser bhejjem ta' l-ifrat jew majjali li dwarhom ikun hemm il-ħsieb biex mal-wasla fil-pajjiż tad-destinazzjoni jittieħdu direttament lejn il-biċċerija; (g) 'annimali għat-trobbija jew il-produzzjoni' tfisser bhejjem ta' l-ifrat jew majjali ħlief għal dawk imsemmija f'(f), inklużi dawk maħsuba għat-trobbija, għall-produzzjoni tal-ħalib jew il-laħam, jew għall-iskopijiet ta' għażla; (h) 'merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat ħielsa uffiċjalment mit-tuberkolożi' tfisser merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A tal-Kapitolu I; (i) 'merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi' tfisser merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A, tal-Kapitolu II (A) (1); (j) 'merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat ħielsa mill-bruċellosi' tfisser merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A, tal-Kapitolu II (A) (2); (k) 'majjali ħielsa mill-bruċellosi' tfisser majjali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A, tal-Kapitolu II (B) (1); (l) 'merħla majjali ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi' tfisser merħla majjali li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A, tal-Kapitolu II (B) (2); (m) 'żona ħielsa epiżotikament' tfisser żona li fiha, skond sejbiet uffiċjali, l-annimali ma jkunux sofrew minn kwalunkwe mard infettiv li hemm fuq il-lista mfassla skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, għal perjodu u f'radijs li għandhom ikunu definiti b'mod konformi ma' l-istess proċedura; (n) 'laħam' tfisser il-partijiet kollha ta' bhejjem ta' l-ifrat, majjali, ngħaġ u mogħoż u solipedi domestiċi li huma tajbin għall-konsum tal-bniedem; (o) 'laħam frisk' tfisser laħam li ma jkunx għadda minn kwalunkwe proċess ta' preservazzjoni; madanakollu, laħam imkessaħ u ffriżat għandu jiġi kkunsidrat bħala frisk; (p) 'karkassa' tfisser il-ġisem kollu ta' annimali maqtula wara li jkun ħareġ minnhom id-demm, it-tneħħija tal-vixxri, it-tneħħija tar-riġel fil-karpu u t-tarsu, it-tneħħija tar-ras, id-denb u l-glandola mammarja u barra minhekk, fil-każ ta' bhejjem ta' l-ifrat, ngħaġ, mogħoż u solipedi, wara t-tneħħija tal-ġilda; (q) 'fdalijiet' tfisser laħam frisk ħlief għal dak tal-karkassa kif definit f'(o), anke jekk dan jibqa' mwaħħal naturalment mal-karkassa; (r) 'vixxri' tfisser il-fdalijiet mill-kavitajiet toraċi, taż-żaqq u pelviċi, inklużi t-trakea u l-osofagu; (s) 'mezzi ta' trasport' tfisser dawk il-partijiet ta' vetturi bil-magna, vetturi li jimxu fuq il-linji tal-ferrovija u mezzi ta' l-ajru li jintużaw għat-tagħbija, u l-istivi ta' vapuri, jew kontenituri għat-trasport bl-art, bil-baħar jew bl-ajru; (t) 'kunsinna' tfisser kwantità ta' laħam jew numru ta' annimali koperti bl-istess ċertifikat; (u) 'stabbiliment' tfisser biċċerija approvata, impjant ta' tqattigħ approvat jew maħżen tat-tkessiħ approvat, li jkun jinsab barra dawn il-biċċeriji jew impjanti approvati, li jkun ġie approvat mill-pajjiżi terzi u li jkun jidher fil-lista jew listi mfassla b'mod konformi ma' l-Artikolu 4. Artikolu 3 1. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jfassal lista tal-pajjiżi jew partijiet minn pajjiżi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' bhejjem ta' l-ifrat, majjali u laħam frisk, jew wieħed jew aktar minn dawn il-kategoriji ta' annimali u komoditajiet, waqt li jikkunsidra s-sitwazzjoni tas-saħħa f'dawn il-pajjiżi jew f'partijiet minnhom. Din il-lista tista' tiġi supplimentata jew emendata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. 2. Fil-waqt tad-deċiżjoni, kemm fil-każ ta' bhejjem ta' l-ifrat u majjali u kemm fil-każ ta' laħam frisk, dwar jekk pajjiż jew parti minnu għandux ikun imniżżel fil-lista msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil: (a) l-istat tas-saħħa tal-merħla, annimali domestiċi oħra jew slavaġġ li jkun hemm f'dawn il-pajjiżi terzi, waqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-mard f'annimali eżotiċi, kif ukoll is-sitwazzjoni tas-saħħa ambjentali tal-pajjiż, li tista' tpoġġi fil-periklu s-saħħa pubblika u ta' l-annimali fl-Istati Membri; (b) ir-regolarità u l-ħeffa ta' l-informazzjoni li tingħata mill-pajjiżi terzi dwar l-eżistenza ta' mard infettiv fl-annimali li jkun hemm fit-territorju tagħhom, partikolarment dawk imsemmija fil-listi A u B ta' l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżotiku; (ċ) ir-regolamenti ta' dawn il-pajjiżi dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard ta' l-annimali; (d) l-istruttura tas-servizzi veterinarji f'dawn il-pajjiżi u s-setgħat li għandhom; (e) l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri biex jiġi evitatat u kontrollat il-mard infettiv ta' l-annimali. 3. Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 u l-emendi kollha għal din għandha tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Artikolu 4 1. B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 għandha titfassal lista waħda jew aktar ta' l-istabbilimenti li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk. Il-lista jew il-listi jistgħu jkunu emendati jew supplimentati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. 2. Fid-deċiżjoni dwar jekk biċċerija, impjant ta' tqattigħ jew maħżen ta' kesħa li jkun jinsab barra biċċerija jew impjant ta' tqattigħ ikunux jidhru fuq waħda mil-listi msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali lil: (a) il-garanziji li l-pajjiżi terzi jistgħu joffru dwar il-konformità mad-disposizzjonijet ta' din id-Direttiva; (b) ir-regolamenti tal-pajjiżi terzi dwar l-amministrazzjoni lill-annimali tal-qatla ta' kwalunkwe sustanzi li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-laħam; (ċ) il-konformità f'kull każ partikolari mad-disposizzjonijet ta' din id-Direttiva; (d) l-organizzazzjoni tas-servizzi ta' l-ispezzjonar tal-laħam tat-pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom, is-setgħat ta' dawn is-servizzi u s-sorveljanza li għaliha dawn huma suġġetti. 3. Biċċerija, impjant tat-tqattigħ jew maħżen ta' kesħa li jinsab barra biċċerija jew impjant ta' tqattigħ jistgħu jidhru biss fuq il-lista jew listi li hemm provduti fil-paragrafu 1 jekk dawn ikunu jinsabu f'wieħed mill-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 3 (1) u jekk dawn ikunu ġew, barraminhekk, approvati uffiċjalment għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi. Din l-approvazzjoni għandha tkun suġġetta għall-konformità mal-kriterji li ġejjin: (a) konformità mad-disposizzjonijet ta' l-Anness B; (b) sorveljanza regolari minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiżi terzi. 4. Il-lista jew listi msemmija fil-paragrafu 1 u l-emendi kollha għalihom għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Artikolu 5 L-ispezzjoni għandha ssir fuq il-post mill-esperti veterinarji ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiġi verifikat jekk id-disposizzjonijet ta' din id-Direttiva, u partikolarment dawk ta' l-Artikolu 3 (2) u l-Artikolu 4 (2) u (3) ikunux attwalment qegħdin jiġu applikati. L-esperti mill-Istati Membri għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom isiru f'isem il-Komunità li din għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe infieq li jkun sar f'dan ir-rigward. Il-frekwenza ta' u l-proċedura għal dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. IL-KAPITOLU II IMPORTAZZJONIJIET TA' BHEJJEM TA' L-IFRAT U MAJJALI Artikolu 6 Minkejja d-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 3 (1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta' l-annimali msemmija f'din id-Direttiva jekk dawn ikunu ġejjin minn pajjiżi li m'humiex Stati Membri; (a) ħielsa minn kwalunkwe mard li għalih l-annimali jkunu suxxettibbli: - għal 12-il xahar, għal mard ta' l-ilsien u d-dwiefer fil-merħliet, il-plewropnewmonja infettiva, id-deni Afrikan tal-majjali (African swine fever) u l-paraliżi tal-majjali li tittieħed (il-marda Teschen); - għal 6 xhur, għal marda ta' l-islien blu u stomatitis veskulatorja li tittieħed; (b) li ma jkunux ġew mlaqqma matul it-12-il xahar ta' qabel kontra l-mard imsemmi taħt (a), l-ewwel vers, u li għalih dawn l-annimali jkunu suxxettibbli. Artikolu 7 Jista' jiġi deċiż, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, li d-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 6 (a) għandhom ikunu japplikaw biss għal parti tat-territorju ta' Stat Membru. B'mod konformi ma' l-istess proċedura, b'deroga mid-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 6 (b) l-importazzjoni ta' l-annimali msemmija f'din id-Direttiva tista', fuq ċerti kondizzjonijiet, tkun awtorizzata minn pajjiż li m'huwiex Stat Membru jew minn partijiet minnu fejn ikun sar it-tilqim kontra waħda jew aktar mill-mardiet imsemmija fl-Artikolu 6 (a) l-ewwel vers. Artikolu 8 1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijet ta' l-Artikoli 6 u 7, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta' l-annimali msemmija f'din id-Direttiva minn pajjiżi li m'humiex Stati Membri jekk dawn ikunu jħarsu l-kondizzjonijiet tas-saħħa adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 għall-importazzjoni minn pajjiżi li m'humiex Stati Membri, skond l-ispeċi u d-destinazzjoni ta' l-annimali. 2. Jista' jiġi deċiż, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, li jkunu limitati l-awtorizzazzjonijiet għal speċi partikolari, ta' annimali għall-qatla, trobbija jew produzzjoni jew għal annimali maħsuba għal skopijiet oħra, u biex ikunu applikati l-miżuri tas-saħħa meħtieġa wara l-importazzjoni. 3. Jista' jiġi deċiż, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, li jiġu rinunzjati d-disposizzjonijet ta' l-Anness A, Il-Kaġpitolu II, it-Taqsima A dwar: - il-kisba minn merħla ħielsa mill-bruċellosi tal-kwalifika tal-ħelsien uffiċjali mill-bruċellosi; - l-introduzzjoni ta' bhejjem ta' l-ifrat minn merħliet ħielsa mill-bruċellosi f'merħliet ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi; - l-irtirar tal-kwalifika 'merħla ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi'. Artikolu 9 Fil-każ li Stat Membru jidhirlu li t-tilqim użat kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer f'pajjiż li m'huwiex Stat Membru kontra l-viruses A, O u Ċ ikollu ċerti nuqqasijiet, dan għandu jipprojbixxi l-introduzzjoni fit-territorju tiegħu ta' bhejjem ta' l-ifrat u majjali li jkunu ġejjin mill-pajjiż mhux Stat Membru in kwestjoni. Dan għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kemm jista' jkun malajr dwar din id-deċiżjoni tiegħu u għandu jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni. Il-Kumitat Veterinarju Permanenti għandu jiltaqa' kemm jista' jkun malajr wara n-notifika. Għandha tittieħed deċiżjoni b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. Artikolu 10 L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' bhejjem ta' l-ifrat u majjali jekk, qabel il-jum tat-tagħbija għat-trasport lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni, dawn l-annimali jkunu baqgħu fit-territorju jew parti mit-territorju ta' pajjiż li m'huwiex Stat Membru li hemm fuq il-lista stabbilita b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 (1): (a) għal mhux inqas minn 6 xhur fil-każ ta' annimali għat-trobbija jew għall-produzzjoni; (b) għal mhux inqas minn 3 xhur fil-każ ta' annimali għall-qatla. Dan il-perjodu għandu jibda mit-twelid fil-każ ta' annimali li għandhom inqas minn 6 jew 3 xhur rispettivament. Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' bhejjem ta' l-ifrat u majjali jekk ikun hemm biss iċ-ċertifikat mimli minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż li m'huwiex Stat Membru li qiegħed jesporta. Dan iċ-ċertifikat għandu (a) jinħareġ fil-ġurnata tat-tagħbija ta' l-annimali għall-kunsinna lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni; (b) ikun f'minn ta' lanqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tad-destinazzjoni u f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż li qed jagħmel l-ispezzjoni ta' l-importazzjoni kif hemm provdut fl-Artikolu 12; (ċ) l-oriġinal ta' dan iċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-annimali; (d) jipprovdi prova li l-bhejjem ta' l-ifrat u l-majjali jkunu jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u dawk stabbiliti b'mod konformi ma' din dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; (e) ikun jikkonsisti f'folja waħda; (f) ikun magħmul fl-isem ta' destinatarju wieħed. 2. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun konformi ma' mudell stabbilit b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. Artikolu 12 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bhejjem ta' l-ifrat u l-majjali, meta jaslu fit-territorju tal-Komunità, jgħaddu minn spezzjoni tas-saħħa (kontroll ta' l-importazzjoni) magħmula minn veterinarju uffiċjali. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bhejjem ta' l-ifrat u l-majjali ma jitħallewx jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità jekk matul l-ispezzjoni preskritta fil-paragrafu (1) jinstab: - li l-annimali ma jkunux ġejjin mit-territorju jew minn parti tat-territorju ta' pajjiżi terzi li hemm imniżżla fil-lista stabbilita b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 (1); - li l-annimali jkunu nfettati jew suspettai li huma infettati jew kontaminati b'xi marda infettiva; - li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u l-Annessi li hemm fiha ma jkunux ġew imħarsa mill-pajjiż mhux Stat Membru li qiegħed jesporta; - li ċ-ċertifikat li jakkumpanja lill-annimali ma jkunx jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11. 3. L-Istati Membri li jkunu għamlu l-ispezzjoni msemmija f'(1) għandhom jieħdu dawk il-miżuri kollha li huma jidhrilhom li huma meħtieġa. Dawn il-miżuri jistgħu, inter alia, jinkludu: (a) - it-tpoġġija fi kwarantina ta' l-annimali li jkunu suspettati li jkunu infettati jew kontaminati b'mard li jittieħed; - fil-każ stabbilit fil-paragrafu 2 ir-raba' vers, fuq it-talba ta' l-esportatur, l-importatur jew ir-rappreżentant tagħhom, iż-żamma ta' l-annimali taħt kontroll sakemm iċ-ċertifikat jiġi approvat; (b) illi jintbagħtu lura annimali li ma jistgħux jitħallew igawdu mill-moviment liberu b'mod konformi mal-paragrafu 2, jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjonijiet marbuta mas-saħħa ta' l-annimali. Meta ma jkunx possibbli li l-annimali jintbagħtu lura, l-awtorità kompetenti għandha tordna l-qatla tagħhom u għandha taħtar l-istabbiliment li għandu jintuża għal dan l-iskop. (ċ) il-qatla u l-qerda ta' l-annimali kollha tal-kunsinna in kwistjoni ssir jekk l-ispezzjoni msemmija fuq tkun turi evidenza jew suspett ta' waħda mill-mardiet epiżotiċi li hemm imniżżla fil-lista stabbilita b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. 4. Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-bhejjem ta' l-ifrat u l-majjali meta dawn ikunu impurtati għandu, wara l-ispezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali (l-ispezzjoni ta' l-importazzjoni) jiddikjara b'mod ċar jekk l-annimali kienux ġew approvati jew rifjutati d-dħul. 5. Meta jaqsmu t-territorju tal-Komunità biex jilħqu l-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3 (a) l-ewwel inċiż, u l-paragrafu 3 (ċ) jekk l-annimali jkunu infettati, jew suspettati li jkun infettati jew kontaminati b'xi marda li tittieħed. 6. L-annimali li jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni u li d-destinazzjoni tagħhom ma tkunx l-Istat Membru li jkun wettaq l-ispezzjoni ta' l-importazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, għandhom ikunu diretti lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni taħt il-kontroll doganali mingħajr ma dawn jitħattew. 7. L-annimali li jkunu ssodisfaw il-kontroll ta' l-importazzjoni stabbilit fil-pargrafu 1 għandhom jgħaddu minn aktar spezzjonijiet meħtieġa fil-pajjiż tad-destinazzjoni biex jiġi verifikat jekk id-disposizzjonijet ta' din id-Direttiva, inklużi l-kondizzjonijiet speċjali definiti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 skond l-Artikolu 3, ikunux ġew imħarsa. Dawn l-ispezzjonijiet jistgħu jsiru kemm mal-fruntiera, jew fi kwalunkwe post ieħor magħżul mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tad-destinazzjoni, jew inkella fit-tnejn. 8. L-esportatur, l-importatur jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom ikunu obbligati jagħmlu tajjeb għal kwalunkwe spejjeż li jkunu saru b'mod konformi ma' dan l-Artikolu, inkluża l-qatla jew il-qerda ta' l-annimali, mingħajr l-ebda kumpens mill-Istat. Artikolu 13 Mal-wasla fil-pajjiż tad-destinazzjoni, l-annimali għall-qatla għandhom jittieħdu direttament lejn biċċerija u, b'mod konformi mal-kriterji tas-saħħa ta' l-annimali, jiġu maqtula sa mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara d-dħul tagħhom f'dik il-biċċerija. Mingħajr preġudizzju għal ebda kondizzjonijiet speċjali li jistgħu jkunu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tad-destinazzjoni tista', minħabba raġunijiet ta' saħħa, tagħżel il-biċċerija li fiha dawn l-annimali għandhom jittieħdu. IL-KAPITOLU III IMPORTAZZJONIJIET TA' LAĦAM FRISK Artikolu 14 1. Il-laħam frisk għandu jkun ġej minn annimali li jkunu baqgħu fit-territorju jew f'parti mit-territorju ta' pajjiż li hemm imniżżla fuq il-lista stabbilita billi jiġi mplimentat l-Artikolu 3 (1) għal minn ta' lanqas tlett xhur qabel il-qatla jew mit-twelid jekk l-annimali in kwistjoni jkollhom inqas minn tlett xhur. 2. Minkejja d-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 3 (1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta' laħam frisk li jkun ġej minn pajjiżi li m'humiex Stati Membri: (a) li, għall-aħħar 12-il xahar kienu ħielsa minn dawk il-mardiet li ġejjin li għalihom l-annimali, li minnhom ikun ġie l-laħam, ikunu suxxettibbli: il-pesta tal-merħla, il-marda eżotika ta' l-ilsien u tad-dwiefer, id-deni Afrikan fil-majjali (African swine fever), il-paraliżi infettiva fil-majjali li tkun tittieħed (il-marda Teschen); (b) li fihom l-ebda tilqim ma jkun sar għal 12-il xahar kontra l-mardiet imsemmija fuq taħt (a) u li għalihom l-annimali li minnhom jittieħed il-laħam ikunu suxxettibbli. Artikolu 15 Jista' jiġi deċiż, taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, li d-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 14 (2) (a) għandhom ikunu jgħoddu biss għal parti mit-territorju ta' pajjiż li m'huwiex Stat Membru. B'mod konformi ma' l-istess proċedura u minkejja d-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 14 (2) (b), l-importazzjoni ta' laħam frisk jista' jkun awtorizzat, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, minn pajjiż li m'huwiex Stat Membru jew minn parti minnu fejn it-tilqim ikun sar kontra waħda mill-mardiet jew aktar imsemmija fl-Artikolu 14 (2) (a). Artikolu 16 Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijet ta' l-Artikoli 14 u 15, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk minn pajjiż li ma jkunx Stat Membru biss jekk il-laħam ikun konformi mal-kriterji sanitarji addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 għall-importazzjoni ta' laħam frisk minn pajjiżi li m'humiex Stati Membri, skond l-ispeċi ta' l-annimali. Artikolu 17 1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk fil-forma ta' karkassi, possibbilment maqtugħa f'nofsijiet fir-rigward tal-majjal, u maqtugħa f'nofsijiet jew fi kwartijiet fir-rigward tal-bhejjem ta' l-ifrat u s-solipedi, biss jekk ikun possibbli li l-karkassa ta' kull annimal tkun tista' tingħaqad kollha mill-ġdid. 2. Din l-importazzjoni għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin: il-laħam frisk għandu (a) jkun inkiseb minn biċċerija li tkun imsemmija fil-lista stabbilita b'mod konformi ma' l-Artikolu 4 (1); (b) ikun ġej minn annimali għall-qatla li, b'mod konformi ma' l-Anness B, il-Kapitolu V, ikun għadda minn spezzjoni tas-saħħa post-mortem li tkun twettqet minn veterinarju uffiċjali u jkunu ġew meqjusa bħala addattati għall-qatla b'mod konformi mad-disposizzjonijet ta' din id-Direttiva, bil-ħsieb li l-laħam ikun esportat lejn il-Komunità; (ċ) ikun ġie trattat skond il-kondizzjonijiet ta' iġene b'mod konformi ma' l-Anness B, il- Kapitolu VI; (d) ikun għadda minn spezzjoni post mortem minn veterinarju uffiċjali b'mod konformi ma' l-Anness B, il-Kapitolu VII, u ma jkun wera l-ebda bidla ħlief għal xi ħsara trawmatika li tkun ġrat ftit qabel il-qatla jew xi malformazzjonijiet lokalizzati jew inkella xi bidliet sakemm ikun ġie stabbilit, jekk ikun possibbli permezz ta' testijiet xierqa ta' laboratorju, li dawn ma jkunux iwasslu biex il-karkassa jew il-biċċiet tal-laħam ma jkunux aktar tajba għall-konsum uman jew inkella jkunu perikolużi għas-saħħa tal-bniedem; (e) ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa pubbliku b'mod konformi ma' l-Anness B, il-Kapitolu X; (f) ikun ġie maħżun wara l-ispezzjoni post mortem taħt kondizzjonijiet ta' iġene sodisfaċenti u b'mod konformi ma' l-Anness B, il-Kapitolu XII f'impjanti ta' ħażna; (g) ikun ġie trasportat lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni taħt kondizzjonijiet ta' iġene sodisfaċenti. 3. Methyl violet biss jista' jintuża għall-ittimbrar ta' laħam frisk bl-inka. Jistgħu jintużaw tipi oħra ta' kuluri b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. 4. Meta jsiru dawn l-ispezzjonijiet post mortem imsemmija fil-paragrafu 2 (d), il-veterinarju uffiċjali jista' jkun mgħejun minn assistenti mpoġġija taħt l-awtorità tiegħu. Dawn l-assistenti għandhom: (a) jinħatru mill-awtorità kompetenti ċentrali tal-pajjiż li qiegħed jesporta, b'mod konformi mad-disposizzjonijet li hemm fis-seħħ; (b) ikollhom taħriġ xieraq; (ċ) ikunu jgwadu status li jiggarantixxi l-imparzjalità tagħhom lejn dawk li jmexxu l-istabbilimenti; (d) ma jkollhom l-ebda setgħa ta' deċiżjoni dwar ir-riżultat finali ta' l-ispezzjoni tas-saħħa pubblika. Artikolu 18 1. Minkejja l-Artikolu 17 (1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta': (a) nofs karkassi, kwartijiet separati jew biċċiet li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 (2) u (3) u li jkunu ġejjin minn biċċeriji magħżula apposta għal dan l-iskop b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29; (b) biċċiet maqtugħa li jkunu iżgħar mill-kwartijiet jew laħam bl-għadam li jkun ġej minn impjanti tat-tqattigħ spezzjonat skond l-Artikolu 4 u approvat għal dan l-iskop b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. Dan il-laħam għandu, barra mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-L-Artikolu 17 (2) u (3), iħares il-kondizzjonijiet li ġejjin: (i) ikun tqatta' u nkiseb, b'mod konformi mal-preskrizzjonijiet ta' l-Anness B, il-Kapitolu VIII; (ii) ikun ġie spezzjonat minn veterinarju uffiċjali, b'mod konformi mad-disposizzjonijet ta' l-Anness B, il-Kapitolu IX; (iii) dwar l-ippakkjar, ikun iħares il-preskrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness B, il-Kapitolu XI; (iv) jgħaddi mill-ispezzjonijiet kollha, mwettqa mill-veterinarji tal-Komunità, meħtieġa biex ikun żgurat li d-disposizzjonijet imsemmija fuq ikunu ġew imħarsa; (v) dwar il-laħam frisk ta' solipedi, jgħaddi mill-ispezzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni bil-ħsieb li jkunu imposti, jekk ikun hemm, restrizzjonijiet dwar l-użu tiegħu. 2. B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 u minkejja l-Anness B il-punt 32, il-laħam jista' jiġi mqatta' waqt li jkun għadu sħun, u f'dak il-każ, il-kondizzjonijiet minimi li ġejjin għandhom jiġu mħarsa: (a) il-laħam frisk għandu jiġi trasportat direttament mill-kamra tal-biċċerija għal dik tat-tqattigħ, li għandha tkun fl-istess grupp ta' bini u biżżejjed viċin xulxin peress li l-laħam li għandu jitqatta' għandu jkun trasferit f'operazzjoni waħda minn kamra waħda għall-oħra permezz ta' estensjoni tas-sistema ta' ġarr mill-kamra tal-biċċerija, u t-tqattigħ għandu jsir mill-ewwel; (b) hekk kif it-tqattigħ u l-ippakkjar preskritti jkunu lesti, il-laħam għandu jittieħed lejn il-kamra tal-kesħa kif hemm stabbilit fl-Anness B, il-Kapitolu II, il-punt 2 (a). Artikolu 19 L-Artikoli 17 u 18 m'għandhomx japplikaw: (a) għal laħam frisk impurtat b'awtorizzazzjoni tal-pajjiż tad-destinazzjoni għal użi oħra ħlief għall-konsum uman; (b) għal laħam frisk maħsub għal esebizzjoni jew għal studji jew analiżi speċjali sakemm il-kontroll amministrattiv jagħmilha possibbli li jkun żgurat li dan il-laħam ma jintużax għall-konsum uman u li meta l-wirja tispiċċa jew meta l-istudji jew l-analiżi speċjali jkunu twettqu dan il-laħam, ħlief għal dak użat matul l-analiżi, għandu jiġi rtirat mit-territorju tal-Komunità jew inkella jinqered. F'dan il-każ u f'dak imsemmi taħt (a), il-pajjiż tad-destinazzjoni għandu jiżgura li l-laħam in kwistjoni ma jkunx jista' jitpoġġa għal ebda użu ħlief għal dak li għalih kien iddaħħal fit-territorju ta' dan il-pajjiż; (ċ) għal laħam frisk maħsub esklussivament għall-provvista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, suġġett li jiġi approvat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 u sakemm dan il-laħam ikun ġej minn wieħed mill-pajjiżi li hemm fuq il-lista stabbilita skond l-Artikolu 3 (1) u li l-kriterji tas-saħħa ta' l-annimali jkunu mħarsa. L-Istati Membri li fit-territorju tagħhom l-organizzazzjonijiet internazzjonali in kwistjoni jkunu jinsabu għandhom jiżguraw li dan il-laħam ma jitpoġġix f'ċirkolazzjoni ħielsa. Artikolu 20 L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta': (a) laħam frisk tal-ħanżir selvaġġ jew ħnieżer kritptorċidi; (b) laħam frisk li jkollu residwi ta' sustanzi ostroġeni jew tirostatiċi, antibijotiċi, antimonju, arseniku, pestiċidi jew sustanzi oħra li jkunu ta' ħsara jew li x'aktarx jagħmlu l-konsum tal-laħam frisk perikoluż jew ta' ħsara għas-saħħa umana, sakemm dawn ir-residwi ikunu jeċċedu l-livelli awtorizzati. Il-livelli awtorizzati għandhom ikunu ffissati mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummussjoni, u jistgħu jiġu emendati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29; (ċ) laħam frisk trattat b'raġġi jonizzanti jew ta' l-ultraviolet, kif ukoll laħam frisk mill-annimali li jkunu ġew trattati bi prodotti li jagħmlu l-laħam tari jew prodotti oħra li x'aktarx jibdlu l-kompożizzjoni jew in-natura organoleptika tagħhom; (d) laħam firsk li miegħu jkunu żdiedu sustanzi oħra ħlief għal dawk li hemm provduti fl-Artikolu 17 (3) għall-iskop ta' l-ittimbrar tas-saħħa pubblika; (e) laħam frisk minn annimali li jkunu nstabu li għandhom it-tuberkolożi fi kwalunkwe forma u li kienu ġew ċertifikati li kellhom it-tuberkolożi wara reazzjoni tuberkulina pożittiva; (f) laħam frisk minn annimali li wara l-qatla jinstabu li jkollhom it-tuberkolożi fi kwalunkwe forma, jew li jkunu qed iġorru diversi ċestiċerċi ħajjin jew mejtin, jew fil-każ tal-majjal, li jkun fihom dud irqiq ta' l-imsaren; (g) laħam frisk minn annimali maqtula żgħar ħafna; (h) partijiet tal-karkassi jew biċċiet bi ħsarat trawmatiċi li jkunu ġraw ftit qabel il-qatla jew il-malformazzjonijiet jew it-tibdil msemmi fl-Artikolu 17 (2) (d); (i) demm; (j) laħam frisk ikkappuljat jew ittrattat b'mod simili; (k) fdalijiet ta' organi muskolari jew xaħmin jew biċċiet ta' organi oħra li jkunu ġejjin mit-tqattigħ u l-ispulpjar tal-laħam jew li jkunu mwaħħla ma' l-għadma u fdalijiet ta' organi muskolari jew tessuti oħrajn tar-ras, ħlief għall-ilsien. Artikolu 21 Il-metodu u l-proċeduri meħtieġa biex tiġi skoperta l-preżenza tad-dud irqiq fl-imsaren fil-laħam frisk tal-majjal għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, li għandu jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni. Artikolu 22 1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-laħam frisk biss jekk jiġi preżentat ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikat tas-saħħa pubblika mimlijin kif xieraq mill-veterinarju uffiċjali tat-pajjiżi terzi esportaturi. Dawn iċ-ċertifikati għandhom: (a) jimtlew f'minn ta' lanqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tad-destinazzjoni u f'waħda minn dawk tal-pajjiż li fih l-ispezzjonijiet ta' l-importazzjoni li hemm provduti fl-Artikoli 23 u 24 jkunu saru; (b) jakkumpanjaw il-laħam frisk fl-oriġinal; (ċ) jkunu jikkonsistu f'folja waħda ta' karta; (d) jkunu magħmula għal indirizzat wieħed. Iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali għandu jiddikjara li l-laħam frisk huwa konformi mal-kriterji tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti f'din id-Direttiva u ma' dawk stabbiliti b'mod konformi magħha dwar l-importazzjoni ta' laħam frisk minn pajjiżi li m'humiex membri. 2. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun b'mod konformi mal-mudell imfassal skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. 3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa pubblika għandu jikkorrispondi, fil-preżentazzjoni u l-kontenut, mal-mudell li qed jidher fl-Anness Ċ u għandu jinħareġ fil-jum li fih il-laħam frisk jitgħabba bil-ħsieb li jintbagħat lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni. Artikolu 23 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-laħam frisk ikun suġġett, mingħajr l-ebda dewmien, u immedjatament meta dan jidħol fit-territorju tal-Komunità, għal spezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali li għandha ssir mill-awtorità kompetenti minkejja l-proċeduri tad-dwana li taħthom dan ikun ġie dikjarat. 2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijet tal-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-importazzjoni tkun projbita meta din l-ispezzjoni turi li: - il-laħam ma jkunx ġej minn territorju jew parti minn territorju ta' pajjiżi li m'humiex membri li ma jkunux inklużi fil-lista mfassla b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 (1); - il-laħam ikun ġej minn territorju jew minn parti ta' territorju ta' pajjiżi li m'humiex membri li minnhom l-importazzjoni tkun projbita b'mod konformi ma' l-Artikoli 14 u 27; - iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali li jkun jakkumpanja l-laħam ma jkunx b'mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 22. 3. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw li l-laħam frisk minn pajjiż li m'huwiex membru jiġi trasportat lejn pajjiż ieħor li m'huwiex membru sakemm: (a) il-parti konċernata tforni evidenza li l-ewwel pajjiż li m'huwiex membru li lilu jintbagħat il-laħam, wara t-transitu mit-territorju tal-Komunità, jagħżel li taħt l-ebda ċirkustanza ma jirrifjuta jew jibgħat lura lil ta' l-aħħar il-laħam li l-importazzjoni jew it-transitu tiegħu tkun ġiet awtorizzata; (b) dan it-trasport ikun ġie awtorizzat minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom tkun saret l-ispezzjoni tas-saħħa fuq l-importazzjoni; (ċ) dan it-trasport ikun seħħ, mingħajr tagħbija mill-ġdid fit-territorju tal-Komunità, taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet kompetenti f'vetturi jew kontenituri ssiġillati mill-awtoritajiet kompetenti; l-uniku ġarr bl-idejn awtorizzat matul dan it-trasport għandu jkun dak li jitwettaq rispettivament fil-punt tad-dħul fit-territorju tal-Komunità jew tal-ħruġ minn dan ta' l-aħħar għat-trasbord dirett minn vapur jew ajruplan għal mezzi oħra ta' trasport jew viċe versa. 4. Kull spiża li ssir b'mod konformi ma' dan l-Artikolu għandha titħallas mill-kunsinnjatur, il-kunsinnjant jew mill-aġenti tagħhom, mingħajr l-ebda ħlas lura mill-Istat. Artikolu 24 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull grupp ta' laħam frisk ikun suġġett għal spezzjoni tas-saħħa pubblika meta dan ikun impurtat u għal spezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali li titwettaq minn veterinarju uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-importaturi jkunu obbligati javżaw ta' lanqas jumejn tax-xogħol bil-quddiem lid-dipartiment lokali responsabbli mill-ispezzjoni ta' l-importazzjoni dwar il-post fejn il-laħam frisk ikun sejjer jiġi sottomess għall-ispezzjoni, waqt li jispeċifikaw ukoll l-ammont, in-natura tal-laħam u ż-żmien li minnu l-ispezzjoni tkun tista' ssir. 2. L-ispezzjoni tas-saħħa pubblika li hemm provduta fil-paragrafu 1 għandha ssir fuq kull karkassa, nofs jew kwart ta' karkassi jekk l-importazzjoni ssir b'mod konformi ma' l-Artikolu 17 (1) u billi jittieħdu kampjuni bl-addoċċ jekk ikunu impurtati biċċiet oħra. L-iskop ta' din l-ispezzjoni għandha tkun partikolarment biex tivverifika, b'mod konformi mad-disposizzjonijet tal-paragrafu 3: (a) iċ-ċertifikat tas-saħħa pubblika, il-konformità tal-laħam frisk ma' l-istipulazzjonijiet fuq dak iċ-ċertifikat, l-ittimbrar; (b) l-istat tal-preservazzjoni, il-preżenza ta' ħmieġ u aġenti patoġeniċi; (ċ) il-preżenza ta' residwi tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 20; (d) jekk il-qatla u t-tqattigħ ikunux saru fi stabbilimenti approvati għal dan l-iskop; (e) il-kondizzjonijiet tat-trasport. 3. Għandhom jiġu adottati, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, ir-regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu b'mod uniformi, partikolarment fir-rigward ta' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 20, u b'mod aktar speċjali l-metodi ta' analiżi, il-frekwenza u l-istandards għat-teħid ta' kampjuni. 4. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tpoġġija fuq is-suq ta' laħam frisk fejn ikun ġie aċċertat fl-ispezzjonijiet li hemm provduti fil-paragrafu 1 li: - il-laħam frisk ma jkunx tajjeb għall-konsum uman; - il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u fl-Annessi tagħha ma jkunux ġew sodisfatti; - wieħed miċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 22 li jkun jakkumpanja kull wieħed mill-gruppi ma jkunx iħares il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu msemmi. 5. Jekk il-laħam frisk ma jkunx jista' jiġi impurtat dan għandu jiġi miċħud id-dħul, kemm-il darba r-raġunijiet marbuta ma' l-ispezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali jew dik pubblika jkunu jopponu dan. Jekk ikun impossibbli li dan jiġi miċħud milli jidħol, il-laħam għandu jinqered fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih l-ispezzjoni tkun saret. B'deroga minn din id-dispożizzjoni u fuq it-talba ta' l-importatur jew l-aġent tiegħu, l-Istat Membru li jagħmel l-ispezzjoni fuq is-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika jista' jawtorizza d-dħul ta' dan għall-użu ħlief għall-konsum uman, sakemm ma jkun hemm l-ebda periklu għall-bnedmin jew għall-annimali u li l-laħam ikun ġej minn pajjiż inkluż fil-lista mfassla b'mod konformi mad-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 3 (1) u li l-importazzjoni ma tkunx projbita b'mod konformi ma' l-Artikolu 28. Dan il-laħam jista' ma jitħallix jitlaq mit-territorju ta' dak l-Istat Membru, li għandu jivverifika d-destinazzjoni tiegħu. 6. Fil-każijiet kollha wara l-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 iċ-ċertifikati għandhom jindikaw b'mod ċar id-destinazzjoni tal-laħam. Artikolu 25 1. Il-laħam frisk f'kull grupp, li jkun ġie awtorizzat biex jeżerċita d-dritt ta' moviment fil-Komunità minn Stat Membru fuq il-bażi ta' l-ispezzjonijiet msemmija fl-Artikolu 24 (1) għandu, qabel ma jintbagħat lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni, ikun akkumpanjat minn ċertifikat li jikkorrispondi, fil-preżentazzjoni u l-kontenut, mal-mudell muri fl-Anness D. Dan iċ-ċertifikat għandu: (a) jimtela mill-veterinarju kompetenti fil-post ta' l-ispezzjoni jew f'dak tal-ħażna; (b) jinħareġ fil-ġurnata tat-tagħbija għal kunsinna tal-laħam frisk lejn il-pajjiż tad-destinazzjoni; (ċ) isir ta' lanqas fil-lingwa tal-pajjiż ta' l-aħħar; (d) ikun jakkumpanja l-grupp ta' laħam frisk fl-oriġinal. L- Artikolu 26 L-ispejjeż kollha li jkunu saru minħabba l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 24 u 25, u partikolarment in-nefqa ta' l-ispezzjonar tal-laħam frisk, dawk tal-ħażna u possibbilment dik tal-qerda tal-laħam għandhom jitħallsu mill-kunsinjatur, mill-kunsinjant jew l-aġent tagħhom, mingħajr l-ebda ħlas lura mill-Istat. IL-KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJET KOMUNI Artikolu 27 1. L-Istati Membri għandhom ifasslu u jikkomunkaw lill-Kummissjoni listi ta': (a) il-postijiet tal-konfini għall-importazzjoni ta' bhejjem ta' l-ifrat jew majjali, (b) il-postijiet ta' spezzjoni għall-importazzjoni ta' laħam frisk. Dawn il-positjiet ta' konfini u ta' spezzjonar għandhom ikunu approvati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. 2. Għall-postijiet ta' konfini msemmija fil-paragrafu 1 (a) li għandhom jiġu approvati l-aġenti tagħhom għandhom partikolarment ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12 (1), u dak meħtieġ għad-diżinfettazzjoni, id-disponiment ta' skart, ħmieġ, urina u r-rimi kollu l-ieħor. 3. Għall-postijiet ta' l-ispezzjonar msemmija fil-paragrafu 1 (b) li għandhom jiġu approvati, l-aġenti tagħhom għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom minn ta' lanqas: (a) kmamar għall-ispezzjonar kbar biżżejjed biex ikunu jistgħu jsiru l-ispezzjonijiet b'mod normali; (b) kmamar adegwati għat-tkessiħ u l-iffriżar; (ċ) kamra adegwata għat-tidwib; (d) laboratorju. 4. Ir-responsabbiltà għall-ispezzjonijiet għandha tkun f'idejn il-veterinarju uffiċjali. Dan ta' l-aħħar jista' jkun mgħejun fit-twettiq ta' xogħol purament ta' rutina minn assistenti mħarrġa apposta għal dan l-iskop. Regoli dettaljati li jikkontrollaw din l-assistenza għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. 5. L-esperti veterinarji għandhom jivverifikaw li t-tagħmir fil-postijiet tal-konfini u f'dawk ta' l-ispezzjonar approvati jkun konformi mal-kondizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u li l-ispezzjonijiet isiru b'mod konformi ma' din id-Direttiva. Dawn l-esperti għandhom ikunu persuni ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri ħlief ta' dak l-Istat Membru fejn il-post li jrid jiġi kontrollat ikun jinstab. Il-kondizzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u partikolarment il-ħatra ta' l-esperti veterinarji u l-proċeduri tal-verifika, għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. 6. L-ispiża kollha li ssir bl-applikazzjoni tal-paragrafu 5, l-ewwel sottoparagrafu, għandha tinġarr mill-Komunità. Artikolu 28 1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 6, jekk marda fl-annimali li tittieħed u li tista' tpoġġi f'periklu is-saħħa tal-merħliet ta' wieħed mill-Istati Membri tfaqqa' u tinfirex f'pajjiż li m'huwiex membru, jew jekk kwalunkwe raġuni oħra dwar l-ispezzjonijiet veterinarji jkunu jeħtieġu dan, l-Istat Membru konċernat għandu jipprojbixxi l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ispeċi li huma l-oġġett ta' din id-Direttiva kemm jekk ikunu impurtati direttament jew indirettament permezz ta' Stat Membru ieħor, kemm jekk ikun mill-pajjiż kollu li m'huwiex membru jew minn parti tat-territorju ta' dan ta' l-aħħar. 2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijet ta' l-Artikolu 14, jekk f'wieħed mill-pajjiżi li m'huwiex membru u li jkun inkluż fil-lista mfassla b'mod konformi ma' l-Artikolu 3 (1) tfaqqa' marda ta' l-annimali u tinfirex u tinġarr mi;l-laħam frisk u għalhekk tpoġġi fil-periklu s-saħħa pubblika jew dik tal-merħliet ta' wieħed mill-Istati Membri, jew jekk kwalunkwe raġuni oħra dwar l-ispezzjonijiet veterinarji jkunu jiġġustifikaw dan, l-Istat Membru konċernat għandu jipprojbixxi l-importazzjoni ta' dak il-laħam kemm jekk ikun impurtat direttament jew indirettament permezz ta' Stat Membru ieħor, kemm jekk mill-pajjiż kollu li m'huwiex membru jew minn parti mit-territorju ta' dan ta' l-aħħar. 3. Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri taħt il-paragrafi 1 u 2, u t-tħassir ta' dawn il-miżuri għandhom jiġu komunikati minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għal dan. Il-Kumitat Veterinarju Permanenti għandu jiltaqa' kemm jista' jkun malajr wara din il-komunikazzjoni u għandu jiddeċiedi, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30, jekk dawn il-miżuri għandhomx ikunu emendati, partikolarment biex jikkoordinawhom mal-miżuri addottati minn Stati Membri oħra, jew jekk għandhomx jiġu mħassra. Jekk is-sitwazzjoni prevista fil-paragrafi 1 u 2 isseħ u jekk ikun jidher meħtieġ li l-Istati Membri l-oħra japplikaw ukoll il-miżuri meħuda taħt dawn il-paragrafi, emendati, fejn ikun meħtieġ, b'mod konformi mas-sottoparagarfu ta' qabel, għandhom jiġu addottati miżuri xierqa taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. 4. It-tkomplija mill-ġdid ta' l-importazzjoni mill-pajjiż li m'huwiex membru konċernat għandha tkun awtorizzata b'mod konformi ma' l-istess proċedura. Artikolu 29 1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tintuża, il-materji għandhom jiġu referuti mill-President mingħajr dewmien, jew fuq l-inizzjattiva personali tiegħu jew fuq it-talba ta' Stat Membru, lill-Kumitat Veterinarju Permanenti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Kumitat') stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968. 2. Fi ħdan il-Kumitat il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu evalwati huwa stabbilit fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-President ma jistax jivvota. 3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fi żmien jumejn. L-opinjonijiet għandhom jingħataw b'maġġoranza ta' tnax-il vot. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u tapplikahom immedjatament meta jkunu b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat. Jekk dawn ma jkunux b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti lill-Kunsill il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-proposta tkun ġiet sottomessa lilu, il-Kunsill ma jkun adotta l-ebda miżura, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u tapplikahom minnufih, ħlief jekk il-Kunsill ikun iddeċieda b'maġġoranza sempliċi kontra dawk il-miżuri. Artikolu 30 1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu tkun sejra tintuża, il-materji għandhom mingħajr dewmien jiġu referuti mill-President, jew fuq inizjattiva personali tiegħu jew fuq it-talba ta' Stat Membru, lill-Kumitat Veterinarju Permanenti (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Kumitat') stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1968. 2. Fil-Kumitat il-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu evalwati kif hemm provdut fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat. Il-President ma jistax jivvota. 3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawn il-miżuri fi żmien jumejn. L-opinjonijiet għandhom jingħataw b'maġġoranza ta' tnax-il vot. 4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u tapplikahom minnufih meta dawn ikunu konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat. Meta dawn ma jkunux b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat jew jekk ma tkun ingħatat l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jiġu addottati. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data li fiha l-proposta tkun ġiet sottomessa lilu, il-Kunsill ma jkun adotta l-ebda miżuri, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u tapplikahom minnufih, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda b'maġġornaza sempliċi kontra dawk il-miżuri. Artikolu 31 Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 29 u 30 għandhom japplikaw għal tmintax-il xahar mid-data li fiha materja partikolari tkun ġiet l-ewwel referuta lill-Kumitat jew taħt l-Artikolu 29 (1) ta' 30 (1) jew taħt kwalunkwe regoli li jkunu jikkorrispondu. Artikolu 32 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva u l-Annessi tagħha: (a) sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 1973 fir-rigward tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 (1) u (3) (a), (b) u (ċ); (b) sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1976 fir-rigward tad-disposizzjonijet l-oħra, ħlief għal dawk li jipprovdu għal proċedura tal-Komunità. 2. Huma għandhom iħarsu d-disposizzjonijet li jinvolvu proċedura tal-Komunità stabbilita bid-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1977. Madanakollu għandhom jgħaddu minimu ta' sentejn bejn l-adozzjoni tal-miżuri adottati taħt dawn id-disposizzjonijet u d-data msemmija fuq. 3. Fid-data stabbilita fil-paragrafu 2, l-Artikoli 4 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-bhejjem ta' l-ifrat u l-majjali, u l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk, għandhom jiġu revokati. Artikolu 33 1. L-Istati Membri ġodda huma awtorizzati, waqt li jirrispettaw id-disposizzjonijet ġenerali tat-Trattat li jistabbilixxi il-KEE, li jżommu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1977 ir-regoli nazzjonali tagħhom li jikkontrollaw l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta': (a) bhejjem ta' l-ifrat u majjali għat-trobbija, il-produzzjoni u l-qatla; (b) laħam frisk ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi li ġejjin: bhejjem ta' l-ifrat, majjali, ngħaġ u mogħoż u solipedi. Fil-kuntest ta' dawn ir-regoli, għandhom isiru adattamenti fit-tħejjija għall-applikazzjoni fil-Komunità kollha tar-regoli li jikkontrollaw dawn l-importazzjonijiet; għal dan l-iskop, dawn ir-regoli għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat Veterinarju Permanenti. 2. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1976 tissottometti rapport lill-Kunsill u, sal-limitu meħtieġ, tissottometti proposti xierqa li jikkunsidraw is-soluzzjonijiet li jkunu nstabu għall-problemi ikkawżati bl-estensjoni fil-Komunità kollha tar-regoli li jikkontrollaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'dawk il-prodotti in kwistjoni. Artikolu 34 Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi li jkunu ġejjin mill-Ftehim dwar is-saħħa ta' l-annimali li jkunu ġew konklużi bejn wieħed mill-Istati Membri jew aktar u wieħed mill-pajjiż jew pajjiżi li m'humiex Stati Membri qabel id-data li fiha din id-Direttiva tkun ġiet adottata. Safejn dawn il-Ftehimijiet ma jkunux kumpatibbli ma' din id-Direttiva, l-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernati għandhom jagħmlu użu mill-mezzi xierqa kollha biex ineħħu dawk l-inkonsistenzi li jkunu instabu. Artikolu 35 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, it-12 ta' Diċembru 1972. Għall-Kunsill Il-President P. Lardinois [1] ĠU Nru 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. [2] ĠU Nru L 38, tat-12.2.1972. p. 95. [3] ĠU Nru 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. [4] ĠU Nru L 239, tat-30.10.1970, p. 42. -------------------------------------------------- ANNESS A IL-KAPITOLU I MERĦLIET BOVINI ĦIELSA MIT-TUBERKOLOŻI Merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat titqies li tkun uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi jekk: (a) l-annimali kollha jkunu ħielsa minn sinjali kliniċi ta' tuberkolożi; (b) l-annimali kollha ta' iktar minn sitt ġimgħat ikunu rreaġixxew negattivment għal minn ta' lanqas żewġ testijiet tuberkolini intradermali uffiċjali, l-ewwel wieħed sitt xhur wara d-diżinfettar komplet tal-merħla, it-tieni sitt xhur wara, u l-bqija f'intervalli ta' sena. Meta, f'pajjiż li m'huwiex membru li l-merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat kollha tiegħu jkunu suġġetti għal operazzjonijiet uffiċjali biex tiġi kumbattuta t-tuberkolożi, il-perċentwal tal-merħliet tal-bhejjem ta' l-ifrat infettati bit-tuberkolożi ma jkunx aktar minn 1 % matul żewġ perjodi suċċessivi ta' sorveljanza separati bejniethom b'intervall ta' sena; dak l-intervall jista' jiżdied għal sentejn. Jekk il-perċentwal ta' merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat infettati ma jkunx aktar minn 0.2 % matul iż-żewġ perjodi suċċessivi ta' sorveljanza separati bejniethom b'intervall ta' sena; dak l-intervall jista' jiżdied għal tliet snin; (ċ) Ebda bhima ta' l-ifrat ma tkun iddaħħlet mingħajr ċertifikat minn veterinarju uffiċjali li juri li l-bhima tkun ġejja minn merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat ħielsa uffiċjalment mit-tuberkolożi u, fil-każ ta' bhejjem ta' iktar minn sitt ġimgħat, li din tkun irreaġixxiet b'mod negattiv għal test tuberkulin intradermali uffiċjali; (i) It-testijiet tuberkulini intradermali m'għandhomx, madanakollu, jkunu meħtieġa f'pajjiżi terzi li fihom il-perċentwal ta' impriżi li jkollhom il-bhejjem ta' l-ifrat infettati bit-tuberkolożi ikun inqas minn 0.2 % u fejn ċertifikat mill-veterinarju uffiċjali jkun juri li l-annimal: 1. ikun ġie identifikat kif suppost, 2. ikun ġej minn merħla ħielsa uffiċjalment mit-tuberkolożi f'dak il-pajjiż li m'huwiex membru, 3. matul it-trasport ma jkunx ġie f'kuntatt ma' bhejjem ta' l-ifrat li ma jkunux ġejjin minn merħliet ħielsa uffiċjalment mit-tuberkolożi. (ii) Iċ-ċertifikat li hemm provdut f'(i) jkun meħtieġ f'pajjiż li m'huwiex membru fejn għal inqas minn erba' snin: - minn ta' lanqas 99.80 % tal-merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat jkunu ġew rikonoxxuti uffiċjalment bħala li huma ħielsa mit-tuberkolożi, u fejn - il-merħliet li ma jkunux ħielsa uffiċjalment mit-tuberkolożi kienu taħt sorveljanza uffiċjali, it-trasferiment ta' bhejjem ta' l-ifrat minn dawk il-merħliet li jkunu qegħdin jiġu projbiti ħlief meta dawn jittieħdu taħt sorveljanza uffiċjali għall-qatla. IL-KAPITOLU II MAJJALI ĦIELSA MILL-BRUĊELLOSI U MERĦLIET TAL-BHEJJEM TA' L-IFRAT U TAL-MAJJALI ĦIELSA MILL-BRUĊELLOSI A. A. Il-merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat 1. Merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat hija meqjusa li hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi jekk: (a) ma jkollha l-ebda bhejjem ta' l-ifrat li jkunu ġew mlaqqma kontra l-bruċellosi, ħlief dawk femminili li jkunu ġew mlaqqma minn ta' lanqas tliet snin qabel; (b) il-bhejjem ta' l-ifrat kollha jkunu ħielsa minn sinjali kliniċi ta' bruċellosi għal minn ta' lanqas sitt xhur; (ċ) l-bhejjem ta' l-ifrat kollha jkollhom aktar minn tnax-il xahar: (i) jkunu wrew numru ta' bruċella ta' anqas minn 30 IU ta' agglutinazzjoni għal kull millilitru meta jingħataw żewġ testijiet ta' sero-agglutinazzjoni uffiċjali f'intervalli ta' minn ta' lanqas tliet xhur u mhux aktar minn tnax-il xahar; l-ewwel test ta' sero-agglutinazzjoni jista' jinbidel fi tliet ring tests li jsiru f'intervalli ta' tliet xhur-il wieħed bejniethom sakemm, madanakokllu, it-tieni test ta' sero-agglutinazzjoni jsir f'mhux inqas minn sitt ġimgħat wara t-tielet ring test; (ii) ikunu ġew verifikati ta' kull sena biex jiġi stabbilit li l-bruċellosi ma tkunx preżenti meta jsiru t-tlett ring-tests imwettqa f'intervalli f'minn ta' lanqas tliet xhur u t-test tas-sero-agglutinazzjoni li jsir f'mhux anqas minn sitt ġimgħat wara t-tieni ring-test. Jekk ir-ring tests ma jkunux jistgħu jsiru, għandhom isiru żewġ testijiet ta' sero-agglutinazzjoni ta' kull sena f'intervall ta' minn ta' lanqas tliet xhur u mhux aktar minn sitt xhur bejniethom. Meta, f'pajjiż li m'huwiex membru u li l-merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat kollha tiegħu jkunu suġġetti għal operazzjonijiet uffiċjali biex tiġi kumbattuta l-bruċellosi, il-perċentwal ta' merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat infettati ma jkunx aktar minn 1 %, ikun biżżejjed li ta' kull sena jsiru żewġ ring tests f'intervall ta' minn ta' lanqas tliet xhur bejniethom jew, jekk dawn ma jkunux jistgħu jsiru, test wieħed ta' sero-agglutinazzjoni; (d) l-ebda annimal ta' l-ifrat ma jkun ġie introdott mingħajr ċertifikat minn veterinarju uffiċjali li juri li l-annimal ikun ġej minn merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi u, fil-każ ta' annimali ta' aktar minn tnax-il xahar, li juri ammont ta' bruċella ta' inqas minn 30 IU ta' agglutinazzjoni għal kull millilitru meta jingħata test ta' sero-agglutinazzjoni uffiċjali; (i) it-test ta' sero-agglutinazzjoni m'hemmx għalfejn, madanakollu, ikun meħtieġ fl-Istati Membri fejn il-perċentwal ta' merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat infettati bil-bruċellosi ma jkunx jaqbeż il-0.2 % għal minn ta' lanqas sentejn u meta ċertifikat minn veterinarju uffiċjali jkun juri li l-annimal: 1. ikun ġiet identifikat kif suppost; 2. ikun ġej minn merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi f'dak il-pajjiż li m'huwiex membru; 3. matul it-trasport ma jkunx ġie f'kuntatt ma' bhejjem ta' l-ifrat li ma jkunux ġejjin minn merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi; (ii) iċ-ċertifikat imsemmi f'(i) mhux bilfors huwa meħtieġ f'pajjiż li m'huwiex membru meta għal mhux inqas minn erba' snin: - minn ta' lanqas 99.80 % tal-merħliet ta' bhejjem ta' l-ifrat jkunu ġew rikonoxxuti uffiċjalment bħala ħielsa mill-bruċellosi, u meta - il-merħliet li ma jkunux ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi kienu taħt sorveljanza uffiċjali, waqt li t-trasferiment ta' bhejjem ta' l-ifrat minn dawk il-merħliet ikun ipprojbit ħlief meta dawn jittieħdu taħt sorveljanza uffiċjali għall-qatla. 2. Merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat titqies li hija ħielsa mill-bruċellosi jekk: (a) ma jkun fiha l-ebda bhejjem ta' l-ifrat rġiel li jkunu ġew mlaqqma kontra l-bruċellosi; (b) l-bhejjem ta' l-ifrat nisa kollha jew uħud minnhom ikunu ġew imlaqqma meta kellhom mhux aktar minn sitt xhur bit-tilqim Buck 19 jew b'tilqim ieħor approvat taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29; (ċ) l-bhejjem ta' l-ifrat kollha jkunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'1 (b) u (ċ), waqt li jkun mifhum li l-bhejjem ta' l-ifrat li għandhom inqas minn tletin xahar jistgħu juru ammont ta' bruċella ugwali għal jew ogħla minn 30 IU ta' agglutinazzjoni għal kull millilitru iżda inqas minn 80 IU ta' agglutinazzjoni għal kull millilitru sakemm dawn juru, meta r-reazzjoni ta' fissazzjoni ta' kumpliment tkun ġiet ittestjata: - ammont inqas minn 30 unità tal-KEE, fil-każ ta' nisa li jkunu ġew imlaqqma inqas minn tnax-il xahar qabel, - ammont inqas minn 20 unità tal-KEE fil-każijiet l-oħra kollha; (d) l-ebda bhima ta' l-ifrat ma tkun ġiet introdotta mingħajr ċertifikat minn veterinarju uffiċjali li jkun juri jew li l-kondizzjonijiet stabbiliti f'1 (d) ikunu japplikaw għalih jew li dan ikun ġej minn merħla tal-bhejjem ta' l-ifrat rikonoxxuta bħala ħielsa mill-bruċellosi u, f'dak il-każ, jekk ikollu aktar minn tnax-il xahar, li jkun wera fit-tletin jum ta' qabel dan kien meħud fil-merħla ammont inqas minn 30 IU ta' agglutinazzjoni għal kull millilitru u reazzjoni ta' fissazzjoni ta' kumplament negattiva. Dawn l-eżamijiet kollha għandhom isiru taħt sorveljanza uffiċjali. Madanakollu, jekk il-bhima ta' l-ifrat tkun ġiet mlaqqma u jkollha anqas minn tletin xahar, dan jista' juri ammont ta' bruċella ugwali għal jew ogħla minn 30 IU ta' agglutinazzjoni għal kull millilitru iżda inqas minn 80 IU għal kull millilitru, sakemm dan juri, meta r-reazzjoni ta' fissazzjoni ta' kompliment tkun ġiet ittestjata: - ammont inqas minn 30 unità KEE, fil-każ ta' nisa mlaqqma inqas minn tnax-il xahar qabel, - ammont inqas minn 20 unità KEE wara t-tnax-il xahar wara t-tilqim. B. Il-majjali u l-merħliet tal-majjali 1. Il-majjal jitqies bħala ħieles mill-bruċellosi jekk: (a) ma juri l-ebda sinjali kliniċi ta' dik il-marda; (b) meta jkun jiżen akar minn 25 kg, matul it-test seroloġiku uffiċjali mwettaq simultanjament juri: (i) ammont ta' bruċella inqas minn 30 IU ta' agglutinazzjoni għal kull millilitru meta jkun sottomess għal test ta' sero-agglutinazzjoni; (ii) riżultat negattiv meta jkun sottomess għal test ta' reazzjoni ta' fissazzjoni ta' kumpliment. 2. Merħla majjali titqies bħala ħielsa mill-bruċellosi jekk: (a) il-majjali kollha kienu ħielsa minn sinjali kliniċi tal-marda għal minn ta' lanqas sena; (b) l-bhejjem ta' l-ifrat miżmuma fl-istess żmien fil-qasam ikunu jappartjenu għal merħla ħielsa uffiċjalment mill-bruċellosi jew waħda ħielsa mill-bruċellosi. -------------------------------------------------- ANNESS B IL-KAPITOLU I IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TA' BIĊĊERIJI 1. Il-biċċeriji għandu jkollhom minn ta' lanqas: (a) post ta' kenn adegwat, jew jekk il-klima tkun tippermetti, mandriet li fihom jitpoġġew l-annimali; dawn il-mandriet għandhom minn ta' lanqas ikunu mibnija fuq qiegħ iebes u impermeabbli u għandhom ikunu mgħammra għad-diżinfettar, għat-tisqija u l-għalf ta' l-annimali u jkollhom ukoll sistema ta' drenaġġ adegwata biex il-likwidi jkunu jistgħu jgħaddu minn ġol-pajpijiet mgħammra apposta b'sifuni u spralli; (b) kmamar tal-qatla kbar biżżejjed għax-xogħol biex isir tajjeb; jekk ħnieżer u tipi oħra ta' annimali jkunu se jinqatlu fl-istess kamra, għandu jkun provdut post speċjali għall-qatla tal-majjali; iżda, dawn il-postijiet speċjali m'għandhomx ikunu obbligatorji jekk il-qatla tal-majjali u dik ta' annimali oħra tkun se ssir f'ħinijiet differenti, iżda f'dawn il-każijiet is-samta, it-tneħħija tal-pil, it-tqaxxir u t-tixwit għandhom isiru f'postijiet speċjali li jkunu mifruda b'mod ċar mil-linja tal-qatla jew bi spazju miftuħ ta' minn lanqas 5 metri jew b'paraventu għoli ta' mill-anqas 3 metri; (ċ) kamra għall-iżvojtar u t-tindif ta' l-istonku u l-imsaren; (d) kmamar għall-mili ta' l-imsaren u l-kirxa jekk dawn isiru fil-biċċerija; (e) kmamar separati għall-ħażna ta' xaħam u għall-ħażna ta' ġlud, qarnijiet, dwiefer u l-lanżit tal-majjali f'każ li dawn ma jkunux tneħħew mill-biċċerija fil-jum li fih il-ħnieżer ikunu nqatlu; (f) bini li jissakkar jew, jekk il-klima tkun tippermetti, mandriet għall-akkomodazzjoni ta' annimali morda jew suspettati; bini li jissakkar riżervat għall-qatla ta' dawn l-annimali, il-ħażna ta' laħam miżmum u l-ħażna ta' laħam konfiskat. Il-kmamar u l-mandriet riżervati għall-akkomodazzjoni ta' annimali morda jew suspettati, flimkien ma' dawk il-postijiet riżervati għall-qatla ta' dawn l-annimali, m'humiex obbligatorji f'dawk l-istabbilimenti fejn ir-regoli ta' pajjiż li m'huwiex membru jkun jipprojbixxi l-qtil ta' dawn l-annimali; (g) kmamar kbar biżżejjed għat-tkessiħ u l-iffriżar; (h) kamra li tissakkar mgħammra b'mod adegwat għall-użu esklussiv tas-servizzi veterinarji; kamra mgħammra tajjeb għat-twettiq ta' test trikinoskopiku meta dan ikun obbligatorju; (i) kmamar għat-tibdil, sinkijiet, doxxi u toilets bil-flushing; dawn ta' l-aħħar m'għandhomx ikunu jiftħu direttament għal fuq il-kmamar tax-xogħol; is-sinkijiet għandu jkollhom ilma kiesaħ u sħun, materjali għall-ħasil u d-diżinfettar ta' l-idejn u xugamani ta' l-idejn li jintużaw darba biss; is-sinkijiet għandhom ikunu ħdejn it-toilets; (j) faċilitajiet biex l-ispezzjonijiet veterinarji provduti f'din id-Direttiva jkunu jistgħu jsiru b'mod effiċjenti fi kwalunkwe ħin; (k) mezzi biex ikun kontrollat l-aċċess għal u l-ħruġ mill-biċċerija; (l) separazzjoni adegwata bejn il-partijiet kontaminati u dawk nodfa tal-bini biex dawn ta' l-aħħar ikunu protetti mit-tniġġis kollu u speċjalment mill-irwejjaħ u t-trabijiet; (m) fil-kmamar imsemmija f'(b), (ċ), (d), (e), (f), (ġ) u (ħ): - art li ma jgħaddix ilma minnha li tkun ħafifa biex tnaddafha u tiddiżinfettaha, mgħammra kontra l-intejjen u magħmula b'tali mod li tiffaċilita r-rimi ta' l-ilma; il-kanali li jwasslu l-ilma lejn il-pajpijiet mgħammra b'sifuni u spralli għandhom ikunu mgħottija; - ħitan lixxi b'żebgħa ta' kulur ċar u li tkun tista' tinħasel sa għoli ta' minn ta' lanqas 3 metri, b'angoli u kantunieri ttundjati; (n) ventilazzjoni adegwata u estrazzjoni tal-fwar fil-kmamar fejn ix-xogħol fuq il-laħam ikun qiegħed isir; (o) fl-istess kmamar, dawl naturali jew artifiċjali adegwat li ma jibdilx il-kuluri; (p) provvista adegwata, taħt pressjoni, ta' ilma li jkun tajjeb biss għax-xorb; madanakollu, ilma li m'huwiex tajjeb għax-xorb jista' jintuża f'każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni ta' fwar, sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-iskop ma jkunux jippermettu dan l-ilma biex jintuża għal skopijiet oħra; barra minn hekk, l-użu ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jkun awtorizzat f'każijiet eċċezzjonali għat-tagħmir tal-kesħa jew l-iffriżar. F'dawn il-każijiet, il-pajpijiet ta' l-ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu separati b'mod ċar minn dawk li jġorru fihom l-ilma tajjeb għax-xorb u m'għandhomx jgħaddu mill-kmamar li fihom ikun hemm il-laħam frisk; (q) provvista adegwata ta' ilma sħun tajjeb għax-xorb; (r) sistema ta' disponiment ta' ilma tad-drenaġġ li tkun tilħaq kriterji ta' iġene; (s) fil-kmamar tax-xogħol, għandu jkun hemm tagħmir adegwat għat-tindif u d-diżinfettar ta' l-idejn u l-għodod; dan it-tagħmir għandu jkun kemm jista' jkun qrib l-instazzjonijiet tax-xogħol; il-vitijiet m'għandhomx ikunu jitħaddmu bl-idejn; dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom fihom ilma kiesaħ u sħun; prodotti tat-tindif u d-diżinfettar u xugamani ta' l-idejn li jintużaw darba biss; għall-prodotti tat-tindif u d-diżinfettar, ix-xugamani ta' l-idejn li jintużaw darba biss u għall-istrumenti tat-tindif it-temperatura ta' l-ilma m'għandhiex tkun anqas minn 82°C; (t) tagħmir tat-tip li, wara l-qatla, il-mili jkun jista' jsir kemm jista' jkun fuq l-annimal imdendel; meta t-tqaxxir isir fuq meded tal-metall, dawn għandhom ikunu ta' materjal li ma jsaddadx u għoljin biżżejjed biex il-karkassa ma tmissx l-art; (u) sistema ta' traversi għall-ġarr li jiġi wara tal-laħam; (v) tagħmir adattat għall-protezzjoni kontra pesti bħalma huma insetti, annimali gerriema, eċċ.; (w) strumenti u tagħmir ta' xogħol partikolarment tankijiet għal kirxa magħmula minn materjal li ma jsaddadx u li jkunu ħfief biex tnaddafhom u tiddiżinfettahom; (x) post mgħammar b'mod speċjali għall-ħmieġ ta' l-amminali; (y) post u tagħmir adegwat għat-tindif u d-diżinfettar tal-vetturi; dawn ma jkunux obbligatorji jekk ikunu jeżistu disposizzjonijet li jkunu jeħtieġu li l-vetturi jkunu mnaddfa u diżinfettati minn kumpaniji pubbliċi; jekk vetturi tat-triq jkunu involuti, il-kumpaniji għandhom ikunu jinstabu ħdejn il-biċċerija. IL-KAPITOLU II IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TA' L-IMPJANTI TAT-TQATTIGĦ 2. L-impjanti tat-tqattigħ għandu jkollhom minn ta' l-anqas: (a) kamra tal-kesħa kbira biżżejjed għall-preservazzjoni ta' laħam frisk; (b) kamra għat-tqattigħ u l-ispulpjar u għall-operazzjonijiet ta' ppakkjar kif hemm provdut fil-paragrafu 46; (ċ) kamra għall-operazzjonijiet ta' ppakkjar kif hemm provdut fil-paragrafu 45 u għall-kunsinna tal-laħam; (d) kamra mgħammra li tissakkar b'mod adegwat għall-użu esklussiv tas-servizzi veterinarji; (e) kamra mgħammra tajjeb għat-twettiq ta' test trikinoskopiku, meta dan jitwettaq fl-impjant tat-tqattigħ; (f) kmamar għat-tibdil, sinkijiet, doxxi u toilets bil-flushing; ta' l-aħħar m'għandhomx ikunu jiftħu direttament fuq il-kmamar tax-xogħol; is-sinkijiet għandu jkollhom ilma kiesaħ u sħun, materjali għat-tindif u d-diżinfettar ta' l-idejn u xugamani ta' l-idejn li jintużaw darba; is-sinkijiet għandhom ikunu viċin it-toilets; (g) kontenituri speċjali li la tgħaddi l-arja minnhom u l-anqas ilma magħmula minn materjal li ma jsaddadx b'għotjin u maqfel apposta biex ma jħallux persuni mhux awtorizzati milli jneħħu xi affarijiet minnhom, għal-laħam jew għal biċċiet tal-laħam li jkunu ġejjin mit-tqattigħ u ma jkunux maħsuba għall-kosum uman, jew kamra li tissakkar għal dan il-laħam jew dawn il-biċċiet jekk ikunu kbar biżżejjed li jkunu jippermettu dan jew jekk dawn ma jitneħħewx jew ma jinqerdux fi tmiem kull ġurnata; (h) fil-kmamar li hemm provduti taħt (a) u (b): - art li ma jgħaddix ilma minnha u li tkun ħafifa biex tnaddafha u tiddiżinfettaha, mgħammra għal kontra l-intejjen, u magħmula b'tali mod li tkun tiffaċilita t-tneħħija ta' l-ilma; il-kanali ta' l-ilma lejn il-pajpijiet mgħammra b'sifuni u spralli għandhom ikunu mgħottija; - ħitan lixxi b'żebgħa ta' kulur ċar u li tkun tista' tinħasel sa għoli ta' mill-anqas 2 metri, b'angoli u kantunieri ttundjati; (i) tagħmir ta' kesħa fil-kmamar li hemm provduti taħt (a) u (b) biex iżomm il-laħam f'temperatura interna ta' mhux aktar minn + 7°C; (j) termometru jew teletermometru fil-kamra tat-tqattigħ; (k) faċilitajiet biex l-ispezzjoni u s-sorveljanza veterinarja preskritti b'din id-Direttiva jkunu jistgħu jsiru b'mod effiċjenti fi kwalunkwe ħin; (l) ventilazzjoni adegwata fil-kmamar fejn isir ix-xogħol fuq il-laħam; (m) fil-kmamar fejn isir ix-xogħol fuq il-laħam, dawl naturali jew artifiċjali li ma jibdilx in-natura tal-kuluri; (n) provvista adegwata, taħt pressjoni, ta' ilma li jkun tajjeb biss għax-xorb; iżda, ilma li m'huwiex tajjeb għax-xorb jista' jintuża f'każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni ta' fwar, sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-iskop ma jkunux jippermettu dan l-ilma biex jintuża għal iskopijiet oħra; barra minn hekk, l-użu ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jkun awtorizzat f'każijiet eċċezzjonali għat-tagħmir tal-kesħa jew l-iffriżar. F'dawn il-każijiet, il-pajpijiet ta' l-ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu separati b'mod ċar minn dawk li jġorru fihom ilma tajjeb għax-xorb u m'għandhomx jgħaddu mill-kmamar li fihom ikun hemm il-laħam. Il-pajpijiet ta' l-ilma mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu separati b'mod ċar minn dawk li jġorru fihom ilma tajjeb għax-xorb u m'għandhomx jgħaddu mill-kmamar li fihom ikun hemm il-laħam frisk; (o) provvista adegwata ta' ilma sħun tajjeb għax-xorb; (p) sistema ta' disponiment ta' ilma tad-drenaġġ li tkun tilħaq il-kriterji ta' iġene; (q) fil-kmamar fejn isir ix-xogħol fuq il-laħam; tagħmir adegwat għat-tindif u d-diżinfettar ta' l-idejn u għodod li għandhom ikunu viċin kemm jista' jkun l-instazzjonijiet tax-xogħol. Il-vitijiet m'għandhomx ikunu jitħaddmu bl-idejn. Dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma sħun u kiesaħ, prodotti għat-tindif u d-diżinfettar u xugamani ta' l-idejn li jintużaw darba biss. Għall-istrumenti tat-tindif; l-ilma għandu jkollu temperatura ta' mhux inqas minn 82°C; (r) it-tagħmir li jilħaq il-kriterji ta' iġene għall-immaniġġjar ta' laħam frisk u kontenituri għall-ħażna tal-laħam b'tali mod li la l-laħam u l-anqas il-kontenitur ma jiġu f'kuntatt dirett ma' l-art; (s) tagħmir addattat għall-protezzjoni kontra pesti bħalma huma insetti, annimali gerriema, eċċ.; (t) strumenti u tagħmir ta' xogħol bħalma huma mwejjed tat-tqattigħ, mwejjed b'uċuħ tat-tqattigħ li jkunu jinqalgħu, kontenituri, conveyor belts u srieraq magħmula minn materjal li ma jsaddadx, u li ma jħassrux il-laħam u jkunu faċli biex tnaddafhom u tiddiżinfettahom. L-użu ta' l-injam huwa projbit. IL-KAPITOLU III IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TA' MĦAŻEN TA' KESĦA LI JKUNU JINSABU BARRA L-BIĊĊERIJI U L-IMPJANTI TAT-TQATTIGĦ 3. Mħażen ta' kesħa li jinsabu barra l-biċċeriji jew l-impjanti tat-tqattigħ għandu jkollhom minn ta' lanqas: (a) kmamar tal-friża kbar biżżejjed, ħafif biex tnaddafhom u tiddiżinfettahom, li fihom il-laħam frisk ikun jista' jinħażen biex iżomm it-temperaturi li hemm provduti taħt il-punt 48. Dan il-bini m'għandu bl-ebda mod ikun marbut ma' ieħor fejn ikunu maħżuna oġġetti ta' l-ikel ħlief għal-laħam frisk. It-tagħmir tal-friża nstallat fis-saqaf għandu jinkludi sistema ta' drenaġġ, insulata sew u marbuta direttament mal-pajpjiet ta' l-ilma tad-drenaġġ. It-tagħmir tal-friża nstallat fl-art għandu jkun fi ħwat b'sistema ta' disponiment ta' skart indipendenti jew marbuta direttament mas-sistema stess ta' l-impjant. (b) kmamar speċjali li jissakkru għall-ħażna ta' laħam frisk konfiskat jew fil-kunsinna; (ċ) kamra mgħammra li tissakkar sew għall-użu esklussiv tas-servizzi veterinarji; (d) post u faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar tal-vetturi. Dan il-post u dawn il-faċilitajiet m'humiex meħtieġa fejn ikunu jeżistu diġà disposizzjonijet li jistipulaw li l-vetturi għandhom jiġu mnaddfa u diżinfettati f'ċentri pubbliċi. Dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu viċin l-istabbiliment jekk ikunu involuti l-vetturi tat-toroq; (e) fil-kmamar imsemmija taħt (a) u (b): - art li ma jgħaddix ilma minnha u li tkun faċli biex taħsilha u tidiżinfettaha, mgħammra għal kontra l-intejjen, ixxaqleb ftit u li jkollha sistema tad-drenaġġ adegwata biex minnha jintremew il-likwidi lejn il-pajpijiet mgħammra b'sifuni u spralli, u li tkun protetta mill-atmosfera; - ħitan lixxi miżbugħa b'żebgħa ta' kulur ċar u li tinħasel sa għoli ta' mill-anqas 3 metri, jew sa l-għoli tas-saqaf, b'angoli u kantunieri ttundjati; - bibien ta' materjal li jiflaħ u, jekk ta' l-injam, b'kisja fuq iż-żewġ naħat, jew miżbugħa. Il-pannewwijiet ta' dawn il-bibien għandhom ikunu reżistenti għad-daqqiet u mibnija b'tali mod li ma jittrasmettu l-ebda sustanza perikoluża lil-laħam; dawn għandhom ikunu ħielsa kompletament minn xquq; - l-art, il-ħitan u s-soqfa u l-pajpijiet għandhom ikunu nsulati b'materjali li ma jsaddux, ma jħallux ilma jgħaddi minnhom u li ma jħallu l-ebda rwejjaħ; (f) tagħmir adattat għall-kisba u ż-żamma tat-temperaturi stabbiliti taħt il-punt 48; (g) fil-kmamar tar-refriġerazzjoni, armar reżistenti għas-sadid iddisinjat biex ikun evitat li l-laħam frisk jiġi f'kuntatt ma' l-art jew mal-ħitan, meta dan ikun qed jiġi trasportat jew maħżun; (h) provvista adegwata, taħt pressjoni, ta' ilma li jkun tajjeb biss għax-xorb; madanakollu, ilma li m'huwiex tajjeb għax-xorb jista' jintuża f'każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni ta' fwar, sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-iskop ma jkunux jippermettu dan l-ilma biex jintuża għal iskopijiet oħra; barraminnhekk, l-użu ta' ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jkun awtorizzat f'każijiet eċċezzjonali għat-tagħmir tat-tkessiħ jew ta' refriġerazzjoni. Meta dan ikun il-każ, il-pajpijiet ta' l-ilma li m'humiex tajbin għax-xorb għandhom ikunu separati minn dawk ta' l-ilma tajjeb għax-xorb u m'għandhomx jgħaddu mill-kmamar li jkun fihom il-laħam frisk; (i) sistema tad-disponiment ta' l-ilma tad-drenaġġ li tkun tilħaq il-kriterji ta' iġene; (j) tagħmir addattat għall-protezzjoni kontra pesti bħalma huma insetti, annimali gerriema, eċċ.; (k) dawl adegwat, naturali jew artifiċjali, li ma jbiddilx in-natura tal-kuluri; (l) ventilazzjoni adegwata; (m) tagħmir adegwat għat-tindif u d-diżinfettar ta' l-idejn u għodod li għandhom ikunu viċin kemm jista' jkun il-kmamar tal-ħażna; il-vitijiet m'għandhomx jitħaddmu bl-idejn; dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma kiesaħ u sħun, prodotti għat-tindif u d-diżinfettar u xugamani ta' l-idejn li jintużaw darba biss. Għall-istrumenti tat-tindif, l-ilma għandu jkollu temperatura ta' mhux inqas minn 82°C; (n) kmamar tat-tibdil, sinkijiet, doxxi u toilets bil-flushing; is-sinkijiet għandu jkollhom ilma kiesaħ u sħun, materjali għat-tindif u d-diżinfettar ta' l-idejn u xugamani ta' l-idejn li jintużaw darba biss; is-sinkijiet għandhom ikunu viċin it-toilets; (o) termometru jew teletermometru f'kull kamra tal-kesħa; IL-KAPITOLU IV L-IĠENE TA' L-ISTAFF, IL-BINI U T-TAGĦMIR FL-ISTABBILIMENTI 4. L-indafa assoluta għandha tkun meħtieġa mill-impjegati, fil-bini u t-tagħmir: (a) L-impjegati għandhom b'mod partikolari jilbsu ħwejjeġ nodfa u tagħmir tar-ras bi, fejn ikun meħtieġ, protezzjoni ta' l-għonq. L-impjegai li xogħolhom huwa l-qatla ta' l-annimali jew li jaħdmu jew jmissu l-laħam għandhom jaħslu u jiddiżinfettaw idejhom diversi drabi matul il-ġurnata tax-xogħol u kull darba li x-xogħol jerġa' jibda. Persuni li kienu f'kuntatt ma' annimali morda jew ma' laħam infettat għandhom minnufih wara jaħslu jdejhom u dirgħajhom sew b'ilma sħun u wara jiddiżinfettawhom. It-tipjip għandu jkun projbit fil-kmamar tax-xogħol u dawk tal-ħażna. (b) L-ebda annimal ma jista' jidħol fl-istabbiliment ħlief, fil-każ tal-biċċeriji, l-annimali għall-qatla u, b'referenza lejn il-limiti ta' dawn il-biċċeriji, l-annimali meħtieġa għat-tħaddim tagħhom. Annimali gerriema, insetti u dud għandhom jinqerdu sistematikament. (ċ) It-tagħmir u l-istrumenti użati għax-xogħol fuq laħam frisk għandhom jinżammu nodfa u fi stat tajjeb. Dawn għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati ħafna drabi matul il-ġurnata tax-xogħol, fi tmiem il-ġurnata tax-xogħol u qabel jergħu jintużaw mill-ġdid meta dawn ikunu ġew kontaminati, partikolarment b'mikrobi morda. 5. Il-bini, l-istrumenti u t-tagħmir tax-xogħol m'għandhomx jintużaw għal skopijiet oħra ħlief għax-xogħol fuq il-laħam frisk. L-istrumenti tat-tqattigħ tal-laħam għandhom jintużaw biss għal dan l-iskop. 6. Il-laħam frisk u l-kontenituri tal-laħam m'għandhomx jiġu f'kuntatt dirett ma' l-art. 7. L-użu ta' deterġenti, diżinfettanti u pestiċidi m'għandhomx jaffettwaw is-saħħa tal-laħam frisk. 8. L-ilma tajjeb għax-xorb għandu jintuża għall-iskopijiet kollha; madanakollu, l-ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jintuża f'każijiet eċċezzjonali għall-produzzjoni tal-fwar sakemm il-pajpijiet installati għal dan l-iskop ikunu jipprekludu l-użu ta' dan l-ilma għal skopijiet oħra. Barraminnhekk, l-ilma mhux tajjeb għax-xorb jista' jintuża f'każijiet eċċezzjonali għat-tagħmir tal-kesħa jew tal-friża. Il-pajpijiet ta' l-ilma li mhux tajjeb għax-xorb għandhom ikunu separati minn dawk li jintużaw għall-ilma tajjeb għax-xorb u m'għandhomx jgħaddu minn ġol-kmamar tax-xogħol jew mill-kmamar użati għall-ħażna tal-laħam frisk. 9. Il-firxa ta' serratura jew xi sustanza oħra simili fuq l-art tal-kmamar tax-xogħol u dawk tal-ħażna tal-laħam frisk għandha tkun projbita. 10. It-tqattigħ għandu jsir b'tali mod li tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni ta' laħam frisk. 11. Il-biċċiet ta' għadam u tagħqid ta' demm għandhom jitneħħew. Il-laħam frisk miksub mit-tqattigħ u mhux maħsub għall-konsum uman għandu jinġabar fil-kontenituri msemmija fi 2 (ġ) hekk kif ikun qed jinqata'. 11. Matul il-qatla, it-tqattigħ, ix-xogħol, u l-proċessi l-oħra tal-laħam frisk, il-persuni li x'aktarx jistgħu jikkontaminaw il-laħam m'għandhomx jitħallew jidħlu, partikolarment persuni: (a) li jkunu jsofru minn jew suspettati li jsofru minn deni tifu, paratifojde A u B, enterite infettiva (salmonella), disinterija, epatite infettiva, skarlatina jew li jkunu jġorru aġenti ta' dawn il-mardiet; (b) li jkunu jsofru minn jew ikunu suspettati li jsofru minn tuberkolożi li tittieħed; (ċ) li jkunu jsofru jew li jkunu suspetatti li jsofru minn marda tal-ġilda li tittieħed; (d) li jkunu jeżerċitaw fl-istess ħin attività li tista' tikkawża mikrobi li jgħaddu fil-laħam frisk; (e) li jkunu jilbsu faxxa fuq idejhom, ħlief għal stikka li tkun tipproteġi ġerħa mhux infettiva fuq wieħed mis-swaba; 12. Ċertifikat mediku huwa meħtieġ minn kwalinkwe persuna li tkun jaħdem fuq il-laħam frisk. Dan għandu jiċċertifika li m'hemm l-ebda ostaklu għal dan ix-xogħol; dan għandu jiġġedded kull sena u kull darba li l-veterinarju uffiċjali jkun jitlob hekk; dan għandu jinżamm għad-disposizzjoni ta' dan ta' l-aħħar. IL-KAPITOLU V SPEZZJONI TAS-SAĦĦA ANTE MORTEM 13. L-annimali għandhom jgħaddu minn spezzjoni ante mortem fil-jum tal-wasla tagħhom fil-biċċerija. L-ispezzjoni għandha tiġi ripetuta immedjatament qabel il-qatla jekk l-annimali kienu fil-post tal-kenn għal aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa. 14. Il-veterinarju uffiċjali għandu jagħmel l-ispezzjoni ante mortem skond ir-regoli tal-professjoni u taħt dawl adegwat. 15. L-ispezzjoni għandha tistabbilixxi: (a) jekk l-annimali jkunux qegħdin isofru minn xi marda li tista' tkun trasmessa lill-bnedmin u lill-annimali jew jekk dawn ikunux juru sintomi jew ikunux f'kondizzjoni ġenerali b'tali mod li jkunu juru li l-marda tista' sseħħ; (b) jekk dawn ikunux juru sintomi ta' xi marda jew diżordni tal-kondizzjoni ġenerali tagħhom; (ċ) jekk ikunux għajjiena jew aġitati. 16. L-annimali ma jistgħux jinqatlu għall-importazzjoni ta' laħam frisk fil-Komunità: (a) li jkun juri xi waħda mill-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 15 (a) u (b); (b) li ma jkunux straħu għal perjodu adegwat ta' żmien li, għal annimali għajjiena u aġitati, m'għandux ikun inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa; (ċ) li fihom tkun instabet kwalunkwe forma ta' tuberkolożi jew li jkunu rreaġixxew pożittivament għat-tuberkulin u li allura jinstabu li jkunu qegħdin isofru mit-tuberkolożi. IL-KAPITOLU VI L-IĠENE TAL-QATLA U T-TQATTIGĦ 17. L-annimali għall-qatla miġjuba fil-bini tal-biċċerija għandhom jinqatlu immedjatament. 18. It-tneħħija tad-demm għandha tkun sħiħa; demm maħsub għall-konsum uman għandu jinġabar f'kontenituri assolutament indaf. Dan m'għandux jitħawwad bl-idejn iżda biss bi strumenti li jilħqu l-kriterji ta' iġene. 19. It-tneħħija tal-ġilda immedjata u kompleta għandha tkun obbligatorja, ħlief għall-majjali. Meta bla ġilda, il-majjali għandu jitneħħilhom il-lanżit immedjatament. 20. It-tneħħija tal-vixxri għandha ssir minnufih u tkun lesta sa mhux aktar minn nofs siegħa wara t-tneħħija tad-demm. Il-kliewi, il-qalb, il-fwied, il-milsa u l-medjastinum jistgħu jew jitneħħew jew jibqgħu magħquda mal-karkassa bil-konnessjonijiet naturali tagħhom. Jekk dawn jinqalgħu, dawn għandhom jiġu numerati jew identifikati b'xi mod biex ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala li jkunu pertinenti għal karkassa partikolari; din għandha tapplika wkoll għar-ras, l-ilsien, il-parti diġestiva u kwalunkwe parti oħra ta' l-annimal meħtieġa għall-ispezzjoni. Il-partijiet imsemmija fuq għandhom jibqgħu ħdejn il-karkassa sakemm l-ispezzjoni tkun tlestiet. Għall-ispeċi kollha il-kliewi għandhom jibqgħu magħquda mal-karkassa permezz tal-konnessjoniet naturali tagħhom iżda jitneħħew mill-kisja ta' xaħam li jkollhom. 21. It-tindif tal-laħam b'ċarruta, u l-infiħ, huma projbiti. Madanakollu, l-infiħ ta' organu tista' tiġi awtorizzata meta dan ikun meħtieġ minħabba xi rit reliġjuż, u sakemm l-organu ma jkunx esportat lejn il-Komunità. 22. Il-karkassi ta' solipedi, majjali li jkollhom aktar minn erba' ġimgħat u bhejjem ta' l-ifrat li jkollhom aktar minn tliet xhur għandhom ikunu sottomessi għall-ispezzjoni, maqsuma għal tulhom f'nofs karkassi sal-kolonna tad-dahar. Fil-każ ta' majjali u solipedi, ir-ras għandha wkoll tinqasam għal tulha. Jekk l-ispezzjoni tkun teħtieġ hekk, il-veterinarju uffiċjali jista' jitlob li kwalunkwe karkassa tiġi maqsuma għal tulha. 23. It-tqattigħ ta' karkassa jew it-tneħħija jew it-trattament ta' kwalunkwe parti oħra ta' l-annimal maqtul qabel ma l-ispezzjoni tkun lesta għandu jkun projbit. 24. Laħam miżmum jew konfiskat, stonkijiet, intestini, ġlud, qrejjen, dwiefer u lanżit tal-ħnieżer għandhom jitneħħew kemm jista' jkun malajr għal ġo bini speċjali. IL-KAPITOLU VII SPEZZJONI TAS-SAĦĦA POST MORTEM 25. Il-partijiet kollha ta' l-annimali, inkluż id-demm, għandhom ikunu spezzjonati minnufih wara l-qatla. 26. L-ispezzjoni post mortem għandha tinkludi: (a) spezzjoni viżwali ta' l-annimali maqtula; (b) il-palpitazzjoni ta' ċerti organi, partikolarment il-kliewi, il-fwied, il-milsa, l-utru, id-driegħ u l-ilsien; (ċ) qtugħ ta' l-organi u ta' l-għoqiedi tal-limfa; Jekk matul l-ispezzjoni viżwali, meta jkun hemm il-palpitazzjoni ta' ċerti organi jintwera li l-annimal għandu ħsara li x'aktarx tista' tikkawża kontaminazzjoni fil-karkassi, it-tagħmir, l-impjegati jew fil-bini tax-xogħol, dawn l-organi m'għandhomx isir qtugħ fihom fil-bini tal-biċċerija; (d) l-investigazzjoni ta' anomaliji fil-konsistenza, tal-kulur, ir-riħa jew, fejn ikun xieraq, tat-togħma; (e) fejn ikun meħtieġ, it-testijiet ta' laboratorju li jkunu jinvolvu partikolarment riċerka fuq is-sustanzi mniżżla fl-Artikolu 20 (b), (ċ) u (d). 27. Il-veterinarju uffiċjali għandu jeżamina, b'mod partikolari: (a) il-kulur tad-demm, il-karatteristiċi tat-tagħqid tiegħu u l-preżenza possibbli ta' organismi barranin fid-demm; (b) ir-ras, il-gerżuma, l-għoqiedi retro-farinġejali tax-xedaq t'isfel u l-limfa parotidi (Lnn. retropharyngiales, mandibulares u parotidei) u t-tunsilli, meta l-ilsien ikun ġie meħlus biex jippermetti spezzjoni fid-dettal tal-ħalq u tal-griżmejn. It-tunsilli għandhom jitneħħew wara l-ispezzjoni; (ċ) il-kliewi, it-trakea, l-osofagu, l-għoqiedi tal-limfa bronkeali u medjastinali (Lnn. bifurcationes, eparteriales u mediastinales), it-trakea u l-friegħi ewlenin tal-bronki jkunu miftuħa minn tulhom u l-kliewi jkunu ġew maqtugħa mill-aħħar terz tagħhom, perpendikulari għall-assi ewlenin tagħhom; (d) il-perikardju u l-qalb, din ta' l-aħħar tkun maqtugħa minn tulha biex tiftaħ il-ventrikoli u tkun tista' taqsam is-septum interventrikulari; (e) id-dijaframma; (f) il-fwied, il-bużżieqa ta' l-urina u l-kanali tal-bili u l-għoqiedi tal-limfa tal-fwied u tal-pankrea (Lnn. portales); (g) il-parti gastro-intestinali, il-mesenterija, l-għoqiedi tal-limfa gastrika u mesenterika (Lnn. gastrici mesenterici, craniales u caudales); (h) il-milsa; (i) (ħ) il-kliewi u l-għoqiedi limfeali tagħhom (Lnn. renales) u l-bużżieqa ta' l-urina; (i) il-plewra u l-peritonew; (j) l-organi ġenitali; fil-baqar l-utru għandu jinfetaħ b'qasma minn tulu; (k) id-driegħ u l-għoqiedi tal-limfa tiegħu (Lnn. supramammarii); fil-baqar, id-driegħ għandu jkun miftuħ b'inċisjoni twila u fonda, sal-sinusi tal-ħalib; (l) ir-reġjun umbilikali u l-partijiet ta' annimali żgħar; f'każ ta' dubju, ir-reġjun umbilikali għandu jiġi maqtugħ u l-ġogi miftuħa. L-għoqiedi limfeali msemmija fuq għandhom ikunu meħlusa sistematikament u mqatta' kemm jista' jkun irqaq tul l-assi ewlenin tagħhom. Fil-każ ta' dubju l-għoqiedi limfeali li ġejjin għandhom ukoll ikunu inċiżi bl-istess mod: dawk ċervikali tal-wiċċ, preskapulari (Lnn. cervales superficiales), ta' l-abt (Lnn. axillares proprii et primae costae), substernali (Lnn. sternales craniales), dawk ċervikali tal-fond (Lnn. cervicales profundi), kostoċervikali (Lnn. costocervicales), dawk popliteali (Lnn. poplitei), dawk ta' qabel ir-riġel (Lnn. subiliaci), tal-ġenbejn (Lnn. ischiatici), dawk ilijaċi u dawk tal-vini tal-ġenbejn ta' taħt (Lnn. iliaci et lumbales). Fin-nagħaġ u l-mogħoż, il-ftuħ tal-qalb u l-inċiżjoni ta' l-għoqiedi limfeali tar-ras għandhom isiru biss f'każ ta' dubju. 28. Barraminnhekk, il-veterinarju uffiċjali għandu jwettaq b'mod sistematiku: A. Investigazzjoni għaċ-ċistiċerċi: (a) f'bhejjem ta' l-ifrat ta' 'l fuq minn sitt ġimgħat, fil-livell ta': - l-ilsien, li l-muskulatura tiegħu għandha tkun inċiża għal tulha fuq il-wiċċ ta' taħt, mingħajr ma tagħmel ħsara żejda lill-organu; - l-osofagu, li għandu jkun meħlus mit-trakea; - il-qalb, li, barra mill-inċiżjoni li hemm provduta fil-paragrafu 27 (d), għandha tkun maqsuma minn żewġ punti opposti miż-żewġ ħofor ta' fuq sal-parti ta' fuq tal-muskoli interni u esterni li jtellgħu ix-xedaq t'isfel, li għandhom ikunu maqtugħin tul żewġ pjani paralleli sal-manibbli mit-tarf t'isfel tiegħu sad-dħul muskolari ta' fuq tiegħu; - id-dijaframma, li l-parti muskolari tagħha għandha tkun meħlusa mill-parti tas-seru; - l-uċuħ muskulari tal-karkassa li jkunu jidhru direttament; (b) fil-majjali, fuq il-livell ta' l-uċuħ muskolari viżibbli direttament, partikolarment fuq il-livell tal-muskoli tal-koxxa, il-ħajt abdominali, il-muskoli tal-psoas meħlusa minn organi xaħmin, il-kolonni tad-dijaframma, il-muskoli interkostali, il-qalb, l-ilsien, u l-larinġi. B. Investigazzjoni għad-distomatosi f'bhejjem ta' l-ifrat, nagħaġ u mogħoż permezz ta' inċiżjonijiet fuq il-wiċċ gastriku tal-fwied biex jiġu eżaminati l-kanali tal-bili u permezz ta' inċiżjoni fonda fil-bażi tal-lobu Spiegel. Ċ. Investigazzjoni għal marda tal-glanders fis-solipedi permezz ta' eżami dettaljat tal-membrani mukużi mit-trakea, il-larinġi, il-ħofor nażali, is-sinusi u r-ramifikazzjonijiet tagħhom, wara il-qsim tar-ras fil-pjan medjan u l-ħruġ tas-septum nażali. IL-KAPITOLU VIII IL-KRITERJI GĦAL-LAĦAM FRISK MAĦSUB GĦAT-TQATTIGĦ 29. It-tqattigħ f'biċċiet iżgħar minn nofs u kwartijiet ta' karkassi u t-tneħħija ta' l-għadam għandhom ikunu awtorizzati biss f'impjanti tat-tqattigħ. 30. Sid l-impjant jew l-aġent tiegħu għandu jiffaċilita l-operazzjonijiet għas-sorvelajnza ta' l-impjant, partikolarment kwalunkwe amministrazzjoni li jkun meqjus meħtieġ, u għandu jagħmel il-faċilitajiet meħtieġa għad-disposizzjoni tas-servizz tas-sorveljanza; b'mod partikolari, dan għandu, fuq talba, jinforma lill-veterinarju uffiċjali responsabbli mis-sorveljanza dwar l-oriġini tal-laħam frisk li jkun daħal fl-impjant tat-tqattigħ tiegħu. 31. Il-laħam frisk li ma josservax il-kondizzjonijiet ta' din id-Direttiva jista' jitpoġġa f'impjanti ta' tqattigħ approvati fuq il-kondizzjoni biss li dan ikun maħżun hemmhekk f'postijiet speċjali; dan għandu jitqatta' f'postijiet oħra jew fi żminijiet oħra minn laħam frisk li jkun josserva dawn il-kondizzjonijiet. Il-veterinarju uffiċjali għandu dejjem ikollu aċċess liberu għall-imħażen tal-kesħa u l-kmamar tax-xogħol biex jiġi żgurat il-ħarsien strett tad-disposizzjonijet imsemmija fuq. 32. Il-laħam frisk maħsub għat-tqattigħ għandu, hekk kif jiddaħħal, jitpoġġa fl-impjant tat-tqattigħ u, sakemm jintuża, fil-kamra li hemm provduta fil-paragrafu 2 (a); f'dik il-kamra għandha tinżamm temperatura kostanti ta' mhux aktar minn + 7°C għall-karkassi u partijiet minnhom. 33. Il-laħam frisk għandu jinġieb fil-kmamar imsemmija fil-paragrafu 2 (b) progressivament skond kif ikun meħtieġ. Hekk kif it-tqattigħ u l-ippakkjar preskritti jkunu lesti, il-laħam għandu jiġi trasportat lejn il-kamra tal-kesħa li hemm provduta fil-paragrafu 2 (a). 34. Matul it-tqattigħ it-temperatura tal-bini m'għandhiex tkun aktar minn + 10 °C. 35. Matul it-tqattigħ, l-ispulpjar u l-ippakkjar kif imsemmi fil-paragrafi 45 u 46, il-laħam frisk għandu jinżamm f'temperatura interna ta' mhux aktar minn + 7 °C. Fil-waqt tat-tqattigħ, il-pH tal-laħam m'għandhiex tkun aktar minn 6.1: Dan l-eżami għandu jsir fuq il-muskolu dorsali l-kbir fit-tlettax-il kustilja. 36. It-tindif tal-laħam frisk b'ċarruta, u l-inflazzjoni, huma t-tnejn projbiti. Madanakollu, l-infiħ ta' organu jista' jiġi awtorizzat meta dan ikun meħtieġ minħabba rit reliġjuż u sakemm l-organu ma jkunx għall-konsum uman. IL-KAPITOLU IX IL-KONTROLL TAS-SAĦĦA TAL-LAĦAM FRISK IMQATTA' 37. L-impjanti tat-tqattigħ għandhom ikunu sorveljati minn veterinarju uffiċjali. Dan ta' l-aħħar għandu jkun mgħarraf fi żmien tajjeb qabel it-tqattigħ tal-laħam frisk maħsub għall-kummerċ intra-Komunitarju. 38. Is-sorveljanza mill-veterinarju uffiċjali għandha tinkludi dawn id-dmirijiet li ġejjin: - sorveljanza tar-reġistri tad-dħul għal-laħam frisk u dawk tal-ħruġ għal-laħam imqatta'; - spezzjoni tas-saħħa tal-laħam frisk miżmum fl-impjant tat-tqattigħ u maħsub għall-kummerċ intra-Komunitarju; - spezzjoni tas-saħħa tal-laħam frisk maħsub għall-kummerċ intra-Komunitarju, qabel it-tqattigħ u meta dan iħalli l-impjant tat-tqattigħ; - il-mili u l-ħruġ tad-dokumenti li jiċċertifkaw li kien hemm sorveljanza tal-laħam imqatta' kif hemm provdut fil-paragrafu 44 u fl-Artikolu 22; - is-sorveljanza ta' l-indafa tal-bini, il-faċilitajiet u l-istrumenti li hemm provduti fil-Kapitolu IV, u l-iġene ta' l-impjegati; - it-teħid ta' kampjuni kollu meħtieġ għal testijiet fil-laboratorju biex tiġi identifikata, per eżempju, il-preżenza ta' mikrobi li jagħmlu ħsara, adittivi jew sustanzi oħra kimiċi li m'humiex awtorizzati. Ir-riżultati ta' dawn it-testijiet għandhom jiġu reġistrati f'reġistru; - kwalunkwe sorveljanza oħra li l-veterinarju jidhirlu li hija meħtieġa biex jiġi żgurat il-ħarsien tad-disposizzjonijet tad-Direttiva. IL-KAPITOLU X L-IMMARKAR TAS-SAĦĦA 39. L-immarkar tas-saħħa għandu jsir taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali. Għal dan l-iskop, hu għandu jżomm: (a) l-istrumenti maħsuba għall-immarkar tas-saħħa tal-laħam li hu jista' jgħaddi lill-assistenti tiegħu fil-ħin biss ta' l-immarkar u għat-tul ta' ħin meħtieġ għal dan l-iskop; (b) it-tikketti msemmija fil-paragrafu 44 meta dawn ikunu diġà ġew immarkati bit-timbru kif hemm provdut f'dan il-Kapitolu. Dawn it-tikketti għandhom jingħataw lill-assistenti fil-ħin meta dawn għandhom jiġu mwaħħla u fin-numru meħtieġ. 40. Il-marka tas-saħħa għandha tkun waħda ovali wiesgħa 6.5 ċm u għolja 4.5 ċm. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun tidher fuq il-marka b'ittri li jkunu jinqraw sew: - fil-parti ta' fuq, l-isem tal-pajjiż li qiegħed jesporta b'ittri kbar jew, jekk ikun xieraq, is-sett ta' inizzjali approvati għal dak il-pajjiż taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali fuq ir-Reġistrazzjoni ta' Vetturi bil-Magna; - fin-nofs, in-numru veterinarju ta' l-approvazzjoni tal-biċċerija. L-ittri għandhom ikunu għoljin 0.8 ċm u l-figuri għoljin 1 ċm. Is-siġill jista' jinkludi indikazzjoni tal-veterinarju uffiċjali li għamel l-ispezzjoni tas-saħħa tal-laħam frisk. 41. Il-karkassi għandhom jiġu mmarkati bl-inka jew issiġillati b'timbru b'mod konformi mal-paragrafu 40: - dawk li jiżnu aktar minn 60 kg għandhom ikunu ttimbrati fuq kull nofs karkassa, f'minn ta' lanqas il-postijiet li ġejjin: il-wiċċ ta' barra tal-koxxa, il-flett, id-dahar, is-sider, l-ispalla u l-plewra; - il-karkassi l-oħra għandhom ikunu ittimbrati f'minn ta' lanqas erba' postijiet, fuq l-ispalla u fuq il-wiċċ ta' barra tal-koxox. 42. Il-fwied għandhom ikunu ssiġillati bis-sħana b'timbru b'mod konformi mal-paragrafu 40. L-irjus, l-ilsien, il-qlub u l-kliewi għandhom ikun mmarkati bil-linka jew bis-sħana b'timbru b'mod konformi mal-paragrafu 40. Iżda, fil-każ tal-majjali, ngħaġ u mogħoż taħt it-tliet xhur, l-ittimbrar ta' l-ilsna u l-qlub m'għandux ikun obbligatorju. 43. Il-qatgħat, ħlief għax-xaħam, ix-xaħam ta' taħt il-ġilda, id-denb, il-widnejn u s-saqajn li jidħlu fl-impjant tat-tqattigħ minn karkassi ttimbrati kif suppost għandhom, fejn dawn ma jkollhomx il-marka tat-timbru, ikunu mmarkati bl-inka jew bis-sħana b'mod konformi mal-kriterji tal-paragrafu 40 u jkunu jinkludu n-numru ta' l-approvazzjoni veterinarja ta' l-impjant tat-tqattigħ flok dak tal-biċċerija. Il-qatgħat tax-xaħam solidu ta' barra tal-majjal u taż-żaqq li minnha titneħħa l-ġilda jistgħu jiġu aggruppati f'lottijiet ta' ħames qatgħat; kull lott u kull biċċa, jekk din tkun separata, għandha tiġi ssiġillata taħt is-sorveljanza uffiċjali u għandha tiġi provduta b'tikketta li tkun tilħaq il-kriterji tal-paragrafu 44. L-immarkar jista' jsir ukoll permezz ta' siġill jew timbru ovali. Dan is-siġill li għandu jitwaħħal fuq kull qatgħa m'għandux jerġa' jintuża, għandu jkun magħmul minn materjali b'saħħithom u għandu jilħaq il-kriterji ta' iġene. Dawn li ġejjin għandhom jidhru fuq it-timbru tas-siġill b'ittri li jkunu jinqraw sew: - fuq il-parti ta' fuq, l-isem tal-pajjiż li m'huwiex membru li qiegħed jesporta b'ittri kbar, jew l-inizzjali tiegħu kif approvat taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali fuq ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi bil-Magna; - fin-nofs, in-numru ta' l-approvazzjoni veterinarja ta' l-impjant tat-tqattigħ. L-ittri u n-numri għandhom ikunu għoljin 0.2 ċm. It-timbru tas-siġill jista' jinkludi wkoll indikazzjoni tal-veterinarju uffiċjali li jkun għamel l-ispezzjoni tas-saħħa fuq il-laħam. 44. L-ippakkjar għandu jkollu tikketta li tidher sew u li fuqha jkun hemm marka li tinqara sew u li tkun tirriproduċi waħda mill-marki li hemm provduti fil-paragrafi 40 u 43. Din it-tikketta għandha tkun imwaħħla b'tali mod li titqatta' hekk kif jinfetaħ il-pakkett. It-tikketta għandha turi wkoll in-numru tas-serje. IL-KAPITOLU XI L-IPPAKKJAR TA' LAĦAM FRISK IMQATTA' 45. (a) L-ippakkjar (per eżempju l-kaxex ta' l-ippakkjar u l-kaxxi tal-kartun) għandhom josservaw ir-regoli kollha ta' l-iġene, partikolarment: - m'għandhomx jibdlu in-natura organoleptika tal-laħam frisk; - m'għandhomx jgħaddu sustanzi li jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem lil-laħam frisk; - għandhom ikunu solidi biżżejjed biex tkun żgurata protezzjoni effettiva tal-laħam frisk matul it-trasport u l-ġarr bl-idejn. (b) Il-pakketti m'għandhomx jerġgħu jintużaw għal laħam frisk sakemm dawn ma jkunux magħmula minn materjal li ma jsirux korrotti, u li jkunu ħfief biex tnaddafhom u kienu diġà ġew imnaddfa u diżinfettati qabel. 46. Fejn ikun meħtieġ, meta l-laħam frisk imqatta' jew biċċiet tal-laħam ikunu mgeżwra f'pakketti, per eżempju f'xi folja tal-plastik, li tiġi f'kuntatt dirett magħha, din il-biċċa xogħol għandha ssir immedjatament wara it-tqattigħ u b'mod konformi mal-kriterji ta' iġene. Ħlief għal qatgħat tax-xaħam solidu ta' barra tal-majjal u ż-żaqq, il-laħam frisk imqatta' għandu fil-każijiet kollha jkun ipprovdut b'ippakkjar protettiv sakemm ma jiġix trasportat imdendel. Dan l-ippakkjar għandu jkun trasparenti u mingħajr kuluri, u għandu wkoll jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 45 (a); dawn il-pakketti ma jistgħux jintużaw għat-tieni darba għall-ippakkjar ta' laħam frisk. 47. Il-pakketti msemmija fil-paragrafi 45 u 46 jista' jkollhom fihom biss laħam frisk imqatta' li jkun jappartjeni lill-istess speċi ta' annimali. IL-KAPITOLU XII IL-ĦAŻNA 48. Il-laħam frisk maħsub għall-kummerċ intra-Komunitarju għandu jiġi mkessaħ immedjatament wara l-ispezzjoni post mortem u jinżamm f'temperatura kostanti ta' mhux aktar minn + 7 °C għall-karkassi u qatgħat u ta' mhux aktar minn + 3 °C għall-iskart. IL-KAPITOLU XIII IT-TRASPORT 49. Il-laħam frisk għandu jiġi trasportat f'vetturi maħsuba u mgħammra apposta biex it-temperaturi speċifikati fil-paragrafu 48 u l-identità tal-laħam jinżammu matul it-trasport. 50. Il-vetturi jew il-kontenituri maħsuba għat-trasport ta' dan il-laħam għandhom ikunu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin: (a) l-uċuħ ta' ġewwa tagħhom jew kwalunkwe parti oħra li tista' tiġi f'kuntatt mal-laħam frisk għandhom ikunu ta' materjal li ma jsirx korrott u li ma jkunx jista' jaffettwa l-karattru organolettiku tal-laħam frisk jew li jwassal biex dan ikun ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem; dawn l-uċuħ għandhom ikunu lixxi u ħfief biex jitnaddfu u biex jiġu diżinfettati; (b) dawn għandhom ikunu provduti b'mezzi effiċjenti għall-protezzjoni tal-laħam frisk kontra insetti u trab u m'għandux jgħaddi ilma minnhom biex ma jkunux jistgħu joħorġu ebda tip ta' likwidi minnhom; (ċ) għat-trasport ta' karkassi, nofs karkassi jew kwartijiet, dawn għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir li ma jsirx korrott biex il-laħam frisk ikun jista' jiddendel b'mod fiss f'ċertu għoli li ma jkunx jista' jmiss mal-qiegħ; din id-dispożizzjoni m'għandhiex tkun tapplika għal laħam iffriżat f'pakketi iġeniċi. 51. Il-vetturi jew il-kontenituri maħsuba għat-trasport ta' laħam frisk m'għandhom fl-ebda każ jintużaw għat-trasport ta' annimali ħajjin jew kwalunkwe prodott li x'aktarx jista' jaffettwa jew iniġġes il-laħam frisk. 52. L-ebda prodott ieħor ma jista' jiġi trasportat fl-istess ħin bħala laħam frisk fl-istess vettura jew kontenitur. Barraminnhekk, l-istonkijiet jistgħu ma jiġux trasportati f'dawn sakemm ma jkunux ġew imxawta, u l-irjus u s-saqajn sakemm ma jkunux ġew imqaxxra jew imxawwta u depilati. 53. Il-laħam frisk ma jkunx jista' jiġi trasportat f'vettura jew kontenitur li ma tkunx nadifa jew li ma tkunx ġiet diżinfettata. 54. Il-karkassi sħaħ, nofsijiet jew kwartijiet ta' karkassi, eskluż il-laħam iffriżat fil-pakketti b'mod konformi mal-kriterji ta' iġene, għandhom dejjem jiġu mdendla għat-trasport. Qatgħat oħrajn u biċċiet ta' laħam għandhom jiddendlu jew jitpoġġew fuq appoġġi apposta jekk dawn ma jkunux ippakkjati jew inkella f'kontenituri li ma jsirux korrotti. Dawn l-appoġġi, pakketti jew kontenituri għandhom jilħqu l-kriterji ta' iġjene u dawk ta' din id-Direttiva. Il-vixxra għandhom dejjem ikunu trasportati f'pakketi b'saħħithom li la jgħaddi ilma minnhom u lanqas grassijiet u li jistgħu jerġgħu jintużaw biss wara li jitnaddfu u jiġu diżinfettati. 55. Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura qabel il-kunsinna li l-vetturi tat-trasport jew il-kontenituri u l-kondizzjonijiet tat-tagħbija jkunu jilħqu l-kriterji ta' iġene ta' dan il-Kapitolu. -------------------------------------------------- ANNESS Ċ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS D +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------