31972L0306



Official Journal L 190 , 20/08/1972 P. 0001 - 0023
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0142
Danish special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0846
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0142
English special edition: Series I Chapter 1972(III) P. 0889 - 0908
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0033
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0154
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0154


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-2 ta’ Awwissu 1972

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emmissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni diesel għall-użu fil-vetturi

(72/306/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, għall-emmissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni diesel għall-użu fil-vetturi;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa meħtieġ għalhekk li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill [1] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom tiġi applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi, huwa mixtieq li jkunu segwiti l-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 24 (Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ vetturi mgħammra b’magni diesel fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu mill-magna, li hu anness mal-ftehim tal-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi ta’ approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjoni għal tagħmir u partijiet ta’ vetturi bil-mutur [2];

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura b’magna diesel, maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata ta’ aktar minn 25 km/siegħa, bl-eċċezzjoni għal vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura, u vetturi tax-xogħolijiet pubbliċi.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali lil vettura fuq għar-raġuni li sustanzi li jniġġsu - huna emessi mill-magna diesel li tmexxi l-vettura, jekk il-magna tkun konformi ma’ l-Annesi I, II, III, IV u VI.

Artikolu 3

L-Istat Membru li jkun ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li jkun informat dwar kull modifika għall-parti jew karatteristika imsemmija fil-punt 2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeċiedu jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq il-vettura modifikata u jekk għandux isir rapport ġdid. Meta dawn it-testijiet jiżvelaw nuqqas ta’ komformità ma’ din id-Direttiva, il-modifika m’għandiex tkun approvata.

Artikolu 4

L-emendi meħtieġa għall-aġġustament ta’ l-Annessi sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 li tirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar minn-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

2. Barra minhekk, ladarba n-notifika ta’ din id-direttiva tkun ġiet effettwata, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-Kummissjoni tkun infurmata, fi żmien biżżejjed tajjeb sabiex tissottometti l-kummenti tagħha, dwar l-aktar liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi mportanti li huma jkollhom il-ħsieb li jadottataw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-2 ta’ Awwissu, 1972

Għall-Kunsill

Il-President

T. Westerterp

[1] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

[2] Dok. E/KEE/324 - E/KEE/TRANS/505, Rev l/add 23, tat-23.8.1971.

--------------------------------------------------

ANNESS I [1]

DEFINIZZJONIJET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SIMBOLU TAL-KOEFFIĊJENT TA’ ASSORBIMENT IKKOREĠUT, SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

(1.) 2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(2.1.) 2.2. “Tip ta’ vettura fir-rigward tal-limitazzjoni ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu mill-magna” tfisser vetturi bil-mutur li mhumiex differenti f’ aspetti essenzjali bħal ma huma l-karatteristiċi tal-vettura u tal-magna kif definiti fl-Anness II;

2.3. “Magna diesel” tfisser magna li taħdem fuq il-prinċipju ta’ compression-ignition;

2.4. “Mezz ta’ startjar mill-kiesaħ” ifisser mezz li meta jitħaddem iżid l-ammont ta’ karburant fornut lill-magna b’mod temporanju u li huwa maħsub sabiex jiffaċilita l-istartjar tal-magna;

2.5. “Opacimeter” ifisser strument użat għall-kejl kontinwu tal-koeffiċjenti ta’ assorbiment tad-dawl mill-gassijiet ta’ l-exhaust emessi mill-vetturi.

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL- KEE

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tkun ippresentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant debitament akkreditat tiegħu.

3.2. Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti imsemmijin hawn taħt fi tliet kopji u bid-dettalji li ġejjin:

3.2.1. Deskrizzjoni tat-tip tal-magna, li tinkludi l-partikolaritajiet kollha msemmija fl-Anness II;

3.2.2. Id-disinji tal-combustion chamber u tan-naħa ta’ fuq tal-pistun.

3.3. Il-magna u t-tagħmir preskritt fl-Anness II tar-Regolament għall-immuntar fil-vettura li għandhom ikunu approvati għandhom jiġu sottomessi lis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ approvazzjoni definiti fil-punt 5. Madanakollu, jekk il-manifattur jitlob hekk u s-servizz tekniku li jagħmel t-testijiet ta’ l-approvazzjoni jaqbel, it-test jista’ jsir fuq vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata.

3a APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

Ċertifikat li jkun konformi ma’ dak muri fl-Anness X għandu jkun mehmuż maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

4. SIMBOLU TAL-KOEFFIĊJENTI TA’ ASSORBIMENT IKKOREĠUT

(4.1.) (4.2.) (4.3.) 4.4. Ma’ kull vettura li tkun konformi ma tip ta’ vettura approvata skond dan ir-Regolament għandu jitwaħħal, b’mod li jidher ċar u f’post li jintlaħaq faċilment kif speċifikat fl-Anness taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip muri fl-Anness X, simbolu rettangolari li jdawwar figura li tesprimi f’m-1 il-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment ikkorreġut miksuba, fil-waqt ta’ l-approvazzjoni, waqt it-test f’aċċelerazzjoni libera, u ddeterminat fil-waqt ta’ l-approvazzjoni bil-metodu deskritt fil-punt 3.2 ta’ l-Anness IV.

4.5. Is-simbolu għandu jkun jinqara b’mod ċar u ma jistax jitħassar.

4.6. L-Anness IX jagħti eżempju ta’ dan is-simbolu.

5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1. Ġenerali

Il-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod sabiex jiffaċilitaw il-vettura, f’użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li għalihom jistgħu jkunu suġġetti, biex ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

5.2. Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw mezzi ta’ startjar mill-kiesaħ.

5.2.1. Il-mezz ta’ startjar mill-kiesaħ għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li ma jistax jibda jitħaddem jew ikompli jitħaddem meta l-magna tkun qiegħda taħdem b’mod normali.

5.2.2. Id-dispożizzjonijiet tal-punt 5.2.1 ta’ hawn fuq m’għandhomx japplikaw jekk tintlaħaq mill-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

5.2.2.1. Il-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment tal-gassijiet emessi mill-magna f’veloċitajiet kostanti meta mkejjel bil-metodu deskritt fl-Anness III bil-mezz ta’ startjar mill-kiesaħ li jkun jaħdem fi ħdan il-limiti preskritti fl-Anness VI.

5.2.2.2. Iż-żamma tal-mezz ta’ startjar mill-kiesaħ f’operazzjoni jikkawża t-tifi tal-magna f’ħin raġonevoli.

5.3. Speċifikazzjonijiet li jikkonċernaw l-emmissjoni tat-tniġġis.

5.3.1 L-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu mit-tip ta’ vettura sottomessa għall-approvazzjoni għandha titkejjel biż-żewġ metodi deskritti fl-Anness III u IV, relatati rispettivament mat-testijiet f’veloċitajiet kostanti u mat-testijiet f’aċċelerazzjoni libera. [2]

5.3.2. L-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu, kif imkejjla bil-metodu deskritt fl-Anness III, m’għandux jeċċedi l-limiti preskritti fl-Anness VI.

5.3.3. Fil-każ ta’ magni li għandhom supercharger imħaddem mill-exhaust il-koeffiċjenti ta’ assorbiment imkejjel f’aċċelerazzjoni libera m’għandux ikun aktar mill-limitu preskritt fl-Anness VI għall-valur taċ-ċirkolazzjoni nominali li jkun korrespondenti mal-koeffiċjent ta’ l-assorbiment massimu mkejjel waqt it-testijiet f’veloċitajiet kostanti ta’ 0.5 m-1.

5.4. Strumenti ekwivalenti tal-kejl għandhom ikunu permissibbli. Jekk jintuża strument ieħor minn dawk deskritti fl-Anness VII, prova ta’ l-ekwivalenza għall-magna meqjusa għandha tkun meħtieġa.

(6.) 7. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1. Kull vettura fis-serje, għandha tkun konformi, fir-rigward tal-komponenti li jaffettwaw l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu mill-magna, mat-tip ta’ vettura approvata.

(7.2.) 7.3. Bħala regola ġenerali, il-konformità tal-vettura mat-tip approvat fir-rigward ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni diesel għandha tkun ivverifikata abbażi tad-deskrizzjoni mogħtija fl-Anness għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni KEE muri fl-Anness X. B’żieda ma dan:

7.3.1. Meta ssir verifika fuq vettura meħuda mis-serje, it-testijiet għandhom isiru kif ġej:

7.3.1.1. Vettura li ma tkunx ġiet run in għandha tkun suġġetta għat-test f’aċċelerazzjoni libera kif deskritt fl-Anness IV. Il-vettura għandha tiġi konformi ma’ l-approvazzjoni tat-tip jekk il-koeffiċjent ta’ assorbiment determinat ma jkunx aktar minn 0.5 m-1 tal-figura murija fil-marka ta’ l-approvazzjoni.

7.3.1.2. Jekk il-figura determinata fit-test imsemmi fil-punt 7.3.1 ta’ hawn fuq teċċedi l-figura b’aktar minn 0.5 m-1, il-figura murija bil-marka ta’ l-approvazzjoni, il-vettura tat-tip ikkunsidrat jew tal-magna tagħha għandhom ikunu suġġetti għat-test f’veloċitajiet kostanti fuq il-kurva ta’ tagħbija sħiħa, kif deskritt fl-Anness III. Il-livelli ta’ l-emissjoni m’għandhomx jeċċedu l-limiti preskritti fl-Anness VI.

[1] It-test ta’ l-Annessi huwa simili għal dak tar-Regolament Nru 24 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU; b’mod partikolari it-tqassim f’punti huwa l-istess. Għal din ir-raġuni, meta punt tar-Regolament Nru 24 m’għandu l-ebda kontroparti f’din id-Direttiva, in-numru tiegħu jingħata f’parentesi bħala dħul b’għelm.

[2] Test f’aċċelerazzjoni libera għandu jitwettaq, speċjalment sabiex jipprovdi figura ta’ referenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu sabiex jivverifikaw il-vetturi fl-użu.

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

TEST F’VELOĊITAJIET KOSTANTI TUL IL-KURVA TA’ TAGĦBIJA SĦIĦA

1. INTRODUZZJONI

1.1. Dan l-anness jiddeskrivi l-metodu ta’ kif tkun determinata l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu f’veloċitajiet kostanti differenti matul il-kurva ta’ tagħbija sħiħa.

1.2. It-test jista’ jsir jew fuq il-magna jew inkella fuq il-vettura.

2. PRINĊIPJU TAL-KEJL

2.1. L-opaċità tal-gassijiet ta’ l-exhaust prodott minn magna għandha titkejjel bil-magna aħdem taħt tagħbija sħiħa u f’veloċità kostanti. Għandhom jittieħdu sitt kejl f’veloċitajiet tal-magna spazjati minn xulxin b’mod uniformi bejn dik li tkun korrespondenti mal-qawwa massima u l-għola taż-żewġ veloċitajiet tal-magna li ġejjin:

- 45 fil-mija tal-veloċità tal-magna li tkun korrispondenti mal-qawwa massima; u

- 1000 dfm.

Il-punti estremi tal-kejl għandhom jinstabu fil-limiti ta’ l-intervall definit hawn fuq.

2.2. Fil-każ ta’ magni diesel li huma mgħammra b’supercharger ta’ l-arja li jista’ jitqabbad meta jrid l-operatur, u li f’liema magni, d-dħul fis-servizz tas-supercharger ta’ l-arja awtomatikament iżid il-kwantità tal-karburant li jiġi injettat, il-kejl għandu jsir kemm bis-supercharger jaħdem kif ukoll mingħajru.

Għal kull veloċità tal-magna, ir-riżultat tal-kejl għandu jkun l-għola wieħed miż-żewġ figuri miksuba.

3. KONDIZZJONIJIET TAT-TEST

3.1. Vettura jew magna

3.1.1. Il-magna jew il-vettura għandha tkun sottomessa f’kondizzjoni mekkanika tajba.

Il-magna għandha tkun run in.

3.1.2. Il-magna għandha tkun ittestjata bit-tagħmir deskritt fl-Anness II.

3.1.3. Il-montaturi tal-magna għandhom ikunu dawk deskritti mill-manifattur u mill-Anness II.

3.1.4. Il-mezz ta’ l-exhaust m’għandu jkollu l-ebda toqba li minnha l-gassijiet emessi mill-magna jistgħu jkunu dilwiti.

3.1.5. Il-magna għandha tkun fil-kondizzjoni ta’ xogħol normali kif preskritta mill-manifattur. B’mod partikolari, l-ilma tat-tkessiħ u ż-żejt għandhom ikunu t-tnejn li huma fit-temperatura normali indikata mill-manifattur.

3.2. Karburant

Il-karburant għandu jkun il-karburant ta’ referenza li l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu huma mogħtija fl-Anness V.

3.3. It-test tal-laboratorju

3.3.1. It-temperatura assoluta T tal-laboratorju, espressa fi gradi Kelvin, u l-pressjoni atmosferika H, espressa f’torr, għandhom ikunu mkejjla, u l-fattur F għandu jkun iddeterminat bil-formula:

F =

×

T2980,5

3.3.2. Biex prova tkun rikonoxxuta bħala valida, il-fattur F għandu jkun hekk li 0.98 ≤ F ≤ 1.02.

3.4. Apparat tal-kampjunar u tal-kejl

Il-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment tad-dawl tal-gassijiet ta’ l-exhaust għandhom jitkejjlu b’opacimeter li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VII u installati b’konformità ma’ l-Anness VIII.

4. VALURI TA’ LIMITU

4.1. Għal kull wieħed mis-sitt veloċitajiet tal-magna li fihom il-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment jitkejjel skond il-paragrafu 2.1 ta’ hawn fuq, iċ-ċirkolazzjoni nominali tal-gass G, espressa f’litri fis-sekonda, għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formuli li ġejjin:

- għal magni two-stroke | G = Vn60, |

- għal magni four-stroke | G = Vn120, |

meta:

V hija l-kapaċità taċ-ċilindri tal-magni espressa f’litri; u

n hija l-veloċità tal-magna f’dawriet fil-minuta.

4.2. Għal kull veloċità tal-magna l-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment tal-gassijiet ta’ l-exhaust m’għandhomx ikunu akbar mill-valur tal-limitu mogħti fit-tabella ta’ l-Anness VI. Meta l-valur taċ-ċirkolazzjoni nominali m’huwiex wieħed minn dawk mogħtija f’dik it-tabella, il-valur tal-limitu applikabbli għandu jinkiseb permezz ta’ l-interpolazzjoni fuq il-prinċipju tal-partijiet proporzjonali.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

TEST TAĦT AĊĊELERAZZJONI LIBERA

1. KONDIZZJONIJIET TAT-TEST

1.1. It-test għandu jsir fuq vettura jew magna li tkun għaddiet mit-test f’veloċitajiet kostanti deskritt fl-Anness III.

1.1.1. Jekk il-magna tkun ittestjata fuq bank, it-test għandu jsir kemm jista’ jkun malajr wara t-test għall-kejl ta’ l-opaċità taħt tagħbija sħiħa f’veloċitajiet kostanti. B’mod partikolari, l-ilma tat-tkessiħ u ż-żejt għandhom ikunu fit-temperaturi indikati mill-manifattur.

1.1.2. Jekk it-test isir fuq vettura wieqfa, il-magna l-ewwel għandha tinġieb fil-kondizzjoni normali ta’ xogħol permezz ta’ ġirja fit-triq. It-test għandu jsir malajr kemm jista’ jkun wara li titlesta l-ġirja fit-triq.

1.2. Il-combustion chamber m’għandiex tkun laħqet kesħet jew tħammġet permezz ta’ perjodu mtawwal ta’ idling qabel it-test.

1.3. Għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet tat-test deskritti fl-Anness III, il-punti 3.1, 3.2 u 3.3.

1.4. Għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet deskritti fl-Anness III, il-punt 3.4, fir-rigward ta’ l-apparat tal-kampjunar u tal-kejl

2. METODI TAT-TEST

2.1. Jekk it-test huwa test fuq il-bank, il-magna għandha tkun imneħħija mill-brake, dan ta’ l-aħħar ikun mibdul jew bil-partijiet rotanti misjuqa meta ma’ jkun imqabbad l-ebda gear jew ma’ inerzja li hija sostanzjalment ekwivalenti għal dik tal-partijiet rotanti.

2.2. Jekk it-test jitwettaq fuq vettura, il-kontroll tat-tibdil tal-gear għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni newtrali u l-magna ingranata.

2.3. Waqt li l-magna tkun idling, il-kontroll ta’ l-aċċeleratur għandu jitħaddem malajr, iżda mhux b’mod vjolenti, sabiex jikseb il-forniment massimu mill-pompa ta’ l-injezzjoni. Din il-pożizzjoni għandha tinżamm sakemm tintlaħaq il-veloċità massima tal-magna u l-governor jibda jaħdem. Malli tintlaħaq din il-veloċità, l-aċċeleratur għandu jiġi rilaxxat sakemm il-magna tkompli fil-veloċità idling tagħha u l-opacimeter jerġa lura għall-kondizzjonijiet korrispondenti.

2.4. L-operazzjoni deskritta fil-punt 2.3 ta’ hawn fuq għandha tiġi ripetuta mhux anqas minn sitt darbiet sabiex is-sistema ta’ l-exhaust tkun imnaddfa u sabiex tippermetti għal kull aġġustament meħtieġ ta’ l-apparat. Il-valuri massimi ta’ l-opaċità moqrija f’kull aċċelerazzjoni suċċessiva għandhom ikunu nnotati sakemm jinkisbu valuri stabbli. M’għandu jittieħed l-ebda kont tal-valuri moqrija waqt li l-magna tkun idling wara kull aċċelerazzjoni. Il-valuri moqrija għandhom ikunu meqjusa bħala stabbli meta erba’ qari konsekuttivi jinsabu fi ħdan medda ta’ frekwenzi ta’ 0.25 m-1 u ma jifformawx sekwenza li tkun tnaqqas. Il-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment XM li għandu jiġi rrekordjat għandu jkun il-medja aritmetika ta’ dawn l-erba’ valuri.

2.5. Magni mgħammra b’supercharger ta’ l-arja għandhom ikunu suġġetti, meta xieraq, għall-ħtiġiet speċjali li ġejjin:

2.5.1 Fil-każ ta’ magni b’supercharger ta’ l-arja li huma mqabbda ma’ jew misjuqa mekkanikament mill-magna u li tkun tista titneħħa, għandhom isiru żewġ ċikli kompluti ta’ kejl b’aċċelerazzjonijiet preliminari, is-supercharger ikun imqabbad f’każ wieħed u mhux imqabbad fl-ieħor. Ir-riżultat tal-kejl irrekordjat għandu jkun l-għola wieħed miż-żewġ riżultati miksuba;

2.5.2. Fil-każ ta’ magni b’supercharger ta’ l-arja li jista’ jitneħħa permezz ta’ bypass li jitħaddem mix-xufier, it-test għandu jsir bil-bypass u mingħajru. Ir-riżultat tal-kejl irrekordjat għandu jkun l-għola wieħed mir-riżultati miksuba.

3. DETERMINAZZJONI TAL-VALUR IKKORREĠUT TAL-KOEFFIĊJENTI TA’ L-ASSORBIMENT

3.1. Notazzjoni

XM = il-valur tal-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment taħt aċċelerazzjoni libera mkejjla kif deskritt fil-punt 2.4 ta’ dan l-Anness;

XL = il-valur ikkorreġut tal-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment taħt aċċelerazzjoni libera;

SM = il-valur tal-koeffiċjenti ta’ assorbiment imkejjel f’veloċità kostanti (l-Annes III, il-punt 2.1.) li hija l-eqreb għall-valur ta’ limitu preskritt li jkun korrispondenti ma’ l-istess ċirkolazzjoni nominali;

SL = il-valur tal-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment (l-Anness III, il-punt 4.2) għaċ-ċirkolazzjoni nominali li tkun korrispondenti mal-punt tal-kejl li jkun tal-valur SM;

L = it-tul effettiv tal-passaġġ tad-dawl fl-opacimter.

3.2. Meta l-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment huma espressi f’m-1 u t-tul effettiv tal-passaġġ tad-dawl f’metri, il-valur ikkorreġut XL jingħata permezz ta’ l-iżgħar miż-żewġ espressjonijiet li ġejjin:

X′

=

· X

X″

= X

+ 0,5

--------------------------------------------------

ANNESS V

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KARBURANTI TA’ REFERENZA PRESKRITTI GĦAT-TESTIJIET TA’ L-APPROVAZZJONI U SABIEX JIVVERIFIKAW IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Nota:

Il-karburant għandu jkun ibbażat biss fuq distillati straight-run, kemm jekk huma hydrodesulphurized u anki jekk le, u m’għandu jkun fih l-ebda addittivi.

| Limiti w unitajiet | Metodu |

Densità 15/4°Ċ | 0830 ± 0005 | ASTM D 1298-67 |

Distillazzjoni | | ASTM D 86-87 |

50 % | Min. 245 °Ċ | |

90 % | 330 ± 10°Ċ | |

Punt finali tat-togħlija | mass. 370°Ċ | |

Indiċi ta’ cetane | 54 ± 3 | ASTM D 976-66 |

Viskosità kinematika f’temperatura ta’ 100°F | 3 ± 0.5 cst | ASTM D 445-65 |

Kontenut tas-sulfat | 0.4 ± 0.1 % tal-piż | ASTM D 129-64 |

Flash-point | Min. 55°Ċ | ASTM D 93-71 |

Cloud point | Mass. -7°Ċ | ASTM D 2500-66 |

Anitine point | 69 ± 5°Ċ | ASTM D 611-64 |

Residwu tal-karbonju fuq 10 % bottoms | Mass. 0.2 % bil-piż | ASTM D 524-64 |

Kontenut ta’ l-irmied | Mass. 0.01 % bil-piż | ASTM D 482-63 |

Kontenut ta’ l-ilma | Mass. 0.05 % bil-piż | ASTM D 95-70 |

Test tal-korrużjoni tar-ram f’temperatura ta’ 100°Ċ | Mass. 1 | ASTM D 130-68 |

+++++ TIFF +++++

Valur kalorifiku nett | | ASTM D 2-68 (Ap. VI) |

Numru ta’ aċidu qawwi | Nil mg KoH/g | ASTM D 974-64 |

--------------------------------------------------

ANNESSI VI

VALURI TAL-LIMITU APPLIKABBLI FIT-TEST F’VELOĊITAJIET KOSTANTI

Nota:

Għalkemm il-valuri ta’ hawn fuq għandhom jitwasslu sa l-eqreb 0.01 jew 0005, dan ma jfissirx li l-kejl għandu jsir għal dan il-grad ta’ l-eżattezza.

Ċirkolazzjoni nominali G litri/sekonda | Koeffiċjenti ta’ l-assorbimenti K m-1 |

≤ 42 | 2.26 |

45 | 2.19 |

50 | 2.08 |

55 | 1985 |

60 | 1.90 |

65 | 1.84 |

70 | 1775 |

75 | 1.72 |

80 | 1665 |

85 | 1.62 |

90 | 1575 |

95 | 1535 |

100 | 1495 |

105 | 1465 |

110 | 1425 |

115 | 1395 |

120 | 1.37 |

125 | 1345 |

130 | 1.32 |

135 | 1.30 |

140 | 1.27 |

145 | 1.25 |

150 | 1225 |

155 | 1205 |

160 | 1.19 |

165 | 1.17 |

170 | 1155 |

175 | 1.14 |

180 | 1125 |

185 | 1.11 |

190 | 1095 |

195 | 1.08 |

≥200 | 1065 |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

KARATTERISTIĊI TA’ L-OPACIMETERS

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-anness jiddefinixxi l-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-opacimeters użati fit-testijiet deskritti fl-Annessi III u IV.

2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET BAŻIĊI GĦALL-OPACIMETERS

2.1. Il-gass intiż biex jitkejjel għandu jkun konfinat f’għeluq li għandu wiċċ intern li ma jirriflettix.

2.2. Waqt id-determinazzjoni tat-tul effettiv tal-passaġġ ta’ dawl mill-gass, għandu jittieħed akkont ta’ l-influwenza possibbli ta’ mezzi li jipproteġu s-sors tad-dawl u ċ-ċellula foto-elettrika. Dan it-tul effettiv għandu jkun indikat fuq l-istrument

2.3. L-arloġġ indikattiv ta’ l-opacimeter għandu jkollu żewġ skali ta’ kejl, wieħed f’unitajiet assoluti ta’ l-assorbiment tad-dawl minn 0 sa ∞ (m-1) u l-ieħor lineari minn 0 sa 100; iż-żewġ skali għandhom ivarjaw minn 0 fi flux totali f’oskurità kompleta.

3. SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KOSTRUZZJONI

3.1. Ġenerali

Id-disinn għandu jkun tali li taħt kondizzjonijiet ta’ ħidma f’veloċità kostanti, il-kabina tad-duħħan timtela b’duħħan ta’ opaċità uniformi.

3.2. Il-kabina tad-duħħan u l-kisi ta’ l-opacimeter.

3.2.1. L-effett tad-dawl mitluf fuq iċ-ċellula foto-elettrika minħabba riflessjonijiet interni jew effetti ta’ tixrid għandu jitnaqqas għal minimu (e.g, billi l-uċuħ interni jinżebgħu b’żebgħa sewda matta u b’arranġamenti ġenerali xierqa).

3.2.2. Il-karatteristiċi ottiċċi għandhom ikunu tant li l-effett magħqud tat-tixirid u r-riflessjoni ma jkunx aktar minn unità waħda fuq l-iskala lineari meta l-kabina tad-duħħan timtela bid-duħħan li għandu koeffiċjenti ta’ l-assorbiment qrib għal 1.7 m-1.

3.3. Is-sors tad-dawl

Is-sors tad-dawl għandu jkun lampa inkandexxenti b’temperatura ta’ kulur fil-varjazzjoni ta’ bejn 2800 to 3250 ºK.

3.4. Riċevitur

3.4.1. Ir-riċevitur għandu jikkonsisti minn ċellula foto-elettrika b’kurva ta’ reazzjoni spettrali simili għall-kurva fotopika ta’ l-għajn umana (reazzjoni massima fil-varjazzjoni 550/570 nm; anqas minn 4 fil-mija ta’ dik ir-reazzjoni massima anqas minn 430 nm u aktar minn 680 nm).

3.4.2. Il-kostruzzjoni taċ-ċirkuwitu elettriku, li jinkludi l-arloġġ indikattiv, għandu jkun tant li l-prodott tal-kurrent miċ-ċellula foto-elettrika huwa funzjoni lineari ta’ l-intensità tad-dawl riċevut tul il-varjetà ta’ temperatura ta’ l-operazzjoni taċ-ċellula foto-elettrika.

3.5. Skali tal-kejl

3.5.1. Il-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment tad-dawl k għandu jkun ikkalkolat bil-formula Φ = Φo.e -kl, meta: L huwa t-tul effettiv tal-passaġġ ta’ dawl mill-gass li għandu jitkejjel, Φo l-incident flux u Φ l-emergent flux. Meta t-tul effettiv L ta’ tip ta’ opacimeter ma jistax jiġi kkalkolat direttament mill-ġometrija tiegħu, it-tul effettiv L għandu jkun iddeterminat:

- jew bil-metodu deskritt fil-punt 4 ta’ dan l-Anness; jew

- permezz tal-korrelazzjoni ma’ tip ieħor ta’ opacimeter li t-tul effettiv tiegħu huwa magħruf.

3.5.2. Ir-relazzjoni bejn l-iskala lineari 0-100 u l-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment tad-dawl k tingħata bil-formula:

+++++ TIFF +++++

meta: N huwa qari fuq l-iskala lineari; u k hu l-valur korrispondenti tal-koeffiċjenti ta’ assorbiment.

3.5.3. L-arloġġ indikattiv ta’ l-opacimeter għandu jiffaċilita li koeffiċċjenti ta’ l-assorbiment ta’ 1.7 m-1 jinqara’ b’eżattezza ta’ 0025 m-1.

3.6. L-issettjar u l-ittestjar ta’ l-apparat tal-kejl

3.6.1. Iċ-ċirkuwitu elettriku taċ-ċellula foto-elettrika u ta’ l-arloġġ indikattiv għandu jkun jista jiġi aġġustat sabiex il-werrej jista’ jerġa’ jitqiegħed fiz-żero meta l-flux ta’ dawl jgħaddi mill-kabina tad-duħħan mimlija b’arja nadifa jew minn kabina li għandha karatteristiċi identiċi.

3.6.2. Bil-lampa mitfija u ċ-ċirkuwitu elettriku tal-kejl miftuħ jew short-circuited, il-qari tal-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment għandu jkun ∞, u għandu jibqa’ ∞ meta ċ-ċirkuwitu tal-kejl jerġa’ jkun imqabbad.

3.6.3. Għandha ssir investigazzjoni intermedjarja billi jitqiegħed paraventu fil-kabina tad-duħħan li jirrapreżenta gass li l-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment tad-dawl k magħruf tiegħu, imkejjel kif deskritt fil-punt 3.5.1, huwa bejn 1.6 m-1 u 1.8 m-1. Il-valur ta’ k għandu jkun magħruf sa 0025 m-1. L-investigazzjoni tikkonsisti fil-verifika li dan il-valur ma jvarjax b’aktar minn 0.05 m-1 minn dak moqri fuq l-arloġġ indikattiv ta’ l-opacimeter meta l-paraventu jiġi introdott bejn is-sors tad-dawl u ċ-ċellula foto-elettrika.

3.7. Rispons ta’ l-opacimeter

3.7.1. Il-ħin tar-rispons taċ-ċirkuwitu elettriku tal-kejl, li huwa l-ħin meħtieġ sabiex l-arloġġ indikattiv jilħaq 90 fil-mija tal-liwja fuq skala sħiħa meta jitneħħa l-paraventu li joskura ċ-ċellula foto-elettrika kompletament, għandu jkun bejn 0.9 sa 1.1 sekondi.

3.7.2. Id-damping taċ-ċirkuwitu elettriku tal-kejl għandu jkun tant li l-overswing inizjali lil hinn mill-qari finali kostanti wara l-varjazzjoni momentarja fit-tqegħid (e.g. l-paraventu tal-kalibrazzjoni) ma jkunx aktar minn 4 fil-mija ta’ dak il-qari f’unitajiet fi skala lineari.

3.7.3. Il-ħin ta’ rispons ta’ l-opacimeter li huwa minħabba fenomeni fiżiċi fil-kabina tad-duħħan huwa l-ħin bejn id-dħul tal-gass fl-apparat tal-kejl u l-mili komplut tal-kabina tad-duħħan; m’għandux ikun aktar minn 0.4 sekondi.

3.7.4. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw biss għall-opacimeters użati sabiex titkejjel l-opaċità taħt aċċelerazzjoni libera.

3.8. Pressjoni tal-gass li għandha titkejjel u ta’ t-tindif ta’ l-arja.

3.8.1. Il-pressjoni tal-gass ta’ l-exhaust fil-kabina tad-duħħan m’għandhiex tiddiferixxi b’aktar minn 75 mm (arloġġ ta’ l-ilma) mill-pressjoni atmosferika.

3.8.2. Il-varjazzjonijiet fil-pressjoni tal-gass li għandha titkejjel u tat-tindif ta’ l-arja m’għandhomx iwasslu sabiex l-koeffiċjent ta’ l-assorbiment ivarja b’aktar minn 0.05 m-1 fil-każ ta’ gass li għandu koeffiċjent ta’ l-assorbiment ta’ 1.7 m-1.

3.8.3. L-opacimeter għandu jkun mgħammar bil-mezzi xierqa għall-kejl tal-pressjoni fil-kabina tad-duħħan.

3.8.4. Il-limiti tal-varjazzjoni tal-pressjoni tal-gass u tat-tindif ta’ l-arja fil-kabina tad-duħħan għandhom ikunu ndikati mill-manifattur ta’ l-apparat.

3.9. Temperatura tal-gass li għandha titkejjel.

3.9.1 F’kull punt fil-kabina tad-duħħan, it-temperatura tal-gass fil-mument tal-kejl għandha tkun bejn 70 °Ċ u t-temperatura massima, speċifikata mill-manifattur ta’ l-opacimeter, tant li l-qari li jkun aktar minn din il-varjetà ta’ temperatura ma jvarjax b’aktar minn 0.1 m-1 jekk il-kabina hija mimlija b’gass li għandu koeffiċjent ta’ l-assorbiment ta’ 1.7 m-1.

3.9.2. L-opacimeter għandu jkun mgħammar b’mezzi xierqa għall-kejl tat-temperatura fil-kabina tad-duħħan.

4. IT-TUL EFFETTIV L TA’ L-OPACIMETER.

4.1. Ġenerali.

4.1.1. F’ċerti tipi ta’ opacimeter il-gass bejn is-sors tad-dawl u ċ-ċellula foto-elettrika, jew bejn partijiet trasparenti li jipproteġu s-sors u ċ-ċellula foto-elettrika, m’huwiex ta’ opaċità kostanti. F’dawn il-każi it-tul effettiv L għandu jkun dak ta’ kolonna ta’ gass ta’ opaċità uniformi li tagħti l-istess assorbiment ta’ dawl bħal dik miksuba meta l-gass jiddaħħal b’mod normali fl-opacimeter.

4.1.2. It-tul effettiv tal-passaġġ tad-dawl jinkiseb billi jiġu mqabbla l-qari N ta’ l-opacimeter waqt li jopera b’mod normali u bil-qari No miksub bl-opacimter modifikat sabiex il-gass tat-test jimla tul definit sewwa ta’ Lo.

4.1.3. Għandu jkun meħtieġ li jsir qari komparattiv f’suċċessjoni mgħaġġla sabiex tkun iddeterminata l-korrezzjoni li għandha ssir għal ċaqlieq ta’ żero.

4.2. Metodu ta’ estimi ta’ L.

4.2.1. Il-gass tat-test għandu jkun gass ta’ l-exhaust ta’ opaċità kostanti jew gass li jassorbi d-dawl ta’ densità gravimetrika simili għal dik ta’ gass ta’ l-exhaust.

4.2.2. Kolonna tat-tul Lo ta’ l-opacimeter, li tista timtela b’mod uniformi bil-gassijiet tat-test, u li truf tiegħu huma sostanzjalment f’kartabun mal-passaġġ tad-dawl, għandha tkun iddeterminata b’mod eżatt. It-tul Lo għandu jkun viċin tat-tul effettiv preżenti ta’ l-opacimeter.

4.2.3. It-temperatura medja tal-gass tat-test fil-kabina tad-duħħan għandha tkun imkejjla.

4.2.4. Jekk meħtieġ, tank ta’ espansjoni ta’ disinn kompatt u ta’ kapaċità suffiċjenti sabiex itaffi t-tektik li jista’ jkun inkorporat fil-linja ta’ kampjunar kemm jista’ jkun viċin għas-sonda possibbli. Jista’ wkoll jkun imwaħħal cooler. Iż-żieda tat-tank ta’ l-espansjoni u tal-cooler m’għandhomx jiddisturbaw il-kompożizzjoni tal-gass ta’ l-exhaust.

4.2.5. It-test biex ikun iddeterminat it-tul effettiv għandu jikkonsisti mill-mogħdija ta’ normali u mill-istess apparat modifikat kif indikat fil-punt 4.1.2.

4.2.5.1. Il-qari ta’ l-opacimeter għandu jkun irrekordjat kontinwament waqt it-test b’rekorder li l-ħin tar-rispons tiegħu huwa daqs jew iqsar minn dak ta’ l-opacimeter.

4.2.5.2. Bl-opacimeter jaħdem b’mod normali, il-qari fuq l-iskala lineari ta’ l-opaċità huwa N u dak tat-temperatura medja tal-gass espress fi gradi Kelvin huwa T.

4.2.5.3. Bit-tul Lo magħruf mimli bl-istess gass għat-test, il-qari fuq l-iskala lineari ta’ l-opaċità huwa N u dak tat-temperatura medja tal-gass espress fi gradi Kelvin huwa To.

4.2.6. It-tul effettiv għandu jkun:

+++++ TIFF +++++

4.2.7. It-test għandu jiġi ripetut mill-anqas b’erba’ gassijiet li jagħtu qari spazjat ugwalment bejn 20 u 80 fuq l-iskala lineari.

4.2.8. It-tul effettiv L ta’ l-opacimeter għandu jkun il-medja aritmetika tat-tulijiet effettivi miksuba kif mistqarr fil-punt 4.6 b’kull wieħed mill-gassijiet.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

L-ISTALLAZZJONI U L-UŻU TA’ L-OPACIMETER

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan l-anness jiddefinixxi l-istallazzjonijiet u l-użu ta’ l-opacimeters użati fit-testijiet deskritti fl-Annessi III u IV.

2. OPACIMETER TAL-IKKAMPJUNAR

2.1. Installazzjoni għal testijiet f’veloċità kostanti.

2.1.1. Ir-relattività taż-żona cross-sectional tas-sonda għal dak tal-pajp ta’ l-exhaust m’għandux ikun anqas minn 0.05. Il-pressjoni b’lura mkejjla fil-pajp ta’ l-exhaust fid-dħul tas-sonda m’għandux ikun aktar minn 75 mm (arloġġ ta’ l-ilma).

2.1.2. Is-sonda għandha tkun tubu b’tarf miftuħ li jħares il-quddiem fl-assi tal-pajp ta’ l-exhaust, jew tal-pajp ta’ l-estensjoni jekk huwa meħtieġ wieħed. Għandu jinstab f’sezzjoni fejn id-distribuzzjoni tad-duħħan hija bejn wieħed u ieħor uniformi. Sabiex jinkiseb dan, is-sonda għandha titqiegħed kemm jista’ jkun il-ġewwa downstream fil-pajp ta’ l-exhaust, jew, jekk meħtieġ, f’pajp ta’ l-estensjoni sabiex, jekk D huwa d-dijametru tal-pajp ta’ l-exhaust fil-bokka, it-tarf tas-sonda jinsab f’porzjon dritt ta’ mill-inqas 6 D fit-tul upstream mill-punt tal-kampjunar u 3 D fit-tul downstream. Jekk jintuża pajp ta’ l-estensjoni, m’għandha titħalla ebda arja tidħol fil-ġonta.

2.1.3. Il-pressjoni fil-pajp ta’ l-exhaust u l-karatteristiċi tat-twaqqiegħ tal-pressjonji fil-linja tal-kampjunar għandu jkun tant li s-sonda tiġbor kampjun ekwivalenti sostanzjalment għal dak li jista jinkiseb permezz tal-kampjunar isokinetiku.

2.1.4. Jekk meħtieġ, tank ta’ l-espansjoni ta’ disinn kompatt u ta’ kapaċità suffiċjenti sabiex itaffi t-taħbit li jista’ jkun inkorporat fil-linja tal-kampjunar kemm jista’ jkun possibbli viċin għas-sonda. Cooler jista’ wkoll ikun imwaħħal.

Id-disinn tat-tank ta’ l-espansjoni u tal-cooler m’għandhomx jiddisturbaw il-kompożizzjoni tal-gass ta’ l-exhaust.

2.1.5. Valvola tat-tip farfett jew mezz ieħor li jżid il-pressjoni tal-kampjunar jista’ jitqiegħed fil-pajp ta’ l-exhaust mill-inqas 3D downstream mis-sonda tal-kampjunar.

2.1.6. Il-pajpijiet bħala konnessjoni bejn is-sonda, il-mezz tat-tkessiħ, it-tank ta’ l-espansjoni (jekk meħtieġ) u l-opacimeter għandhom ikunu qosra kemm jista’ jkun waqt li jissodisfaw il-ħtiġiet tal-pressjoni u tat-temparatura deskritti fl-Anness VII, il-punti 3.8 u 3.9. Il-pajp għandu jkun inklinat il-fuq mill-punt tal-kampjunar ma’ l-opacimeter, u l-liwjiet irqaq fejn jista’ jinġemgħa n-nugrufun għandhom jiġu evitati. Valvola ta’ bypass għandha tkun ipprovduta upstream, jekk mhux inkorporata fl-opacimeter.

2.1.7. Verifika għandha titwettaq waqt it-test sabiex tassigura li l-ħtiġiet ta’ l-Anness VII, il-punt 3.8, li jikkonċerna l-pressjoni u dawk ta’ l-Anness VII, il-punt 3.9, li jikkonċerna it-temperatura fil-kabina tal-kejl ikunu osservati.

2.2. L-istallazzjoni għat-testijiet taħt aċċelerazzjoni libera.

2.2.1. Ir-relattività taż-żona cross-sectional tas-sonda għal dak tal-pajp ta’ l-exhaust m’għandux ikun anqas minn 0.05. Il-pressjoni b’lura mkejjela fil-pajp ta’ l-exhaust fid-dħul tas-sonda m’għandux ikun aktar minn 75 mm (arloġġ ta’ l-ilma).

2.2.2. Is-sonda għandha tkun tubu b’tarf miftuħ li jħares il-quddiem fl-assi tal-pajp ta’ l-exhaust, jew tal-pajp ta’ l-estensjoni jekk ikun meħtieġ wieħed. Għandu jkun imqiegħed f’sezzjoni fejn id-distribuzzjoni tad-duħħan hija bejn wieħed u ieħor uniformi. Sabiex jinkiseb dan, is-sonda għandha titqiegħed kemm jista’ jkun il-ġewwa downstream fil-pajp ta’ l-exhaust, jew, jekk meħtieġ, f’pajp ta’ l-estensjoni sabiex, jekk D huwa d-dijametru tal-pajp ta’ l-exhaust fil-bokka, it-tarf tas-sonda jinsab f’porzjon dritt ta’ mill-inqas 6 D fit-tul upstream mill-punt tal-kampjunar u 3 D fit-tul downstream. Jekk jintuża pajp ta’ l-estensjoni, m’għandha titħalla l-ebda arja tidħol fil-ġonta.

2.2.3. Is-sistema tal-kampjunar għandha tkun tali li fil-veloċitajiet kollha tal-magna l-pressjoni tal-kampjun fl-opacimeter tkun fi ħdan il-limiti speċifikati fl-Anness VII, il-punt 3.8.2. Dan jista’ jkun ivverifikat billi tkun innotata l-pressjoni tal-kampjun fil-veloċitajiet tal-magna idling u massimi mingħajr tagħbija. Jiddependi mill-karatteristiċi ta’ l-opacimeter, il-kontroll tal-pressjoni tal-kampjun jista’ jinkiseb permezz ta’ restrizzjoni fissa jew b’valvola tat-tip farfett fil-pajp ta’ l-exhaust jew fil-pajp ta’ l-estensjoni. Hu liema hu l-metodu wżat, il-pressjoni b’lura mkejjla fil-pajp ta’ l-exhaust fid-dħul tas-sonda m’għandux ikun aktar minn 75 mm (arloġġ ta’ l-ilma).

2.2.4. Il-pajpijiet li jitqabbdu ma’ l-opacimeter għandhom ikunu qosra kemm jista’ jkun. Il-pajp għandu jkun inklinat il-fuq mill-punt tal-kampjunar ma’ l-opacimeter, u liwjiet irqaq fejn jista’ jinġemgħa n-nugrufun għandhom jiġu evitati. Tista’ tkun ipprovduta valvola ta’ bypass upstream mill-opacimeter sabiex jiżolaħ miċ-ċirkolazzjoni tal-gass ta’ l-exhaust meta ma jkun qiegħed isir l-ebda kejl.

3. OPACIMETER TA’ ĊIRKOLAZZJONI SĦIĦA

L-uniċi prekawzjonijiet ġenerali li għandhom jiġu osservati f’testijiet tal-veloċità kostanti u ta’ l-aċċelerazzjoni libera huma dawn li ġejjin:

3.1. Il-ġonot fil-pajpijiet tal-konnessjoni bejn il-pajp ta’ l-exhaust u l-opacimeter m’għandhomx jippermettu li tidħol xi arja minn barra.

3.2. Il-pajpijiet li jitqabbdu ma’ l-opacimeter għandhom ikunu qosra kemm jista’ jkun, bħal ma hu fil-każ ta’ l-opacimeters tal-kampjunar. Is-sistema tal-pajpijiet għandha tkun inklinata l-fuq mill-pajp ta’ l-exhaust sa l-opacimeter, u liwjiet dojoq fejn jista’ jinġemgħa n-nugrufun għandhom jiġu evitati. Tista’ tkun ipprovduta valvola ta’ bypass upstream mill-opacimeter sabiex tiżolah miċ-ċirkolazzjoni tal-gass ta’ l-exhaust meta ma jkun qiegħed isir l-ebda kejl.

3.3. Tista’ tkun meħtieġa wkoll sistema ta’ tkessieħ upstream mill-opacimeter.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

EŻEMPJU TAS-SIMBOLU TAL-KOEFFIĊJENT TA’ L-ASSORBIMENT KORREĠUT

+++++ TIFF +++++

Is-simbolu ta’ hawn fuq juri li l-koeffiċjent ta’ l-assorbiment ikkorreġut huwa 1.30m -1.

--------------------------------------------------

ANNESS X

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet