Id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom
ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1–15 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bil-Finlandiż: Chapter 13 Volume 1 P. 120 - 133
Edizzjoni Speċjali bid-Daniż: Series I Volume 1970(I) P. 82 - 94
Edizzjoni Speċjali bl-Iżvediż: Chapter 13 Volume 1 P. 120 - 133
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Series I Volume 1970(I) P. 96 - 110
Edizzjoni Speċjali bil-Grieg: Chapter 13 Volume 1 P. 46 - 60
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 174 - 188
Edizzjoni Speċjali bil-Portugiż: Chapter 13 Volume 1 P. 174 - 188
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 13 Volume 001 P. 44 - 58
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 13 Volume 01 P. 41 - 56
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 13 Volume 01 P. 41 - 56
DE FR IT NL
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | ||
| tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Id-Direttiva tal-Kunsill
tas-6 ta’ Frar 1970
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom
(70/156/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni;
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],
Billi f’kull Stat Membru l-vetturi bil-mutur, intiżi għal ġarr ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri, għandhom ikunu konformi ma ċerti kondizzjonijiet tekniċi mandatorji; billi kondizzjonijiet bħal dawn huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u konsegwentementi ifixklu l-kummerċ fil-Komunità Ekonomika Ewropea;
Billi tfixkil bħal dan għall-istabilizzar u t-tħaddim xieraq tas-suq komuni jista’ jitnaqqas u anke jiġi eliminat jekk l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet, jew bħala żieda jew minflok il-liġijiet eżistenti tagħhom;
Billi hija l-prattika stabbilita ta’ l-Istati Membri li jivverifikaw li l-vetturi jkunu konformi mal-kondizzjonijiet tekniċi relevanti qabel dawn jitpoġġew fis-suq; billi dan l-ivverifikar isir fuq it-tipi ta’ vetturi;
Billi l-kondizzjonijiet tekniċi armonizzati applikabbli għall-partijiet u l-karatteristiċi individwali ta’ vettura għandhom jiġu speċifikati f’Direttivi separati;
Billi fuq livell Komunitarju, huwa neċessarju li tkun introdotta proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità għal kull tip ta’ vettura, sabiex tkun tista’ tiġi vverifikata l-konformità mal-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq, u sabiex kull Stat Membru jkun jista’ jirrikonoxxi l-kontrolli li jkunu saru mill-Istati Membri l-oħrajn;
Billi, dik il-proċedura għandha tippermetti lil kull Stat Membru li jaċċerta jekk tip ta’ vettura ikuns għadda mill-kontrolli stabiliti b’Direttiva separata u elenkati f’ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip; billi, dik il-proċedura għandha tippermetti lill-fabbrikant li jwettaq b’ċertifikat tal-konformità l-vetturi kollha li jkunu konformi ma’ tip approvat; billi, vettura li jkollha ċertifikat bħal dan, għandha tkun meqjusa mill-Istati Membri kollha bħala konformi mal-liġijiet tagħhom; billi kull Stat Membu għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip komplut għal kull tip ta’ vettura li tkun ġiet approvata;
Billi, bħala miżura transitorja, għandu jkun possibbli li tinħareġ l-approvazzjoni tat-tip skond il-kondizzjonijiet tal-Komunità kif u meta Direttivi separati relatati mal-partijiet u l-karatteristiċi varji ta’ vettura jidħlu fis-seħħ, waqt li l-kondizzjonijiet nazzjonali jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-partijiet u l-karatteristiċi li ma jkunux għadhom ġew koperti b’Direttivi bħal dawn;
Billi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 169 u 170 tat-Trattat, huwa rrakommandat, fi ħdan l-istruttura ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jkunu stabbiliti d-dispożizzjonijiet biex jgħinu ħalli jirrisolvu l-argumenti ta’ natura teknika li jirrigwardaw il-konformità ta’ mudelli ta’ produzzjoni mat-tip approvat;
Billi vettura tista’ tkun konformi ma’ tip approvat, imma b’danakollu jkollha ċerta karatteristiċi li huma ta’ periklu potenzjali għas-sigurtà fit-triq; billi huwa għaldaqstant rrakkomandat li tiġi preskritta proċedura xierqa biex tipprekludi perikoli bħal dawn;
Billi l-progress tekniku jirrikjedi aġġustament pront tal-kondizzjonijiet tekniċi speċifikati f’ Direttivi separati; billi, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan il-għan, għandha tkun stabbilita proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mqarrba bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Aġġustament tad-Direttivi għall-Progress Tekniku dwar it-Tneħħija ta’ Ostakoli għall-Kummerċ fis-Settur tal-Vetturi bil-Mutur;
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
Definizzjonijiet
Artikolu 1
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ‘vettura’ tfisser kull vettura bil-mutur intiża għall-użu fit-triq, bil, jew mingħajr il-bini tal-karozzerija, li għandha ta’ l-anqas erba’ roti u b’disinn ta’ veloċità massima li teċċedi l-25km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq binarji u ta’ tractors u makkinarju agrikolu.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) ‘approvazzjoni tat-tip nazzjonali’ tfisser il-proċedura amministrattiva magħrufa bħala:
- "agréation par type" u "aanneming" fil-liġi Belġjana;
- "allgemeine Betriebserlaubnis" fil-liġi Ġermaniża;
- "réception par type" fil-liġi Franċiża;
- "omologazione" jew "approvazione del tipo" fil-liġi Taljana;
- "agréation" fil-liġi tal-Lussemburgu;
- "typegoedkeuring" fil-liġi ta’ l-Olanda;
(b) "approvazzjoni tat-tip tal-KEE" tfisser il-proċedura li biha Stat Membru jiċċertifika li tip ta’ vettura jkun jissodisfa l-kondizzjonijiet tekniċi tad-Direttivi separati u l-kontrolli elenkati fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li l-mudell tiegħu huwa mogħti fl-Anness II.
KAPITOLU II
Approvazzjoni tat-tip tal-kee ta’ vettura
Artikolu 3
Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandha tkun ippreżentata mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lil Stat Membru. L-pplikazzjoni għandha jkollha magħha dokument ta’ informazzjoni, li l-mudell tiegħu huwa mogħti fl-Anness I, u d-dokumenti li hemm referenza dwarhom hemmhekk. L-ebda applikazzjoni li tirrigwarda kwalunkwe tip wieħed ta’ vettura ma tista’ tingħata lil aktar minn Stat Membru wieħed.
Artikolu 4
1. Stat Membru għandu japprova t-tipi kollha ta’ vetturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) it-tip ta’ vettura għandha tkun konformi mad-dettalji tad-dokument ta’ informazzjoni;
(b) it-tip ta’ vettura għandha tissodisfa l-kontrolli elenkati fil-mudell, li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(b), taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.
2. L-Istati Membri li jikkonċedu l-approvazzjoni tat-tip għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jivverifikaw, sa fejn dan ikun neċessarju u jekk ikun hemm bżonn b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli tal-produzzjoni jkunu konformi mal-prototip approvat. Verifika bħal din għandha tkun limitata għal ‘spot checks’.
Kull Stat Membru għandu jimla s-sezzjonijiet kollha taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal kull tip ta’ vettura li hu japprova.
Artikolu 5
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibagħtu fi żmien xahar, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn, kopja tad-dokument ta’ informazzjoni u taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni għal kull tip ta’ vettura li huma japprovaw jew jirrifjutaw li japprovaw.
2. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni għandu jimla ċertifikat tal-konformità, li l-mudell tiegħu huwa mogħti fl-Annes III, għal kull vettura li tiġi ffabrikata b’konformità mal-prototip approvat.
3. B’danakollu, l-Istati Membri jistgħu, għall-iskopijiet ta’ tassazzjoni ta’ vettura jew ta’ kompletar tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni tagħha, isaqsu għal dettalji li mhux imsemmija fl-Anness III, biex dawn jiġu mogħtija fuq iċ-ċertifikat tal-konformita. B’danakollu, dawn id-dettalji huma ddikjarati b’mod espliċitu fuq id-dokument ta’ informazzjoni jew jistgħu jittieħdu minnu b’kalkolu ħafif.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri li jkunu ħarġu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li jkunu nfurmati b’kull waqfien tal-produzzjoni u b’xi bidliet fid-dettalji li jidhru fid-dokument ta’ informazzjoni.
2. Jekk l-Istat Membru kkonċernat, jikkonsidra li bidla bħal din m’għandhiex bżonn ta’ emendi fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, jew kompletar ta’ ċertifikat ġdid ta’ l-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat għandhom jinfurmaw b’dan lill-manifattur u għandhom jibgħatu fi gruppi perjodiċi, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn, kopji ta’ l-emendi tad-dokumenti ta’ l-informazzjoni li jkunu diġa ġew imqassma,
3. Jekk l-Istat ikkonċernat isib, li emenda li tkun saret lid-dokument ta’ informazzjoni tiġġustifika li jsir kontroll mill-ġdid jew verifiki ġodda, u li huwa għaldaqstant neċessarju li jiġi emendat iċ-ċertifikat eżistenti ta’ l-approvazzjoni tat-tip jew li jsir ċertifikat ġdid ta’ l-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jinfurmaw b’dan lill-manifattur u għandhom, fi żmien xahar li jiġu kompletati dawn id-dokumenti ġodda, jibagħtuhom lill-awtoritaijet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn.
4. Meta ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip jiġi emendat jew mibdul, jew ma jkunx aktar validu għaliex it-tip li jkun jikkorrispondi għalih ikun tneħħa mill-produzzjoni, l-awtroritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li jkunu ħarġu dak iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, għandhom, fi żmien xahar, jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn in-numri tas-serje ta’ l-aħħar vettura maħruġa li tkun konformi maċ-ċertifikat l-antik, u fejn japplika, in-numru tas-serje ta’ l-ewwel vettura maħruġa li tkun konformi maċ-ċertifkat il-ġdid jew li jkun ġie emendat.
Artikolu 7
1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, il-id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura ġdida fuq raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni jew il-funzjonament tagħha, jekk din ikollha ċ-ċertifikat tal-konformità.
2. B’danakollu, dan iċ-ċertifikat m’għandux jipprojbixxi li Stat Membru milli jieħu miżuri tali fir-rigward ta’ vetturi li ma jkunux konformi mal-prototip approvat.
Ikun hemm nuqqas ta’ konformità mal-prototip approvat, jekk jinstab li jeżistu devjazzjonijiet mid-dettalji fid-dokument ta’ informazzjoni u jekk dawn id-devjazzjonijiet ma jkunux ġew approvati permezz ta’ l-Artikolu 6(2) jew (3) mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip. Vettura m’għandhiex tiġi kkunsidrata li qed tiddevja mit-tip approvat peress li Direttivi separati jippermettu xi tolleranzi u jekk dawn it-tolleranzi jkunu rrispettati.
Artikolu 8
1. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jiskopri li numru ta’ vetturi li jkollhom l-istess ċertifikat ta’ konformità ma jkunux konformi mat-tip li hu jkun approva, għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li l-mudelli tal-produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lill-dawk tal-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri meħuda, li jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, jestendu sa l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.
L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu miżuri simili jekk ikunu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, għandhom jinformaw wieħed lill-ieħor fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, u bir-raġunijiet ta’ miżura bħal din.
3. Jekk Stat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jidħol f’argument dwar in-nuqqas tal-konformità li jkun ġie nnotifikat lilu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sforz biex jintlaħaq ftehim.
IL-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata u għandha, jekk ikun hemm bżonn, tagħmel konsultazzjonijiet xierqa bil-għan li jintlaħaq ftehim.
Artikolu 9
Jekk Stat Membru jiskopri li vetturi ta’ tip partikolari huma ta’ periklu għas-sigurtà fit-triq, għalkemm dawn ikollhom iċ-ċertifikat tal-konformita maħruġ kif suppost, allura, dak l-Istat jista’ jirrifjuta li jirreġistra vetturi simili jew jiprojbixxi l-bejgħ tagħhom, id-dħul fis-servizz u l-użu tagħhom fit-territorju tiegħu għal perjodu massimu ta’ sitt xhur. Għandu minnufih jinforma b’dan lill-Istat Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, fejn jistqarr ir-raġunijiet li fuqhom hi bbażata d-deċiżjoni tiegħu.
KAPITOLU III
Disposizzjonijiet transizzjonali
Artikolu 10
1. Ladarba din id-Direttiva titpoġġa fis-seħħ, u bħala d-Direttivi separati neċessarji għall-ħruġ ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE issir applikabbli:
- l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq il-kondizzjonijiet tekniċi armonizzati minflok fuq il-kondizzjonijiet nazzjonali korrispondenti, jekk dan jiġi mitlub mill-applikant;
- meta l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu japplika u meta dan jippreżenta d-dokument ta’ informazzjoni li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu jimla s-sezzjonijiet taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(b). Għandha tinħareġ kopja ta’ dan iċ-ċertifikat għall-applikant. Stati Membri oħrajn li ssirilhom applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għall-istess tip ta’ vettura għandhom jaċċettaw din il-kopja bħala prova li jkunu sar l-kontrolli neċessarji.
2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu rrevokati ladarba l-kondizzjonijiet neċessarji kollha għall-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ikunu applikabbli.
KAPITOLU IV
Disposizzjonijiet ġenerali u finali
Artikolu 11
Kull bidliet neċessarji sabiex jiġu adottati:
- l-Annessi I, II u III ta’ din id-Direttiva, jew
- id-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttivi separati li hemm referenza dwarhom fl-Annes II u li huma speċifikati f’kull waħda minn dawn id-Direttivi,
sabiex jiġi kkonsidrat il-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 13.
Artikolu 12
1. Il-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi fuq it-Tneħħija ta’ Ostakoli Tekniċi għal-Kummerċ fis-Settur ta’ Vetturi bil-Mutur (minn hawn il-quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") huwa hawnhekk stabilit; dan għandu jikkonsisti fir-rappreżentanti tal-Istati Membri bir-rappreżentant tal-Kummissjoni bħala l-President.
2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu.
Artikolu 13
1. Biex tiġi mħarsa l-proċedura stabilita f’dan l-Artikolu, il-kwistjonijiet għandhom jiġu referuti lill-Kummissjoni mill-President, jew bl-inizzjattiva tiegħu stess, jew b’tabla ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru.
2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien limitat stipulat mill-President skond l-urġenza tal-każ. L-opinjonijiet għandhom jiġu adottati minn maġġoranza ta’ tnax il-vot, il-voti tal-Istati Membri jintiżnu skond kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President ma jkollux vot.
3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ntiżi jekk dawn ikunu konformi mal-opinjoni tal- Kumitat.
(b) Jekk il-miżuri ntiżi ma jkunux konformi mal-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħatax opinjoni, l-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis, tissottometti lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
(ċ) Jekk, fi żmien tliet xhur li tiġi mogħtija l-proposta l-Kunsill ikun għadu ma ħax azzjoni, l-miżuri proposti mill-Kummissjoni għandhom jiġu adottati.
Artikolu 14
Id-deċiżjonijiet kollha meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li tirrifjuta jew tirtira l-approvazzjoni tat-tip, jew tirrifjuta r-reġistrazzjoni jew tiprojbixxi l-bejgħ jew l-użu, għandha tiddikjara fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjoni bħal din, għandha tiġi nnotifikata lill-parti ikkonċernata, li għandha fl-istess ħin tkun infurmat bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, u fuq il-limiti ta’ żmien permissibli għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.
Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-kondizzjonijiet meħtieġa biex dawn ikunu konformi ma’ din id-Direttiva, fi żmien tmintax-il xahar tan-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.
2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-testi tal-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.
Artikolu 16
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Frar 1970.
Għall-Kunsill
Il-President
P. Harmel
[1] ĠU Ċ 160, 18.12.1969, p.7.
[2] ĠU Ċ 48, 16.4.1969, p.14
--------------------------------------------------
ANNESS I
MUDELL TAD-DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI (a)
0. ĠENERALI
0.1. Marka (l-isem tal-impriża)
0.2. It-tip u d-deskrizzjoni kummerċjali (semmi kull varjant)
0.3. Xorta
0.4. Kategorija tal-vettura (b)
0.5. L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant
0.6. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant (jekk ikun hemm)
0.7. Il-pożizzjoni tal-pjanċi u l-iskrizzjonijiet statutorji u l-mod tat-twaħħil
0.7.1 fuq ix-chassis
0.7.2. fuq il-karozzerija
0.7.3. fuq il-magna
0.8. In-numri tas-serje tax-chassis ta’ dan it-tip li jibdew bin-Numru…
1. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
(Ehmeż tlett ritratti miġbuda mill-ġemb min-naħa ta’ quddiem u tliet ritratti miġbuda mill-ġemb min-naħa ta’ wara)
(Ehmeż disinn dimensjonali tal-vettura kollha)
1.1. Numru ta’ fusien u ta’ roti (jekk huwa applikabbli, in-numru ta’ ċineg jew ktajjen)
1.1.1. numru ta’ fusien b’roti doppji (jekk applikabbli)
1.2. Roti mdawwra mill-magna (numru, pożizzjoni, konnessjoni ma’ fusien oħrajn)
1.3. Ix-chassis (jekk hemm) (disinn ġenerali)
1.4. Materjal użat għall-pilastri tal-ġnub (ċ)
1.5. Il-pożizzjoni u l-arranġament tal-magna
1.6. Il-kabina tal-sewqan (‘il quddiem, parzjalment il-quddiem jew normali)
2. PIŻIJIET U DIMENSJONIJIET (d) (f’mm u kg)
2.1. Il-bażi tar-rota (i) (mgħobbija kollha) (e)
2.1.1. Fil-każ ta’ nofs karrijiet: id-distanza ta’ bejn l-asi tal-‘king pin’ tal-ġames rota u l- fus ta’ quddiemnett fuq in-naħa ta’ wara
2.2. Fil-każ ta’ unitajiet trattivi:
2.2.1. il-ġibda tal-ħames rota (massimu u minimu) (f)
2.2.2. L-għoli massimu tal-ħames rota (standardizzata) (g)
2.2.3. Id-distanza bejn in-naħa ta’ wara tal-kabina u tal-fus ta’ wara:
2.2.3.1. Id-distanza bejn in-naħa ta’ wara tal-kabina u l-fus ta’ wara (fil-każ ta’ chassis bil-kabina)
2.2.3.2. Id-distanza bejn in-naħa ta’ wara tar-rota ta’ l-isteering u l-fus(ien) ta’ wara (fil-każ ta’ chassis mikxuf)
2.3. It-wisa’ ta’ kull fus (h)
2.4. Id-dimensjonijiet massimi tal-vettura (b’mod ġenerali) (i)
+++++ TIFF +++++
2.5. Il-piż tax-chassis mikxuf (mingħajr il-kabina, il-likwidu li jkessaħ, iż-żjut, il-karburanti, ir-rota ta’ l-emerġenza, l-għodda u s-sewwieq)
2.5.1 Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien.
2.6. Il-piż tal-vettura bil-karozzerija fi stat tajjeb ta’ tħaddim, jew il-piż tax-chassis bil-kabina jekk il-fabbrikant ma jimmuntax il-karozzerija (li jinkludi l-likwidu li jkessaħ, iż-żjut, il-karburanti, l-għodod, ir-rota ta’ l-emerġenza u s-sewwieq) (p)
2.6.1. Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien (id-distribuzzjoni bejn il-fusien u t-tagħbija fuq il-‘king pin’ tal-ħames rota fil-każ ta’ nofs karru).
2.7. Il-piż massimu teknikament permissibbli ddikjarat mill-fabbrikant
2.7.1. Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien (id-distribuzzjoni bejn il-fusien u t-tagħbija fuq il-‘king pin’ tal-ħames rota fil-każ ta’ nofs karru)
2.8. Il-piż massimu teknikament permissibbli ddikjarat mill-fabbrikant (id-distribuzzjoni bejn il-fusien u t-tagħbija fuq il-‘king pin’ tal-ħames rota fil-każ ta’ nofs karru)
2.9. Jekk il-vettura hija wżata bħala vettura għall-ġbid, il-piż massimu teknikament permissibbli mgħobbi taż-żewġ vetturi magħquda ddikjarat mill-fabbrikant (u jekk applikabbli, il-piż massimu teknikament permissibbli tal-karru)
2.10. Il-piż massimu vertikali fil-punt ta’ l-igganċjar (ganċ jew sistema speċjali tal-igganċjar bi tliet punti)
2.11. ‘Swept path’
2.12. Ir-relazzjoni tal-forza tal-magna/mal-piż massimu (f’ hp/kg) u l-abbiltà li jistartja fuq għolja
3. MAGNA (q)
3.1. Fabbrika
3.2. Magna ta’ kombustjoni
3.2.1 Isem
3.2.2. Tip (‘positive-ignition’, diesel, eċċ), ċiklu
3.2.3. In-numru u l-arranġement taċ-ċilindri
3.2.4. Il-bore, it-tefgħa tal-pistun u l-volum taċ-ċilindri
3.2.5. Il-forza massima f’…rpm (speċifika l-istandard użat)
3.2.6. It-‘torque’ massimu f’…rpm, (l-istess standard ta’ 3.2.5)
3.2.7. Karburanti normali
3.2.8. It-tankijiet tal-karburanti (volum u pożizzjoni)
3.2.9. It-tankijiet ta’ riserva tal-karburanti (volum u pożizzjoni)
3.2.10. Is-sistema tal-provvista tal-karburanti (tip)_
3.2.11. Supercharger (jekk dan huwa mwaħħal) (it-tip, il-kontroll u l-pressjoni tas-Supercharger)
3.2.12. Regolatur (jekk dan huwa mwaħħal) (il-prinċipji ta’ kif jaħdem)
3.2.13. Is-sistema elettrika (vultaġġ, earth pożittiv jew negattiv)
3.2.14. Ġeneratur (tip u l-potenza nominali)
3.2.15. ‘Ignition’ (tip ta’ tagħmir, tip ta’ ‘advance setting’)
3.2.16. Interferenza mrażżna (deskrizzjoni)
3.2.17. Sistema ta’ tkessiħ (arja, ilma)
3.2.18. Livell tal-ħoss
3.2.19. Sistema tal-exhaust (disinn)
3.2.20. Miżuri meħuda kontra t-tniġġis ta’ l-arja
3.3. Mutur elettriku
3.3.1 Tip (serje, stralċ)
3.3.2. Produzzjoni massima fis-siegħa u l-vultaġġ imħaddem
3.3.3. Il-batterija (numru ta’ ċelluli, piż, volum f’’amp-hours’ u l-pożizzjoni)
3.4. Magni jew muturi apparti minn dawk li huma elettriċi jew ta’ kombustjoni (dettalji dwar il-partijiet tal-magni jew tal-muturi ta’ dan it-tip)
4. TRASMISSJONI (r) (Disinn tat-trasmissjoni u grafika)
4.1. Tip (mekkaniku, idrawliku, elettriku, eċċ.)
4.2. Clutch (tip)
4.2.1 Piż tal-clutch
4.3. Il-gearbox (tip, ingaġġ dirett, metodu ta’ kontroll)
4.3.1 Piż tal-kaxxa tal-gearbox
4.4. Trasmissjoni mill-magna għall-gearbox, fus(ien) ta’wara, gerijiet ta’ trasferiment jew gerijiet intermedji, jekk dawn ikunu mwaħħla.
4.5. Proporzjon tal-gear, bi jew mingħajr kaxxa/i ta’ trasferiment
+++++ TIFF +++++
4.6. Il-veloċità li tilħaq vettura b’veloċità ta’ magna ta’ 1000rpm b’tyres normali (6.1) (iċ-ċirkonferenza tat-tyres meta dawn jitwaħħlu hi ta’…metri) (s)
+++++ TIFF +++++
4.7. Veloċità massima fl-ogħla gear (f’km/fis-siegħa) (s)
4.8. Pressjoni (u t-trasmissjoni tas-saħħa tal-brejkijiet)
4.9. ‘Speedometer’
4.10. Reġistru tal-veloċità (jekk dan hu mwaħħal) (il-marka u t-tip)
4.11. serratura divrenzjali (jekk din hi mwaħħla)
5. FUS
(Ehmeż disinn dimensjonali ta’ kull fus, flimkien ma’ prospett tal-materjali użati u (b’mod mhux obbligatorju) tal-manifattura u t-tip)
6. SUSPENSION (disinn ġenerali ta’ l-arranġamenti tas-suspension)
6.1. It-tyres imwaħħla b’mod normali (dimensjonjiet u karatteristiċi)
6.2. Tip u disinn tas-suspension ta’ kull fus jew rota
6.3. Il-karatteristiċi tal-partijiet bil-molol tas-suspension (disinn, il-karatteristiċi tal-materjali u d-dimensjonijiet)
6.4. Stabilizzaturi (t)
6.5. ‘Shock absorbers’ (t)
7. STEERING (disinn)
7.1. It-tip ta’ mekkaniżu u t-tagħqid mar-roti, il-metodu ta’ l-assistenza jekk ikun hemm wieħed (metodu u diagramma ta’ kif jaħdem u t-tip, jekk ikun hemm) u l-isforz tal-isteering fuq ir-rota tal-isteering
7.2. L-angolu massimu ta’ dawrien tar-roti:
7.2.1. lejn il-lemin… (gradi): numru ta’ dawrien tar-rota tal-isteering…
7.2.2. lejn ix-xellug… (gradi): numru ta’ dawrien tar-rota tal-isteering…
7.3. Ċirku minimu ta’ dawrien (u):
7.3.1. lejn il-lemin
7.3.2. lejn ix-xellug
8. BREJKIJIET (disinn ġenerali u disinn ta’ kif jaħdmu) (v)
8.1. Apparat tas-servizz tal-brejkijiet
8.2. Apparat ta’ waqfien sekondarju
8.3. Apparat ta’ waqfien għall-ipparkjar
8.4. Apparat addizzjonali ta’ waqfien, jekk imwaħħal (li jinkludi r-ritardatur)
8.5. Apparat ta’ waqfien awtomatiku li jaħdem fil-każ li jkun hemm ksur fl-igganċjar (fil-każ ta’ karru jew nofs karru)
8.6. Kalkolu tas-sistema tal-brejkijiet determinazzjoni tar-relattività bejn il-forza totali tal-brejkijiet fiċ-ċirkonferenza tar-roti u l-forza applikata fil-kontroll tal-brejkijiet
8.7. Sorsi esterni ta’ enerġija, jekk ikun hemm (karatteristiċi, l-volum tad-depożiti ta’ enerġija, pressjoni massima u minima, apparat li jkejjel il-pressjoni u apparat li juri nuqqas eċċessiv tal-pressjoni fuq id-dashboard, depożiti tal-vakwu u l-provvista tal-valvola, kompressuri tal-forniment, konformità mad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir tal-pressjoni)
8.8. Vetturi ddisinnjati biex jiġbdu karru
8.8.1. apparat ta’ waqfien tal-karru
8.8.2. konnessjonijiet tal-igganċjar, strumenti ta’ sigurtà
9. IL-KAROZZERIJA (disinn ġenarali li jagħti d-dimensjonijiet interni u esterni)
9.1. Tip ta’ karozzerija
9.2. Materjali użati u metodi tal-kostruzzjoni
9.3. Bibien (numru, daqsijiet, direzzjoni tal-ftuħ, lukketti u ċappetti)
9.4. Il-qasam tal-veduta
9.5. ‘Windscreen’ u twieqi oħrajn (numru, pożizzjoni, materjali użati)
9.5.1. Angolu ta’ l-inklinazzjoni tal-ħġieġa tal-‘windscreen’
9.6. ‘Windscreen’
9.7. Il-ħasil tal-‘windscreen’
9.8. Biex jitneħħa s-silġ
9.9. Il-mirja ta’ viżjoni anterjuri
9.10. Appart intern
9.10.1. Protezzjoni interna ta’ l-okkupanti
9.10.2. L-arranġament u l-identifikazzjoni tal-kontrolli
9.10.3. Sedili (numru, pożizzjoni, karatteristiċi)
9.11. Appart estern
9.12. Ċintorini tas-sigurezza u sistemi oħra ta’ ritenzjoni (numru u pożizzjoni)
9.13. L-ankoraġġ taċ-ċintorini tas-sigurezza (numru u pożizzjoni)
9.14. L-ispazju fejn jitwaħħlu l-pjanċi tar-reġistrazzjoni
9.15. Appart li jipproteġu n-naħa ta’ wara
10. APPARAT LI JIXEGĦLU U LI JAGĦMLU SINJAL BID-DAWL
(disinnijiet tal-vettura minn barra li jagħtu d-dimensjonijiet u l-pożizzjoni tas-superfiċi li jixgħelu ta’ l-apparati kollha; il-kulur tad-dawl)
10.1. Apparti obbligatorji
10.1.1. Dwal sekondarji
10.1.2. Dwal tas-sewqan
10.1.3. Dwal ta’ quddiem
10.1.4. Indikaturi tad-direzzjoni
10.1.5. Dwal ta’ wara
10.1.6. Dwal li juru li l-vettura tkun ser tieqaf
10.1.7. Dwal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara
10.1.8. Rifletturi ħomor ta’ wara
10.1.9. Rifletturi ta’ quddiem tal-karrijiet
10.2. Apparat mhux obbligatorju:
10.2.1. Dwal taċ-ċpar
10.2.2. Dwal tal-ipparkjar
10.2.3. Dwal tal-irriversjar
10.2.4. Dwal ta’ quddiem tal-karrijiet
10.2.5. Rifletturi ambra tal-ġenb
10.3. Apparat addizzjonali għal vetturi speċjali
11. KONNESSJONIJIET BEJN VETTURI LI JIĠBDU U L-KARRIJIET JEW NOFS KARRIJIET
12. MIXXELLANJI
12.1. Apparati ta’ twissija li jinstemgħu
12.1.1. Normali
12.1.2. Speċjali
12.2. Dispożizzjonijiet speċjali għall-vetturi tat-transport pubbliku
12.3. Dispożizzjonijiet speċjali għat-taxis
12.4. Dispożizzjonijiet speċjali għall-vetturi li jġorru l-merkanzija
12.5. Apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ vetturi
12.6. Ganċ ta’ l-irmonkjar
12.7. Is-sieq tal-karru
12.8. Apparat li jwissi kontra xi periklu
NOTI
Għal kull dħul li għalih għandha tkun mhemuża dijagramma jew ritratt, agħti n-numri tad-dokumenti korrispondenti mhemuża.
(a) Jekk parti jkollha l-approvazzjoni tat-tip, dik il-parti m’għandhiex bżonn tiġi deskritta jekk ikun hemm referenza għal din l-approvazzjoni. B’mod simili, parti ma jkunx hemm bżonn li tiġi deskritta jekk il-kostruzzjoni tagħha tidher b’mod ċar fid-diagrammi jew id-disinji mhemuża.
(b) Ikklassifikati skond il-kategoriji internazzjonai li ġejjin:
1. Kategorija M: Vetturi bil-mutur li għandhom ta’ l-anqas erba’ roti, jew li għandhom tliet roti meta l-piż massimu jeċċedi it-tunnellata metrika u wżati għat-trasport ta’ passiġġieri.
- Kategorija M1: Vetturi wżati għat-trasport ta’ passiġġieri u li ma fihomx aktar minn tmien sedili apparti mis-sedil tas-sewwieq.
- Kategorija M2 Vetturi wżati għat-trasport ta’ passiġġieri, li fihom aktar minn tmien sedili apparti mis-sedil tas-sewwieq, u li għandhom piż massimu li ma jeċċedix il-ħameż tunnellati metriċi.
- Kategorija M3: Vetturi wżati għat-trasport ta’ passiġġieri, li fihom aktar minn tmien sedili apparti mis-sedil tas-sewwieq, u li għandhom piż massimu li jeċċedi l-ħameż tunnellati metriċi.
2. Kategorija N: Vetturi bil-mutur li għandhom ta’ l-anqas erba’ roti, jew li għandhom tliet roti meta il-piż massimu jeċċedi t-tunnellata metrika u wżati għat-trasport ta’ passiġġieri.
- Kategorija N1: Vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom piż massimu li ma jeċċedix it-3.75 tunnellati metriċi.
- Kategorija N2: Vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom piż massimu li jeċċedi t-3.75 tunnellati metriċi imma li ma jeċċedix it-12-il tunnellata metrika.
- Kategorija N3: Vetturi wżati għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom piż massimu li jeċċedi t-12-il tunnellata metrika.
3. Kategorija O: Karrijiet (inklużi nofs-karrijiet)
- Kategorija O1: Karrijiet li għandhom piż massimu li ma jeċċedix 0775 tunnellata metrika.
- Kategorija O2: Karrijiet li għandhom piż massimu li jeċċedi 0775 tunnellata metrika imma li ma jeċċedix it-3.75 tunnellati metriċi.
- Kategorija O3: Karrijiet li għandhom piż massimu li jeċċedi it-3 75 tunnellata metrika imma li ma jeċċedix l-10 tunnellati metriċi.
- Kategorija O4: Karrijiet li għandhom piż massimu li ma jeċċedix l-10 tunnellati metriċi.
(ċ) Jekk possibli, l-isem Euronorm, jekk japplika, agħti:
- deskrizzjoni tal-materjal,
- il-punt ta’ meta jċedi
- l-istress ta’ l-estensjoni fundamentali,
- titwil (bħala %),
- l-egħbusija tal- ‘Brinell’
(d) jekk ikun hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u ta’ dimensjonijiet iridu jiġu mogħtija.
(e) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586 [1], termini Numru 2.
(f) Abbozz ta’ Rakkomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 33.
(g) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 35.
(h) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 1.
(i) jekk il-vettura ppreżentata għall-approvazzjoni tat-tip ma’ jkollix karozzerija, id-dimensjonijiet massimi u minimi mogħtija mill-fabbrikant għandhom jiġu mniżżla fit-tieni kolonna u t-tielet kolonna għandha titħalla vojta.
(j) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 9.
(k) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 12.
(l) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 13.
(m) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 18.
(n) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 19.
(o) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 7.
(p) Il-piż tas-sewwieq għandu jkun ikkalkolat għal 75kg.
(q) Jekk il-magna ma jkollhiex pistuni bil-moviment alternat, trid tingħata deskrizzjoni ġenerali.
(r) Id-dettalji speċifikati għandhom jiġu mogħtija għal kull varjant propost.
(s) Tolleranza ta’ 5 % hija permissibbli.
(t) Għid biss jekk hux imwaħħal.
(u) Abbozz ta’ Rakomandazzjoni tal-ISO 586, termini Numru 27.
(v) Id-dettalji li ġejjin iridu jingħataw għal kull sistema ta’ brejkijiet:
- it-tip u l-karatteristiċi tal-brejkijiet (disinn bid-daqsijiet) (id-‘drums’ jew ‘discs’, roti li fuqhom hemm il-brejkijiet, konnessjoni mar-roti li fuqhom hemm il-brejkijiet, superfiċi ta’ frizzjoni, il-kwalitajiet tagħhom u l-postijiet fejn huma effettivi, ir-raġġ tad-’drums’, tax-‘shoes’ jew id-‘discs’, il-piż tad-’drum’, l-apparat ta’ l-aġġustament).
- trasmissjoni u kontroll (disinn) (kostruzzjoni, aġġustament, il-proporzjonijiet tal-livell, l-aċċessibilità tal-kontroll u l-pożizzjoni tiegħu, il-kontrolli tar-roti bil-krikk fil-każ ta’ trasmissjoni mekkanika, karatteristiċi tal-partijiet prinċipali ta’ konnessjoni, iċ-ċilindri u l-pistuni ta’ kontroll, iċ-ċilindri tal-brejkijiet).
[1] Doc ISO/TC 22 (Segretarjat 133) 328 –Jannar 1963.
--------------------------------------------------
ANNESS II
ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE
A. ĠENERALI
Ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip maħruġa skond l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għandhom jimtlew kif ġej:
1. Imla s-sezzjonijiet rilevanti taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, mogħti taħt B ta’ dan l-Anness, fuq il-bażi tad-dettalji fid-dokument ta’ informazzjoni wara li dawn id-dettalji jiġu vverifikati.
2. Daħħal l-abbrevjazzjoni(jiet) stampati ħdejn kull element tal-mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip wara li jkunu saru l-kontrolli u l-verifiki rilevanti:
"CONF" ikkontrolla li l-parti rilevanti jew il-karatteristiċi li jkunu konformi mad-dettalji fid-dokument ta’ informazzjoni;
"SD" ikkontrolla li l-parti jew il-karatteristiċi kkonċernati jkunu konformi mal-kondizzjonijiet armonizzati adottati fl-implimentazzjoni tad-Direttiva separata rilevanti;
"R" il-kompilazzjoni tar-rapport tat-test li għandu jiġi mhemuż maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip;
"S" ikkontrolla li d-disinn u/jew id-dijagramma ġie mhemuż.
B. MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL VETTURA BIL-MUTUR
0.ĠENERALI
0.1.Fabbrika (isem ta’ l-impriża) |
0.2.Deskrizzjoni tat-tip kummerċjali (semmi kull varjanti) |
0.3.Tip |
0.4.Kategorija ta’ vettura |
0.5.L-isem u l-inidirizz tal-fabbrikant |
0.6.L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant (jekk ikun hemm) |
0.7.Il-post tal-pjanċi u l-skrizzjonijiet statutorji u l-mod tat-twaħħil: | SD |
0.7.1.fuq ix-chassis0.7.2.fuq il-karozzerija0.7.3.fuq il-magna |
0.8.In-numri tas-serje ta’ chassis ta’ dan it-tip jibdew minn Numru… |
1.KARATTERISTIĊI ĠENERALI TA TA’ KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
1.1.Chassis (jekk ikun hemm) | CONF |
2.PIŻIJIET U QISIEN (f’mm u kg)
2.1Fil-każ ta’ unitajiet li jġorru |
2.1.1.Iċ-ċomba tal-ħames (massimu u minimu) | CONF |
2.2.Il-qisien massimi tal-vettura (b’mod ġenerali) | SD |
+++++ TIFF +++++
|
2.3.Il-piż massimu mgħobbi li huwa teknikament permissibbli tal-vettura | CONF |
2.3.1.Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien (id-distribuzzjoni bejn il-fusien u l-piż fuq il-’king pin’ tal-ħames rota fil-każ ta’ nofs karru) | CONF |
2.4.Il-piż massimu mgħobbi permissibbli: | SD |
2.4.1.Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien (id-distribuzzjoni bejn il-fusien u t-tagħbija fuq il-‘king pin’ tal-ħames rota fil-każ ta’ nofs karru) | SD |
2.5.Il-piż massimu teknikament permissibbli fuq kull fus (id-distribuzzjoni bejn il-fusien u t-tagħbija fuq il-‘king pin’ tal-ħames rota fil-każ ta’ nofs karru) | CONF |
2.6Il-piż massimu permissibbli fuq kull fus (u l-piż fuq il-‘king pin’ tal-ħames rota fil-każ ta’ nofs-karru) | CONF |
2.7Jekk il-vettura hija wżata bħala vettura li tiġbed, il-piż massimu teknikament permissibbli ta’ l-għaqda (u, fejn ikun applikabbli, il-piż massimu teknikament permissibbli tal-karru) | CONF |
2.8Jekk il-vettura hija wżata bħala vettura li tiġbed, il-piż massimu permissibbli ta’ l-għaqda (u, fejn ikun applikabbli, il-piż massimu tal-karru) | SD |
2.9"Swept path" | SD |
2.10Il-proporzjon tal-qawwa tal-magna mal-piż massimu (f’hp/kg) u l-abbiltà li tistartja f’għolja | SD |
3.MAGNA
3.1.Fabbrikant |
3.2.Magna ta’ kombustjoni:
3.2.1.Qawwa massima f’… Rpm (speċifika liema standard huwa wżat) | CONF |
3.2.2.Tankijiet tal-karburanti | SD |
3.2.3.Tankijiet tar-riserva tal-karburanti | SD |
3.2.4.Sistema elettrika | CONF |
3.2.5.‘Suppressor’ ta’ interferenza | SD R |
3.2.6.Livell ta’ ħsejjes | SD R |
3.2.7.Silencers | SD R D |
3.2.8.Tniġġis ta’ l-arja:
3.2.8.1.Vetturi mgħammra b’magni tal-petrol | SD R |
3.2.8.2.Vetturi mgħammra b’magni tad-diesel | SD R |
4.TRASMISSJONI
4.1.Veloċità massima tal-vettura fuq l-ogħla gear (f’km/siegħa) | CONF |
4.2.‘Speedometer’ | SD |
4.3.Ir-Rivers | SD |
5.FUSIEN | CONF |
6.SUSPENSION
6.1.Tyres imwaħħla b’mod normali | SD |
6.2.Karatteristiċi tal-partijiet li fihom il-molol tas-suspension | SD |
7.STERING
7.1.It-tip ta’ mekkaniżmu u l-konnessjoni | SD |
7.2.Il-metodu ta’ l-assistenza u l-isforz tal-isteering fuq ir-rota tal-isteering | SD |
7.3.Id-dijametru taċ-ċirku minimu mdawwar | CONF |
7.3.1.lejn il-lemin7.3.2.lejn ix-xellug |
8.BREJKIJIET
8.1.Sistema tas-sistema tat-twaqqif tal-brejkijiet | SD |
8.2.Sistema ta’ brejkijiet sekondarja | SD |
8.3.Sistema ta’ brejkijiet għall-ipparkjar | SD |
8.4.Sistema addizzjonali ta’ brejkijiet, jekk din tkun imwaħħla (li tinkludi ritardatur) | SD |
8.5.Sistema ta’ brejkijiet awtomatika li tiffunzjona fil-każ tal-ksur tal-kavilja (fil-każ ta’ karru jew nofs-karru) | SD |
8.6.Fil-każta’ vetturi ddisinnjati biex jiġbdu karru: |
8.6.1.Sistema ta’ brejkijiet tal-karru | SD |
8.7.Kull sorsa esterna ta’ enerġija | SD |
8.8.Kondizzjonijiet tat-test | R |
8.9.Riżultati tal-verifika | R |
9.IL-BINI TAL-KAROZZERIJA
9.1.Bibien (numru, qisien, direzzjoni tal-ftuħ, lukketti u ċappetti) | SD |
9.2.Kamp viżiv | SD |
9.3.Il-‘windscreen’ u twieqi oħra | SD |
9.3.1.Angolu ta’ l-inklinazzjoni tal-‘windscreen’ |
9.4.‘Wiper’ tal-‘windscreen’ | SD |
9.5.Il-ħasil tal-‘windscreen’ | SD |
9.6.L-apparat li jneħħI s-silġ | SD |
9.7.Il-mirja ta’ viżjoni anterjuri | SD |
9.8.Tagħmir intern | SD |
9.8.1.Protezzjoni interna ta’ l-okkupanti9.8.2.L-arranġament u l-identifikazzjoni tal-kontrolli9.8.3.Sedili (numru, pożizzjoni, karatteristiċi) |
9.9.Tagħmir estern | SD |
9.10.Ċinturini tas-sigurezza u sistemi oħra ta’ ritenzjoni | SD |
9.11.L-ankoraġġ taċ-ċintorini ta’ sigurezza (numru u pożizzjoni) | SD |
9.12.L-ispazju fejn jitwaħħlu l-pjanċi tar-reġistrazzjoni | SD |
9.13.Sistemi protettivi tan-naħa ta’ wara | SD |
10.APPARTI LI JIXGĦELU U LI JAGĦMLU SINJALI BID-DAWL
10.1Sistemi obbligatorji
10.1.1.Dwal sekondarju | SD |
10.1.2.Dwal tas-sewqan | SD |
10.1.3.Dwal ta’ quddiem | SD |
10.1.4.Indikatur tad-direzzjoni | SD |
10.1.5.Dwal ta’ wara | SD |
10.1.6.Dwal li juru li l-vettura tkun ser tieqaf | SD |
10.1.7.Dwal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara | SD |
10.1.8.Rifletturi ħomor ta’ wara | SD |
10.1.9.Rifletturi ta’ quddiem tal-karrijiet | SD |
10.2.Sistemi mhux obbligatorji
10.2.1.Dwal taċ-ċpar | SD |
10.2.2.Dwal ta’ l-ipparkjar | SD |
10.2.3.Dwal tar-rivers | SD |
10.2.4.Dwal ta’ quddiem tal-karrijiet | SD |
10.2.5.Rifletturi sofor tal-ġenb | SD |
11.KONNESSJONIJIET BEJN VETTURI LI JIĠBDU U L-KARRIJIET JEW NOFS-KARRIJIET | SD |
12.DIVERSI
12.1.Apparat ta’ twissija li tinstema’ | SD |
12.2.Dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi tat-trasport pubbliku | SD |
12.3.Dispożizzjonijiet speċjali għat-taxis | SD |
12.4.Dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi li jġorru l-merkanzija | SD |
12.5.Apparati li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ vetturi | SD |
12.6.Ganċ tal-irmonkjar | SD |
12.7.Sieq tal-karru | SD |
12.8.Apparat li jwissi kontra xi periklu | SD |
12.9.Rikorder tal-veloċità (jekk dan ikun imwaħħal) | SD |
+++++ TIFF +++++
--------------------------------------------------
ANNESS III
MUDELL
ĊERTIFIKAT TAL-KONFORMITÀ
+++++ TIFF +++++
--------------------------------------------------
| Fuq |