EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009X0612(01)
Agreement between the European Community and the Kingdom of Denmark on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
OJ L 149, 12.6.2009, p. 80–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/80 |
Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim tad-19 ta’ Ottubru 2005 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Ftehim’), konkluż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/325/KE (2), kulfejn jiġu adottati emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fil-qasam ċivili u kummerċjali (3), id-Danimarka għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk timplimentax jew le l-kontenut ta’ dawn l-emendi.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (4) dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ġie adottat fit-18 ta’ Diċembru 2008. L-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 jistipula li, skont id-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni fl-Artikolu 75(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 44/2001 billi jieħu post id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament applikabbli għal kwistjonijiet li jirrigwardaw l-obbligi tal-manteniment.
F’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Jannar 2009, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 safejn dan ir-Regolament jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment se jiġu applikati għar-relazzjonijiet bejn il-Komunità u d-Danimarka bl-eċċezzjoni tal-Kapitoli III u VII. Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2 u l-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 4/2009, madankollu, huma applikabbli biss safejn jirrigwardaw il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent, l-infurzabilità u l-infurzar tas-sentenzi, u l-aċċess għall-ġustizzja.
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika tad-Danimarka toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim safejn jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001 u huwa meqjus bħala anness għalih.
B’referenza għall-Artikolu 3(3) u (4) tal-Ftehim, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija aktar ‘il fuq tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 fid-Danimarka tista’ sseħħ amministrattivament taħt it-Taqsima 9 tal-Liġi Daniża Nru 1563 tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Regolament Brussell I u għaldaqstant ma tirrikjedix l-approvazzjoni tal-Folketing. Il-miżuri amministrattivi neċessarji daħlu fis-seħħ mad-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-30 ta’ Jannar 2009.
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.
(2) ĠU L 120, 5.5.2006, p. 22.