22004A0401(01)



Official Journal L 097 , 01/04/2004 P. 0055 - 0062


Protokoll

li jemenda l-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà ta' Parti Terza fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari tad-29 ta' Lulju 1960. kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta' Jannar 1964 u bil-Protokoll tas-16 ta' Novembru 1982

IL-GVERNIJIET tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Regju tad-Danimarka, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika tal-Finlandja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ellenika, tar-Repubblika Taljana, tar-Renju tan-Norveġja, tar-Renju ta' l-Olanda, tar-Repubblika Portugiża, tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, tar-Repubblika tas-Slovena, tar-Renju tal-Isvezja, tal-Konfederazzjoni Svizzera u tar-Repubblika tat-Turkija;

WAQT LI JIKKONSIDRAW li huwa mixtieq li jemendaw il-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà ta' Parti Terza fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari, konkluża f'Pariġi fid-29 ta' Lulju 1960 fi ħdan il-qafas ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika Ewropea, issa l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku, kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali ffirmat f'Pariġi fis-28 ta' Jannar 1964 u bil-Protokoll iffirmat f'Pariġi fis-16 ta' Novembru 1982;

FTIEHMU kif ġej:

I.

Il-Konvenzjoni draw ir-Responsabbiltà ta' Parti Terza fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari tad-29 ta' Lulju 1960, kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta' Jannar 1964 u bil-Protokoll tas-16 ta' Novembru 1982, għandha tkun emendata kif ġej:

A. Is-subparagrafi (i) u (ii) tal-paragrafu (a) ta' l-Artikolu 1 għandhom ikunu mibdula b'dawn li ġejjin:

"(i) "Inċident nukleari" ifisser xi okkorrenza jew serje ta' okkorrenzi li jkollhom l-istess oriġini li joħolqu ħsara nukleari.

(ii) "Stallazzjoni nukleari" tfisser reatturi apparti minn dawk inklużi f'xi mezzi tat-trasport; fabbriki għall-manifattura jew l-ipproċessar ta' sustanzi nukleari; fabbriki għas-separazzjoni ta' l-iżotopi tal-karburanti nukleari; fabbriki għall-ipproċessar mill-ġdid ta' karburanti nukleari iradjati; faċilitajiet għall-ħażna ta' sustanzi nukleari apparti milli l-ħażna inċidentali tal-karreġġjata ta' tali sustanzi; stallazzjonijiet għad-disponiment ta' sustanzi nukleari; xi reattur, fabbrika, faċilità jew stallazzjoni simili li hija fil-korsa li tkun dikommissjonata; u tali stallazzjonijiet oħrajn li fihom ikun hemm il-karburanti nukleari jew prodotti radjo-attivi jew skart skond ma l-Kumitat tat-Tmexxija għall-Enerġija Nukleari ta' l-Organizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem referut bħala il-"Kumitat tat-Tmexxija") għandu minn żmiem għal żmien jiddetermina; kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tiddetermina jekk tnejn jew aktar stallazzjonijiet nukleari ta' operatur wieħed li huma lokalizzati fl-istess sit għandhomx, flimkien ma' xi fondi oħrajn li huma fuq dak is-sit ta' fejn il-karburanti nukleari jew il-prodotti radjo-attivi jew l-skart ikunu miżmuma, għandhomx ikunu ttrattati bħala stallazzjoni nukleari waħda."

B. Erba' subparagrafi godda, (vii), (Viii), (ix) u (x), għandhom ikunu miżjuda mal-paragrafu (a) ta' l-Artikolu 1, kif ġej:

"(vii) "Danni nukleari" tfisser:

1. telf tal-ħajja jew korriment personali;

2. telf jew ħsara tal-propjetà

u kull waħda minn dawn li ġejjin sal-limitu determinat bil-liġi tal-qorti kompetenti

3. telf ekonomiku li jirriżulta mit-telf jew il-ħsara referuti fis-subparagrafu 1 jew 2 sal-limitu li dawn ma humiex inklużi f'dawk is-subparagrafi, jekk soffruti minn persuna intitolata li tressaq talba fir-rigward ta' tali telf jew ħsara;

4. l-ispejjeż ta' miżuri għat-tqegħid mill-ġdid ta' l-ambjent imħassar, sakemm tali tħassir ma jkunx insinifikanti, jekk tali miżuri huma attwalment meħuda jew għandhom ikunu meħudha, sal-limitu li dawn ma humiex inklużi fis-subparagrafu 2;

5. telf ta' dħul li jirriżulta minn interess ekonomiku dirett f'xi użu jew tgawdija ta' l-ambjent, soffrut bħala riżultat ta' tħassir sinifikanti ta' dak l-ambjent, u sal-limitu li ma humiex inklużi fis-subparagrafu 2;

6. in-nefqa tal-miżuri preventivi, u aktar telf u ħsara kkaġunati minn tali miżuri,

fil-każ tas-subparagrafi 1 sa 5, sal-limitu li t-telf jew il-ħsara toriġina minn jew tirriżulta minn radjazzjoni jonizzanti emissa minn xi sorsi ta' radjazzjoni ġewwa stallazzjoni nukleari, jew emissa minn karburant nukleari jew prodotti radjo-attivi jew skart, fi, jew ta' sustanzi nukleari li jirriżultaw minn, joriġinaw fi, jew huma mibgħuta lejn, stallazzjoni nukleari, seww jekk hekk joriġinaw mill-proprjetajiet radjo-attivi ta' tali materja, jew minn ġemgħa ta' proprjetajiet radjo-attivi bi proprjetajiet tossiċi, splussivi jew oħrajn ta' periklu, minn tali materja.

(viii) "Miżuri ta' treġġiegħ lura" ifissru kwalunkwe miżuri raġjonevoli li jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat ta' fejn il-miżuri kienu ttieħdu, u li għandhom l-għan li jreġġgħu lura jew isewwu l-ħsara jew il-komponenti meqruda ta' l-ambjent, jew li jintroduċu, meta raġjonevoli, l-ekwivalenti ta' dawn il-komponenti ġewwa l-ambjent. Il-leġislazzjoni ta' l-Istat ta' fejn il-ħsara nukleari tkun soffruta għandha tiddetermina min huma intitolat li jieħu tali miżuri.

(ix) "Miżuri preventivi" ifissru dawk il-miżuri raġjonevoli meħuda minn xi persuna wara inċident nukleari jew fl-okkorrenza tal-ħolqien ta' theddida gravi u iminenti ta' ħsara nukleari, li tkun seħħet, il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-ħsara nukleari referuta fis-subparagrafi (a)(vii) 1 sa 5, bla ħsara għall xi approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kif meħtieġ bil-liġi ta' l-Istat ta' fejn il-miżuri kienu ttieħdu.

(x) "Miżuri raġjonevoli" tfisser miżuri li jinstabu permezz tal-liġi tal-qorti kompetenti li jkunu xierqa u proporzjonati, f'dak li jirrigwardja ċ-ċirkostanzi kollha; per eżempju:

1. in-natura u l-medda tal-ħsara nukleari soffruta, jew, fil-każ ta' miżuri preventivi, in-natura u l-medda tar-riskju ta' tali ħsara;

2. il-limitu li dwaru, fil-waqt li jkunu ttieħdu, tali miżuri aktarx li jkunu effettivi; u

3. l-esperjenza xjentifika u teknika relevanti."

C. L-Artikolu 2 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 2

(a) Din il-Konvenzjoni għandha tkun applikabbli għall-ħsara soffruta fit-territorju ta', jew f'xi żoni marittimi stabbiliti b'konformità mal-liġi internazzjonali ta', jew, apparti milli fit-territorju ta' xi Stat mhux-Kontraenti li mhux imsemmi taħt (ii) sa (iv) ta' dan il-paragrafu, abbord vapur jew ajruplan irreġistrat minn,

(i) Parti Kontraenti;

(ii) Stat mhux-Kontraenti li, fil-waqt ta' l-inċident nukleari, huwa Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għal Ħsara Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963 u xi emenda għaliha li hija fis-seħħ għal dik il-Parti, u għall-Protokoll Konġunt li jirrigwardja ma l-Applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Vjenna u mal-Konvenzjoni ta' Pariġi tal-21 ta' Settembru 1988, basta b'dana kollu, li dik il-Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi li fit-territorju l-istallazzjoni ta' l-operatur responsabbli tkun lokalizzata, hija Parti Kontraenti ta' dak il-Protokoll Konġunt;

(iii) Stat mhux-Kontraenti li, fil-waqt ta' l-inċident nukleari, ma jkollu l-ebda stallazzjoni nukleari fit-territorju tiegħu jew f'xi żoni marittimi stabbiliti minnu b'konformità mal-liġi internazzjonali; jew

(iv) xi Stat ieħor mhux-Kontraenti li, filwaqt ta' l-inċident nukleari, ikollu fis-seħħ leġislazzjoni dwar ir-responsabbiltà nukleari li toffri benefiċċji reċiproki ekwivalenti, u li hija bbażata fuq prinċipji identiċi għal dawk ta' din il-Konvenzjoni, inklużi, inter alia, responsabbiltà li ma tkunx it-tort ta' l-operatur responsabbli, responsabbiltà esklussiva ta' l-operatur jew disposizzjoni bl-istess effett, ġurisdizzjoni esklussiva tal-qorti kompetenti, trattament egwali tal-vittmi kollha ta' inċident nukleari, ir-rikonoxximent u l-enforzar ta' ġudizzji, trasferiment liberu tal-kumpens, l-imgħaxijiet u l-ispejjeż.

(b) Xejn f'dan l-Artikolu m'għandu jfixkel Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha l-istallazzjoni nukleari ta' l-operatur li huwa responsabbli tkun tinstab, milli jipprovdi għal skop aktar wiesa ta' l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni permezz tal-leġistazzjoni tagħha."

D. L-Artikolu 3 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 3

(a) L-operatur ta' stallazzjoni nukleari għandu jkun responsabbli, bi qbil ma' din il-Konvenzjoni, għall-ħsara nukleari, apparti milli:

(i) ħsara għall-istallazzjoni nukleari innifisha u xi stallazzjoni nukleari oħra, inkluża stallazzjoni nukleari li tkun għadha tinbena, fuq is-sit ta' fejn l-istallazzjoni hija lokalizzata; u

(ii) ħsara lil xi propjetà li hija fuq dak l-istess sit li hija użata jew li għandha tkun użata b'konnessjoni ma xi tali stallazzjoni,

mal-provvediment ta' prova li tali ħsara kienet ikkaġunata minn inċident nukleari f'tali stallazzjoni jew li tinvolvi sutanzi nukleari li jkunu ġejjin minn tali stallazzjoni, apparti milli kif hemm provvediment mod ieħor fl-Artikolu 4.

(b) Meta ħsara nukleari tkun ikkaġunata b'mod konġunt minn inċident nukleari u b'inċident apparti milli inċident nukleari, dik il-parti tal-ħsara li hija ikkaġunata f'tali inċident ieħor, għandha, sal-limitu li ma tkunx raġjonevolement separabbli mill-ħsara nukleari kkaġunata mill-inċident nukleari, tkun meqjusa bħala ħsara nukleari kkaġunata mill-inċident nukleari. Meta ħsara nukleari hija ikkaġunata minn inċident nukleari u minn xi emissjoni ta' radjazzjoni jonizzanti li ma tkunx koperta b'din il-Konvenzjoni, xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jillimita jew b'mod ieħor jaffettwa r-responsabbiltà ta' xi persuna b'konnessjoni ma' dik l-emissjoni ta' radjazzjoni jonizzanti."

E. Il-paragrafi (c) u (d) ta' l-Artikolu 4 għandhom ikunu innumerati mill-ġdid bħala il-paragrafi (d) u (e) rispettivament u paragrafu (c) ġdid għandu jkun miżjud li jinqara kif ġej:

"(c) It-trasferiment tar-responsabbiltà ta' l-operatur ta' stallazzjoni nukleari oħra bis-saħħa tal-paragrafi (a)(i) u (ii) u (b)(i) u (ii) ta' dan l-Artikolu jista' jseħħ biss jekk dak l-opratur ikollu interess ekonomiku dirett fis-sustanzi nukleari li huma waqt il-korsa tat-trasport."

F. Il-Paragrafi (b) u (d) ta' l-Artikolu 5 għandhom ikun mibdula b'dan li ġej:

"(b) Meta, b'dana kollu, ħsara nukleari kkaġunata minn inċident nukleari sseħħ fi stallazzjoni nukleari u tinvolvi biss sustanzi nukleari maħżuna hemmhekk inċidentalment għat-trasport tagħhom, l-operatur ta' l-istallazzjoni nukleari m'għandux ikunu responsabbli meta l-operatur l-ieħor jew il-persuna l-oħra huwa responsabbli bis-saħħa ta' l-Artikolu 4.

(d) Jekk il-ħsara nukleari toħloq responsabbiltà ta' aktar minn operatur wieħed bi qbil ma' din il-Konvenzjoni, ir-responsabbiltà ta' dawn l-operaturi għandha tkun konġunta u seperata, basta li meta tali responsabbiltà toriġina bħala riżultat ta' ħsara nukleari kkaġunata minn inċident nukleari li jinvolvi sustanzi nukleari fil-korsa tat-trasport f'wieħed u l-istess mezz ta' trasport, jew, fil-każ ta' ħażna inċidentali għat-trasport, f'wieħed u l-istess stallazzjoni nukleari, l-ammont totali massimu li dwaru tali opraturi għandhom ikunu responsabbli għandu jkun l-għola ammont stabbilit fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed minnhom bis-saħħa ta' l-Artikolu 7. Fl-ebda każ m'għandu operatur wieħed li jkun meħtieġ, fir-rigward ta' inċident nukleari, li jħallas aktar mill-ammont stabbilit fir-rigward tiegħu bis-saħħa ta' l-Artikolu 7."

G. Il-Paragrafi (c) u (e) ta' l-Artikolu 6 għandhom ikunu mibdula b'dan li ġej:

"(c) (i) Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jaffettwa ir-responsabbiltà:

1. ta' xi individwu għal ħsara nukleari kkaġunata minn inċident nukleari li dwaru l-operatur, bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(a) jew l-Artikolu 9, ma jkunx responsabbli permezz ta' din il-Konvenzjoni u li jirriżulta minn att jew minn omissjoni ta' dak l-individwu mwettaq bl-intenzjoni li joħloq id-danni.

2. ta' xi persuna awtorizzata kif xieraq li topera reattur inkluż f'mezzi tat-trasport għal ħsara nukleari kkaġunata minn inċident nukleari meta operatur ma jkunx responsabbli għal tali danni bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(a)(iii) jew (b)(iii).

(ii) L-operatur m'għandux jidħol f'responsabbiltà il-barra minn din il-Konvenzjoni għal danni nukleari ikkaġunati minn inċident nukleari."

"(e) Jekk l-operatur jagħti provi li d-danni nukleari jirriżultaw kompletament jew parzjalment min-negliġenza maġġuri tal-persuna li ssoffri d-danni jew minn att jew omissjoni ta' tali persuna mwettqa bl-intenzjoni li toħloq danni, il-qorti kompetenti tista', jekk il-liġi nazzjonali hekk tipprovdi, teħles lill-operatur kompletament jew parzjalment mill-obbligi li jħallas kumpens fir-rigward tal-ħsara soffruta minn tali persuna."

H. L-Artikolu 7 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 7

(a) Kull Parti Kontraenti għandha tipprovdi permezz tal-leġislazzjoni tagħha li r-responsabbiltà ta' l-operatur fir-rigward ta' ħsara nukleari kkaġunata minn inċident nukleari wieħed m'għandux ikun anqas minn EUR 700000000.

(b) Minkejja l-paragrafu (a) ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 21(c), kwalunkwe Parti Kontraenti tista,

(i) billi tqis in-natura ta' l-istallazzjoni nukleari involuta u dwar il-konsegwenzi ta' inċident nukleari li joriġina minnu, tistabbilixxi ammont aktar baxx ta' responsabbiltà għal dik l-istallazzjoni, basta li fl-ebda każ m'għandu xi ammont hekk stabbilit ikun anqas minn EUR 70000000; u

(ii) billi tqis in-natura ta' l-istallazzjoni nukleari involuta u dwar il-possibbiltà tal-konsegwenzi ta' inċident nukleari li joriġinaw minnu, tistabbilixxi ammont aktar baxx ta' responsabbiltà għat-trasport ta' sustanzi nukleari, basta li fl-ebda każ m'għandu xi ammont hekk stabbilit ikun anqas minn EUR 80000000.

(ċ) Kumpens għal danni nukleari kkaġunati għall-mezzi tat-trasport li fuqu s-sustanzi nukleari involuti kienu f'dak iż-żmien ta' l-inċident nukleari m'għandux jkollu l-effett li jnaqqas ir-responsabbiltà ta' l-operatur fir-rigward ta' xi ħsara nukleari oħra lejn ammont anqas minn EUR 80000000, jew xi ammont għola stabbilit bil-leġislazzjoni ta' Parti Kontraenti.

(d) L-ammont ta' responsabbiltà ta' operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari fit-territorju ta' Parti Kontraenti stabbilit bi qbil mal-paragrafu (a) jew (b) ta' dan l-Artikolu jew ma l-Artikolu 21(c), kif ukoll mad-disposizzjonijiet ta' xi leġislazzjoni ta' Parti Kontraenti bis-saħħa tal-paragrafu (c) ta' dan l-Artikolu m'għandux jkun applikabbli għar-responsabbiltà ta' tali operaturi kull meta inċident nukleari jseħħ.

(e) Parti Kontraenti tista' tissuġġetta it-transitu ta' sustanzi nukleari matul it-territorju tagħha għall-kondizzjoni li l-ammont massimu ta' responsabbiltà ta' l-operatur barrani kkonċernat ikun miżjud, jekk hija tikkonsidra li tali ammont ma jkunx adekwatament ikopri r-riskji ta' inċident nukleari fil-korsa tat-transitu, basta li dak l-ammont massimu hekk miżjud m'għandux jeċċedi l-ammont massimu ta' responsabbiltà ta' l-operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari li jkunu jinsabu fit-territorju tagħha.

(f) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (e) ta' dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu applikabbli:

(i) għall-karreġjata bil-baħar meta, permezz tal-liġi internazzjonali, ikun hemm id-dritt tad-dħul f'każi ta' urġenza bi kriżi ġewwa l-portijiet ta' tali Parti Kontraenti jew id-dritt ta' passaġġ innoċenti matul it-territorju tagħha; jew

(ii) għall-karreġjata bl-ajru meta, bi ftehim jew permezz tal-liġi internazzjonali, ikun hemm dritt tat-titjira fuq l-art tat-territorju ta' tali Parti Kontraenti.

(g) Fil-każi meta il-Konvenzjoni hija applikabbli għal Parti mhux-Kontreanti bi qbil ma' l-Artikolu 2(a)(iv), kwalunkwe Parti Kontreanti tista' tistabbilixxi fir-rigward ta' danni nukleari, l-ammonti ta' responsabbiltà aktar baxxa mill-ammonti minimi stabbiliti permezz ta' dan l-Artikolu jew permezz ta' l-Artikolu 21(c) sal-limitu li tali Stat ma jkunx jista' jaffordja benefiċċji reċiproki ta' ammont ekwivalenti.

(h) Xi imgħax u spejjeż mogħtija minn qorti f'azzjonijiet għal kumpens permezz ta' din il-Konvenzjoni m'għandhomx ikunu meqjusa li jkunu kumpens għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni u għandhom ikunu pagabbli mill-operatur b'żieda ma' xi somma li dwarha huwa jkun responsabbli bi qbil ma' dan l-Artikolu.

(i) Is-somom imsemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jkunu kkonvertiti fil-munita nazzjonali f'figura mqarrba.

(j) Kull Parti Kontraenti għandha tassigura li persuni li jsofru danni jistgħu jenforzaw id-drittijiet tagħhom għal kumpens mingħajr ma jkun ressaq proċedimenti separati skond l-oriġini tal-fondi li hemm provvediment dwarhom għal tali kumpens."

I. l-Artikolu 8 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 8

(a) Id-dritt tal-kumpens permezz ta' din il-Konvenzjoni għandu jkun suġġett għall-preskrizzjoni jew l-estinzjoni jekk azzjoni ma tkunx tressqet,

(i) fir-rigward ta' telf ta' ħajja jew korriment personali, fi żmien tletin sena mid-data ta' l-inċident nukleari;

(ii) fir-rigward ta' danni nukleari oħrajn, fi żmien għaxar snin mid-data ta' l-inċident nukleari.

(b) Leġislazzjoni nazzjonali tista', b'dana kollu, stabbilita matul perjodu itwal minn dak kif stabbilit fis-subparagrafu (i) jew (ii) tal-paragrafu (a) ta' dan l-Artikolu, jekk miżuri jkunu meħuda mill-Parti Kontraenti li fi ħdan it-territorju tagħha l-istallazzjoni nukleari ta' l-operatur responsabbli tkun tinsab li jkopri r-responsabbiltà ta' dak l-operatur fir-rigward ta' xi azzjonijiet għal kumpens mibdija wara l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fis-subparagrafu (i) jew (ii) tal-paragrafu (a) ta' dan l-Artikolu u matul tali perjodu itwal.

(ċ) Jekk, b'dana kolu, perjodu itwal huwa stabbilit b'konformità mal-paragrafu (b) ta' dan l-Artikolu, azzjoni għal kumpens imressqa matul tali perjodu m'għandha fl-ebda każ li taffettwa d-dritt ta' kumpens permezz ta' din il-Konvenzjoni ta' xi persuna li tkun ressqet azzjoni kontra l-operatur,

(i) fi żmien perjodu ta' tletin sena fir-rigward ta' korriment personali jew telf ta' ħajja;

(ii) fi żmien perjodu ta' għaxar snin fir-rigward tad-danni nukleari l-oħrajn kollha.

(d) Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tistabbilixxi perjodu ta' mhux anqas minn tliet snin għall-preskrizzjoni jew l-estinzjoni ta' drittijiet għal kumpens permezz tal-Konvenzjoni, determinati mid-data li fiha l-persuna li tkun soffriet danni nukleari jkollha tagħrif, jew mid-data li fiha dik il-persuna tkun mistennija li raġonevolment li tkun taf kemm bid-danni nukleari u wkoll bir-responsabbiltà ta' l-operatur, basta li l-perjodi stabbiliti bis-saħħa tal-paragrafi (a) u (b) ta' dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu misbuqa.

(e) Meta d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 13(f)(ii) huma applikabbli, id-dritt għal kumpens m'għandux ikun, b'dana kollu, li jkun suġġett għal preskrizzjoni jew estinzjoni jekk, matul iż-żmien kif hemm provvediment dwaru fil-paragrafi (a), (b) u (d) ta' dan l-Artikolu,

(i) qabel id-determinazzjoni mit-Tribunal referut fl-Artikolu 17, xi azzjoni tkun tressqet quddiem kwalunkwe mill-qrati li minnhom it-Tribunal jista' jagħżel, jekk it-Tribunal jiddetermina li l-qorti kompetenti hija qorti apparti minn dik li quddiema tali azzjoni tkun diġà ġiet ippreżentata, jista' jiffissa data sa meta tali azzjoni għandha tkun imressqa quddiem il-qorti kompetenti hekk iddeterminata; jew

(ii) talba tkun saret lill-Parti Kontraenti kkonċernta sabiex tibda determinazzjoni mit-Tribunal tal-qorti kompetenti bis-saħħa ta' l-Artikolu 13(f)(ii) u azzjoni tkun tressqet sussegwentament għal tali determinazzjoni matul dak iż-żmien kif jista' jkun stabbilit mit-Tribunal.

(f) Sakemm il-liġi nazzjonali ma tipprovdix mod ieħor. Kwalunkwe persuna li ssofri minn danni nukleari kkaġunati minn inċident nukleari li tkun ressqet azzjoni għal kumpens matul il-perjodu li hemm provvediment dwaru f'dan l-Artikolu tista' temenda t-talba tagħha fir-rigward ta' xi aggravazzjoni tad-danni mukleari wara l-iskadenza ta' tali perjodu, basta li l-ġudizzju finali ma jkunx ġie ddikjarat mill-qorti kompetenti."

J. l-Artikolu 9 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 9

L-operatur m'għandux ikun responsabbli għal danni nukleari kkaġunti minn inċident nukleari direttament minħabba att ta' kunflitt armat, ostilitajiet, gwerra ċivili, jew insurrezzjoni."

K. L-Artikolu 10 għandu jkun mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 10

(a) Sabiex ikopri r-responsabbiltà permezz ta' din il-Konvenzjoni, l-operatur għandu jkun meħtieġ li jżomm assigurazzjoni jew sigurtà finanzjarja oħra ta' l-ammont stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 7(a) jew 7(b) jew ta' l-Artikolu 21(c) ta' tali tip u b'tali termini hekk kif l-awtorità kompetenti pubblika għandha tispeċifika.

(b) Meta r-responsabbiltà ta' l-operatur ma tkunx limitata fl-ammont, il-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha l-istallazzjoni nukleari tar-responsabbiltà ta' l-operatur tkun lokalizzata, għandha tistabbilixxi limitu fuq is-sigurtà finanzjarja ta' l-operatur responsabbli, basta li kwalunkwu limitu hekk stabbilit m'għandux ikun anqas minn l-ammont referut fl-Artikolu 7(a) jew 7(b).

(ċ) Il-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha l-istallazzjoni nukleari ta' l-operatur responsabbli tkun lokalizzata għandha tassigura li l-ħlas tat-talbiet għal kumpens għal danni nukleari li kienu ġew stabbiliti kontra l-operatur billi jipprovdi l-fondi meħtieġa sal-limitu li l-assigurazzjoni jew xi sigurtà finanzjarja oħra ma tkunx disponibbli jew suffiċjenti sabiex tissodisfa tali talbiet, sa l-ammont ta' mhux anqas mill-ammont referut fl-Artikolu 7(a) jew l-Artikolu 21(c).

(d) L-ebda assiguratur jew dak l-ieħor li jagħmel il-garanzija finanzjarja m'għandu jissospendi jew jikkanċella l-assigurazzjoni jew is-sigurtà finanzjarja l-oħra li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu (a) jew (b) ta' dan l-Artikolu mingħajr ma jagħti avviż bil-miktub ta' mill-anqas xahrejn lill-Awtorità kompetenti pubblika, jew, sal-limitu li tali assigurazzjoni jew sigurtà finanzjarja oħra tirrigwardja l-karreġjata ta' sustani nukleari, matul il-perijodu tal-karreġjata f'dan il-każ.

(e) Is-somom ipprovduti bħala assigurazzjoni, assigurazzjoni mill-ġdid, jew sigurtà finanzjarja oħra, jistgħu jkunu miġbura biss bħala kumpens għal danni nukleari kkaġunati b'inċident nukleari."

L. L-Artikolu 12 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 12

Il-kumpens pagabbli permezz ta' din il-Konvenzjoni, il-premiums ta' l-assigurazzjoni u ta' l-assigurazzjoni mill-ġdid, somom ipprovduti bħala assigurazzjoni jew assigurazzjoni mill-ġdid, jew xi sigurtà finanzjarja oħra meħtieġa bis-saħħa ta' l-Artikolu 10, u l-imgħax u l-ispejjeż referuti fl-Artikolu 7(h), għandhom ikunu liberalment trasferibbli bejn iż-żoni monetarji tal-Partijiet Kontraenti."

M. l-Artikolu 13 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 13

(a) Apparti milli kif hemm provvediment mod ieħor f'dan l-Artikolu, ġurisdizzjoni fuq azzjonijiet permess ta' l-Artikoli 3, 4 u 6(a) għandha tkun biss fil-kompitu tal-qrati tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha l-inċident nukleari jkun seħħ.

(b) Meta jkun seħħ inċident nukleari fil-medda ta' żona ekonomika esklussiva ta' Parti Kontraenti jew, jekk tali żona ma tkunx ġiet stabbilita, f'medda li ma teċċedix il-limiti ta' żona ekonomika esklussiva li kieku waħda kellha tkun stabbilita, ġurisdizzjoni fuq l-azzjonijiet li jikkonċernaw id-danni nukleari minn dak l-inċident nukleari għandha, għall-iskopijiet ta' din il-Konvenzjoni, tkun tistrieħ biss mal-qrati ta' dik il-Parti, basta li l-Parti Kontraenti kkonċernata tkun innotifikat lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni b'tali medda qabel l-inċident nukleari. Xejn f'dan il-paragrafu m'għandu jkun interpretat bħala li jippermetti l-eżerċitar ta' ġurisdizzjoni jew tad-delimitazzjoni ta' żona marittima b'tali mod li jkun kuntrarju tal-liġi internazzjoni tal-baħar.

(ċ) Meta inċident nukleari jseħħ 'il barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti, jew meta jseħħ f'medda li fir-rigward tagħha l-ebda notifika ma tkun ingħatat bis-saħħa tal-paragrafu (b) ta' dan l-Artikolu, jew meta l-post ta' l-inċident nukleari ma jistax ikun iddeterminat b'ċertezza, ġurisdizzjoni fuq tali azzjonijiet għandhom jaqgħu fi ħdan il-qrati tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha l-istallazzjoni nukleari ta' l-operatur responsabbli tkun lokalizzata.

(d) Meta inċident nukleari jseħħ f'medda li fir-rigward tagħha ċ-ċirkostanzi ta' l-Artikolu 17(d) jkunu applikabbli, il-ġurisdizzjoni taqa' fuq il-qrati determinati, skond it-talba tal-Parti Kontraenti konċernata, mit-Tribunal referut fl-Artikolu 17 bħala li jkunu l-qrati ta' dik il-Parti Kontraenti li hija l-aktar relatata mill-qrib lejn u affettwata bil-konsegwenzi ta' l-inċident.

(e) L-eżerċitar tal-ġurisdizzjoni permezz ta' dan l-Artikolu kif ukoll in-notifika tal-medda li tkun saret bis-saħħa tal-paragrafu (b) ta' dan l-Artikolu m'għandhiex toħloq xi dritt jew obbligu jew tistabbilixxi preċedent fir-rigward tad-delimitazzjoni taż-żoni marittimi bejn l-Istati b'kosti faċċata jew biswit xulxin.

(f) Meta ġurisdizzjoni tkun tidħol bl-ambitu tal-qrati ta' aktar minn Parti Kontraenti waħda bis-saħħa tal-paragrafu (a), (b) jew (c) ta' dan l-Artikolu, il-ġurisdizzjoni għandha tkun,

(i) jekk l-inċident nukleari jseħħ parzjalment 'il barra mit-territorju ta' xi Parti Kontraenti u parzjalment fit-territorju ta' Parti Kontraenti waħda, mal-qrati ta' dik il-Parti Kontraenti; u

(ii) fi kwalunkwe każ ieħor, il-qrati hekk iddeterminati, fuq it-talba ta' Parti Kontraenti konċernata, mit-Tribunal referut fl-Artikolu 17 bħala li jkunu l-qrati ta' dik il-Parti Kontraenti li hija l-aktar relatata mill-qrib lejn u affettwata bil-konsegwenzi ta' l-inċident.

(g) Il-Parti Kontraenti li l-qrati tagħha jkollom ġurisdizzjoni għandhom jassiguraw li b'relazzjoni ma' l-azzjonijiet għall-kumpens ta' danni nukleari:

(i) kwalunke Stat li jressaq azzjoni f'isem persuni li jkunu sofrew danni nukleari, li huma ċittadini ta' dak l-Istat jew li jkollhom id-domiċilju jew ir-residenza tagħhom fit-territorju tiegħu, u li ma jkunux taw il-kunsens tagħhom dwar dan; u

(ii) kwalunkwe persuna tista' tressaq azzjoni sabiex tenforza d-drittijiet permezz ta' din il-Konvenzjoni li jkunu ġew akkwistati b'surrugazzjoni jew b'assenjament.

(h) Il-Parti Kontraenti li l-qrati tagħha jkollhom ġurisdizzjoni permezz ta' din il-Konvenzjoni għandhom jassiguraw li wieħed biss mill-qrati għandu jkun kompetenti li jagħti verdett dwar il-kumpens għal danni nukleari li jirriżultaw minn inċident nukleari wieħed, il-kriterja għal tali għażla tkun iddeterminata bil-leġislazzjoni nazzjonali ta' tali Parti Kontreanti.

(i) Il-verdetti kif imdaħħla mill-qorti kompetenti permezz ta' dan l-Artikolu wara li jkun instemgħa l-każ, għandhom, meta dawn ikunu saru enforzabbli skond il-liġi applikata minn dik il-qorti, isiru enforzabbli fit-territorju ta' kwalunkwe mill-Partijiet Kontreanti l-oħrajn malli il-formalitajiet meħtieġa mill-Parti Kontreanti konċernata jkunu ġew imwettqa. Il-meriti tal-każ m'għandhomx ikunu s-suġġetti ta' aktar proċedimenti. Id-disposizzjonijiet imsemmija qabel m'għandhomx ikunu applikabli għal ġudizzji preliminri.

(j) Jekk azzjoni tkun tressqet kontra Parti Kontraenti permezz ta' din il-Konvenzjoni, tali Parti Kontraenti ma tistax, appart milli f'dak li jirrigwardja l-eżekuzzjoni, tinvoka xi immunitajiet ġurisdiċi quddiem il-qorti kompetenti b'konformità ma' dan l-Artikolu."

N. Il-Paragrafu (b) ta' l-Artikolu 14 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(b) "Liġi nazzjonali" u "leġislazzjoni nazzjonali" tfisser il-liġi jew il-leġislazzjoni nazzjonali tal-qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni permezz ta' din il-Konvenzjoni fuq talbiet li jirriżultaw minn inċident nukleari, esklużi r-regoli dwar il-kunflitt fil-liġijiet dwar tali talbiet. Dik il-liġi jew leġislazzjoni għandha tkun applikabbli għall-materji kollha kemm sostantivi u proċedurali li ma humiex speċifikament irregolati b'din il-Konvenzjoni."

O. Il-Paragrafu (b) ta' l-Artikolu 15 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(b) Sal-limitu li kumpens għal danni nukleari jkun b'eċċess ta' 700 miljun euros referuti fl-Artikolu 7(a), u kwalunkwe tali miżura f'liema għamla li tkun tista' tkun applikata permezz tal-kondizzjonijiet li jistgħu jagħtu deroga mid-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni."

P. L-Artikolu 16a ġdid għandu jkun miżjud wara l-Artikolu 16, kif ġej:

"Artikolu 16a

Din il-Konvenzjoni m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' Parti Kontraenti permezz tar-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali pubblika."

Q. L-Artikolu 17 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 17

(a) Fil-każ meta kwistjoni tkun tqajmet bejn tnejn jew aktar Partijiet Kontraenti li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, il-partijiet fil-kwistjoni għandhom jikkonsultaw bil-għan li jwettqu l-kwistjoni b'negozjati jew b'mezzi amikabbli oħrajn.

(b) Meta kwistjoni referuta fil-paragrafu (a) ma tkunx imwettqa fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tali kwistjoni tkun rikonoxxuta li teżisti minn xi parti nvoluta fiha, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiltaqgħu sabiex jgħinu lill-partijiet fil-kwistjoni li jilħqu twettieq bi ħbiberija.

(ċ) Meta l-ebda riżoluzzjoni tal-kwistjoni ma tkun intlaħqet fi żmien tliet xhur tal-laqgħa referuta fil-paragrafu (b), il-kwistjoni għandha, mat-talba ta' xi parti involuta fiha, li tkun ippreżentata lit-Tribunal Ewropew ta' l-Enerġija Nukleari stabbilit bil-Konvenzjoni tat-20 ta' Diċembru 1957 dwar l-Istabbiliment ta' Kunsill tas-Sigurtà fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari.

(d) Kwistjonijiet li jikkonċernaw id-delimitazzjoni ta' fruntieri marittimi huma 'l barra mill-iskop ta' din il-Konvenzjoni."

R. L-Artikolu 18 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 18

(a) Riservi għal waħda jew aktar tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni jistgħu jitressqu fi kwalunkwe żmien qabel ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni ta' jew l-adeżjoni ma', din il-Konvenzjoni jew qabel iż-żmien tan-notifika permezz ta' l-Artikolu 23 fir-riqward ta' xi territorju jew it-territorji msemmija fin-notifika, u għandhom ikunu ammissibbli biss jekk it-termi ta' dawn ir-riservi jkunu ġew espressament aċċettati mill-Firmatarji.

(b) Tali aċċettazzjoni m'għandhiex tkun meħtieġa minn Firmatarju li ma jkunx huwa nnifsu rratifika, aċċetta jew approva din il-Konvenzjoni fi żmien perjodu ta' tnax il-xahar wara d-data tan-notifika dwarha ta' tali riserva mis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 24.

(ċ) Xi riserva ammesa bi qbil ma' dan l-Artikolu tista' tkun irtirata fi kwalunkwe żmien b'notifika indirizzata lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni."

S. l-Artikolu 19 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 19

(a) Din il-Konvenzjoni għandha tkun suġġetta għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni.

(b) Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mad-depożitu ta' l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni minn mhux anqas minn ħamsa mill-Firmatarji. Għal kull firmatarju li jirratifika, jaċċetta jew japprova minn hemm 'il quddiem, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mad-depożitu ta' l-istrumenti tiegħu tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni."

T. L-Artikolu 20 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 20

Emendi għal din il-Konvenzjoni għandhom ikunu adottati bi ftehim reċiproku tal-Partijiet Kontraenti kollha. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ meta jkunu ratifikati, aċċettati jew approvati minn żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti. Għal kull Part Kontreanti li tirratifika, taċċetta jew tapprova minn hemm 'il quddiem, dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data ta' tali tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni."

U. Paragrafu (c) ġdid għandu jkun miżjud ma' l-Artikolu 21 biex jinqara hekk:

"(c) Minkejja l-Artikolu 7(a), meta Gvern li mhux Firmatarju ta' din il-Konvenzjoni jaċċedi għal din il-Konvenzjoni wara l-1 ta' Jannar 1999, huwa jista' jipprovdi fil-leġislazzjoni tiegħu li r-responsabbiltà ta' l-operatur fir-rigward ta' danni nukleari kkaġunati minn xi inċident nukleari wieħed jistgħu jkunu limitati, għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data ta' l-adozzjoni tal-Protokoll tat-12 ta' Frar 2004 li jemenda din il-Konvenzjoni, għal ammont transitorju ta' mhux anqas minn EUR 350000000 fir-rigward ta' inċident nukleari li jseħħ matul dak il-perjodu."

V. Il-paragrafu (c) ta' l-Artikolu 22 għandu jkun innumerat mill-ġdid bħala il-paragrafu (d) u paragrafu (c) ġdid għandu jkun miżjud li jinqara kif ġej:

"(c) Il-Partijiet Kontreanti għandhom jikkonsultaw lil xulxin ma' l-iskadenza ta' kull wieħed mill-perjodi ta' ħames snin li jsegwu d-data li fiha din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, dwar il-problemi kollha ta' l-interess komuni mqajma bl-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, u partikolarment, sabiex jikkonsidraw jekk żidiet fl-ammont tar-responsabbiltà u tas-sigurtà finanzjarja permezz ta' din il-Konvenzjoni jkunux mixtieqa."

W. Il-Paragrafu (b) ta' l-Artikolu 23 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"(b) Kwalunkwe Firmatarju jew Parti Kontraenti tista', fil-waqt ta' l-iffirmar, tar-ratifika, ta' l-aċċettazzjoni jew ta' l-approvazzjoni, jew, ta' l-adeżjoni ma', din il-Konvenzjoni jew f'xi żmien aktar tard, tinnotifika lis-Seġretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni li din il-Konvenzjoni għandha tkun applikabli għal dawk mit-territorji tiegħu, inklużi t-territorji li dwarhom ir-relazzjonijiet internazzjonali hija responsabbli, li dwarhom din il-Konvenzjoni mhix applikabli bi qbil mal-paragrafu (a) ta' dan l-Artikolu u li huma msemmija fin-notifika. Kwalunkwe tali notifika tista', fir-rigward ta' xi territorju jew territorji msemmija fiha, tkun irtirata billi jingħata avviż ta' 12-il xahar dwar dak l-effett lis-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni."

X. L-Artikolu 24 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 24

Is-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni għandu jagħti avviż lill-Firmatarji kollha u lill-Gvernijiet li jaċċedu, tal-wasla ta' xi strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni jew ta' l-itrirar, ta' xi notifika permezz ta' l-Artikolu 13)b) u 23, tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tat-Tmexxija permezz ta' l-Artikolu 1(a)(ii), c(a)(iii) u 1(b), tad-data li fiha din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, it-test ta' xi emenda għal dawn u tad-data li fiha tali emenda tidħol fis-seħħ, u ta' xi riservi magħmula bi qbil ma' l-Artikolu 18."

Y. It-terminu "ħsara/danni" li jidher f'dawn l-artikoli li ġejjin għandu jkun mibdul bit-terminu "danni nukleari":

L-Artikolu 4(a) u (b),

L-Artikolu 5(a) u (c),

L-Artikolu 6(a), (b), (d), (f) u (h).

Z. Fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4 tat-test Franċiż il-kelma "stockage" għandha tkun mibdula bil-kelma "entreposage", u f'dan l-istess Artikolu, il-kelma "transportées" hija mibdula bil-kliem "en cours de transport". Fil-paragrafu (h) ta' l-Artikolu 6 tat-test Ingliż, il-kelma "workmen's" għandha tkun mibdula bil-kelma "workers".

AA. L-Anness II tal-Konvenzjoni għandu jkun imħassar.

II.

(a) Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll ghandhom, hekk kif bejn il-Partijiet tiegħu, jifformaw parti integrali tal-Konvenżjoni dwar ir-Responsabbiltà ta' Parti Terza fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari tad-29 ta' Lulju 1960, kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta' Jannar 1964 u bil-protokoll tas-16 ta' Novembru 1982 (minn hawn il-quddiem referut bħala il-"Konvenzjoni"), li għandha tkun magħrufa bħala il-"Konvenvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà ta' Parti Terza fil-Qasam ta' l-Enerġija Nukleari tad-29 ta' Lulju 1960, kif emendata bil-Protokoll addizzjonali tat-28 ta' Jannar 1964, bil-Protokoll tas-16 ta' Novembru 1982 u bil-Protokoll tat-12 ta' Frar 2004".

(b) Dan il-Protokoll għandu jkun suġġett għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. L-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u Koperazzjoni Ekonomika.

(ċ) Il-Firmatarji ta' dan il-Protokoll li jkunu diġà rratifikaw jew aċċedew għall-Konvenzjoni, jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jirratifikaw, jaċċettaw jew japprovaw dan il-Protokoll malli jkun possibbli. Il-Firmatarji l-oħrajn ta' dan il-Protokoll jintrabtu li jirratifikawh, jaċċettawh jew japprovawh fl-istess waqt li huma jirratifikaw il-Konvenzjoni.

(d) Dan il-Protokoll għandu jkun miftuh għall-adeżjoni bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 21 ta' din il-Konvenzjoni. L-adezjonijiet ma' din il-Konvenzjoni għandhom ikunu aċċettati biss jekk ikunu akkumpanjati bl-adeżjoni ta' dan il-Protokoll.

(e) Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20 ta' din il-Konvenzjoni.

(f) Is-Segretarju-Ġenerali ta' l-Organizzaazzjoni għall-Iżvilupp u Koperazzjoni Ekonomika għandu jagħti avviż lill-Firmatarji kollha u lill-Gvernijiet li jaċċiedu bil-wassla ta' xi strument ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni ta' dan il-Protokoll.

--------------------------------------------------