21998A0812(01)



Official Journal L 225 , 12/08/1998 P. 0005 - 0012


Ftehim

li jistabbilixxi ċentru tax-xjenzu u t-teknoloġija fl-Ukrajna

IL-KANADA, L-ISVEZJA, L-UKRAJNA U L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA,

LI JERĠĦU JIKKONFERMAW l-bżonn biex jiġi prevjenut il-proliferazzjoni ta' teknoloġiji u l-għarfien li għandu x' jaqsam ma' armi ta' qerda totali tal-massa (mass destruction) – armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi;

LI JINNOTA l-perjodu kritiku fil-preżent fl-Istati ta' l-Unjoni Sovjetika ta' qabel, perjodu li jinkludi t-transizzjoni għal ekonomija tas-suq, il-proċess ta' l-iżvilupp ta' żarmar ta' l-armi, u l-konverżjoni ta' potenzal industrijali-tekniku minn sforzi militari għal dawk ta' għanijiet ta' paċi;

LI JAGĦRAF, f'dan il-kuntest, il-bżonn li jinħoloq ċentru internazzjonali xjentifiku u teknoloġiku fl-Ukrajna li jnaqqas inċentivi biex jieħu parti f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'proliferazzjoni bħal din, billi jappoġġjaw u jassistu l-attivitajiet għal għanijiet ta' paċi ta' armi xjentisti u inġiniera fl-Ukrajna u, jekk ikun interessat, fl-Istat l-oħra ta' l-Unjoni Sovjetika ta' qabel;

LI JWIEĠEB għall-bżonn biex jikkontribbwixxu, permezz tal-proġetti u l-attivitajiet taċ-Ċentru, għat-transizzjoni ta' l-Istati ta' l-Unjoni Sovjetika ta' qabel lejn ekonomiji bbażati fuq is-suq u biex jappoġġjaw riċerka u żvilupp għal għanijiet ta' paċi;

JIXTIEQU LI l-proġetti taċ-Ċentru jipprovdu impetus u appoġġ lil xjentisti u inġiniera parteċipanti f'opportunitajiet ta' karriera li qed jiżviluppaw fuq skond għat-tul, li jsaħħu l-kapaċita xjentifika ta' riċerka u ta' żvilupp ta' l-Ukrajna, u

JIRREALIZZAW LI s-suċċess taċ-Ċentru jirrikjedi appoġġ b'saħħtu minn gvernijiet, fondazzjonijiet istituzzjonijiet akkademiċi u xjentifiċi, u entitajiet oħra intergovernmentali u mhux governattivi,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu I

Iċ-Ċentru tax-Xjenza u Teknoloġija fl-Ukrajna (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ bħala "iċ-Ċentru" huwa hawnhekk stabbilit bħala organizzazzjoni intergovernmentali. Kull parti għandha tiffaċilita, fit-territorju tagħha, l-attivitajiet taċ-Ċentru. Sabiex jinkisbu l-għanijiet tiegħu, iċ-Ċentru għandu, bi qbil mal-liġijiet u r-regolamenti tal-partijiet, il-kapaċita legali biex jorbot, jakkwista u jiddisponi minn propjeta immobbli jew mobbli, u biex jiftaħ u jwieġeb għal kawżi legali.

Artikolu II

A. Iċ-Ċentru għandu jiżviluppa, japprova, jiffinanzja u jimmonitorja proġetti ta' xjenza u teknoloġija għal għanijiet ta' paċi, li jridu jitwettqu primarjament f'istituzzjonijiet u faċilitajiet lokati fl-Ukrajna u, jekk ikun interessat, fl-Istati l-oħra ta' l-Unjoni Sovjetika ta' qabel.

B. L-għanijiet taċ-Ċentru għandhom ikunu:

(i) li jagħtu armi xjentisti u inġiniera, partikolarment dawk li jippossjedu għerf u abbiltajiet li għandhom x' jaqsmu ma' armi ta' qerda totali tal-massa (mass destruction) jew sistemi ta' twassil ta' missili, fl-Ukrajna u, jekk ikun interessat, fi Stati oġra ta' l-Unjoni Sovjetika ta' qabel, opportunitajiet biex it-talenti tagħhom jiġi mmirati lejn attivitajiet ta' paċi, u

(ii) li b'hekk jikkontribwixxu permezz tal-proġetti u l-attivitajiet tiegħu: għas-soluzzjoni ta' problemi nazzjonali jew internazzjonali, u għall-miri aktar wiesgħa ta' rinfurzar tat-transizzjoni għal ekonomiji bbażati fuq is-suq li jwieġbu għal bżonnijiet ċivili, għall-appoġġ ta' żvilupp bażiku u ta' riċerka u teknoloġija applikata, fosthom fl-oqsma ta' protezzjoni ambjentali, produzzjoni ta' l-enerġija, u sigurta nukleari, u r-remediation tal-konsegwenzi ta' inċidenti ta' reatturi ta' enerġija nukleari, u għall-promozzjoni ta' aktar integrazzjoni ta' xjentisti ta' l-Ukrajna u l-Unjoni Sovjetika ta' qabel fil-Komunità xjentifika internazzjonali.

Artikolu III

Sabiex jikseb l-għanijiet tiegħu, iċ-Ċentru huwa awtorizzat:

(i) li jippromwovi u jappoġġja, permezz ta' l-użu ta' fondi jew b'mod ieħor, proġetti ta' xjenza u teknoloġija bi qbil ma' l-Artikolu II ta' dan il-Ftehim;

(ii) li jimmonitorja u jirrevedi proġetti taċ-Ċentru bi qbil ma' l-Artikolu VIII ta' dan il-Ftehim;

(iii) li jxerred tagħrif, kif ikun xieraq, biex jippromwovi l-proġetti tiegħu, jinkoraġġixxi proposti, u jwessgħa parteċipazzjoni internazzjonali;

(iv) li jistabbilixxi forom xierqa ta' koperazzjoni ma' gvernijiet, organizzazzjonijiet intergovernmentali, organizzazzjonijiet mhux governattivi (li għandhom, għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, jinkludu s-settur privat), u programmi;

(v) li jerċievi fondi jew donazzjonijiet minn gvernijiet, organizzazzjoni intergovernmentali, u organizzazzjonijiet li mhumiex governattivi;

(vi) li jistabbilixxu uffiċċji tal-friegħi kif ikun xieraq, u

(vii) li jidħol għal attivitajiet oħra kif jista' jiġi miftiehem mill-Partijiet.

Artikolu IV

A. Iċ-Ċentru għandu jkollu bord li jirregola u segretarjat, li jikkonsisti minn direttur eżekutiv, diretturi deputati eżekuttivi, u personal ieħor bħal dan kif ikun meħtieġ, bi qbil ma' l-Istatut taċ-Ċentru.

B. Il-Bord li Jirregola għandu jidħol responsabbli għal:

(i) l-istabbilizzazzjoni tal-politika taċ-Ċentru u r-regoli tiegħu ta' proċedura;

(ii) jipprovdi gwida u direzzjoni ġenerali lis-segretarjat;

(iii) japprova l-estimi operattivi taċ-Ċentru;

(iv) jirregola l-affarijiet finanzjarji u oħrajn taċ-Ċentru, inklużi proċeduri ta' approvazzjoni għat-tħejjija ta' l-estimi taċ-Ċentru, tfassil tal-kontijiet, u reviżjoni tagħhom;

(v) jifformula kriterji u prijoritajiet ġenerali għall-approvazzjoni ta' proġetti;

(vi) japprova proġetti bi qbil ma' l-Artikolu VI;

(vii) jadotta l-Istatut u arranġamenti ta' implimentazzjoni oħra kif meħtieġ, u

(viii) funzjonijiet oħra assenjati lilu permezz ta' dan il-Ftehim jew meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Deċiżjonijiet tal-Bord li Jirregola għandhom ikunu b'konsensus tal-partijiet kollha fil-Bord, bla ħsara għall-kondizzjonijiet u t-termini stabbiliti skond l-Artikolu V, minbarra kif provvdut mod ieħor f'dan il-Ftehim.

Ċ. Kull wieħed mill-partijiet firmatarji għandu jiġi rappreżentat minn vot waħdieni fil-Bord li Jirregola. Kull wieħed għandu jaħtar rappreżentattiv wieħed għall-Bord li Jirregola fi żmien 7 ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

D. Il-Bord li Jirregola għandu jadotta statut fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. L-Istati għandu jistabbilixxi:

(i) l-istruttura tas-segretarjat;

(ii) il-proċess għall-għażla, l-iżvilupp, l-approvazzjoni, il-finanzjament, it-twettieq u l-monitorjar ta' proġetti;

(iii) il-proċess li permezz tiegħu id-direttur eżekuttiv għandu jikseb pariri xjentifiċi u oħrajn professjonali kif meħtieġ rigward proġetti proposti direttament minn esperti internazzjonali;

(iv) proċeduri għat-tħejjija ta' l-estimi taċ-Ċentru, tfassil ta' kontijiet, u reviżjoni tagħhom;

(v) linji ta' gwidi xierqa dwar drittijiet ta' propjeta intellettwali li jirriżultaw minn proġetti taċ-Ċentru u dwar it-tixrid ta' riżultati ta' proġetti;

(vi) proċeduri li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta' gvernijiet, organizzazzjonijiet intergovernmentali, u organizzazzjonijiet li mhumiex governattivi f'proġetti taċ-Ċentru;

(vii) disposizzjoni għall-allokazzjoni tal-propjeta taċ-Ċentru mat-temma ta' dan il-Ftehim jew irtirar ta' parti;

(viii) politika ta' personal, u

(ix) xi arranġamenti oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu V

Il-Bord li Jirregola għandu jkollu d-diskrezzjoni u s-saħħa esklussiva li jespandi s-sħubija tiegħu biex jinkludi rappreżentattivi maħtura minn partjiet li jissieħbu f'dan il-Ftehim, fuq kondizzjonijiet u termini bħal dawn kif ikun jista' jistabbilixxi l-Bord. Partijiet mhux rappreżentati fil-Bord li Jirregola u l-organizzazzjonijiet intergovernmentali u mhux governattivi jistgħu jiġu mistiedna sabiex jipparteċipaw f'deliberazzjonijiet tal-Bord, f'kapaċita mhux ta' votazzjoni.

L-Artikolu VI

Kull proġett sottomess għal approvazzjoni mill-Bord li Jirregola għandu jiġi akkompanjat mill-ftehim bil-miktub ta' l-Istat (i) li fih ikun se jitwettaq ix-xogħol. B'żieda mal-ftehim minn qabel ta' dawk l-Istat(i), l-approvazzjoni ta' proġetti għandha tirrikjedi l-konsensus ta' partijiet fil-Bord li Jirregola għajr xi Stat eliġibbli għal proġetti skond l-Artikolu II(A). (Konsensus bħal din għandha tkun bla ħsara għal kondizzjonijiet u termini stabbiliti skondi l-Artikolu V).

Artikolu VII

A. Proġetti approvati mill-Bord li Jirregola jistgħu jiġu finanzjati jew appoġġjati miċ-Ċentru, jew permezz ta' gvernijiet, organizzazzjonijiet intergovernmentali, jew organizzazzjonijiet li mhumiex governattivi, direttament jew permezz taċ-Ċentru. Finanzjament u appoġġ bħal dan ta' proġetti approvati għandu jiġi provvduti fuq termini u kondizzjonijiet speċifikati minn dawk li qed jipprovduhom, li għandhom ikunu konsistenti ma' dan il-Ftehim.

B. Rappreżentattivi tal-partijiet fil-Bord u personal tas-segretarjat taċ-Ċentru għandhom ikunu ineliġibbli għal għotjiet tal-proġett u jistgħu ma jibbenefikawx direttament minn xi għotja ta' proġett.

Artikolu VIII

A. Iċ-Ċentru għandu jkollu d-dritt, fl-Ukrajna jew Stati oħra ta' l-Unjoni Sovjetika ta' qabel li jaċċettaw dan il-Ftehim:

(i) li jeżaminaw attivitajiet tal-proġett taċ-ċentru fuq il-post, materjali, provvisti, l-użu ta' fondi, u servizzi relatati mal-proġetti u l-użu ta' fondi, man-notifika tiegħu jew, b'żieda ma' dan, kif speċifikat fi ftehim tal-proġett, u

(ii) jispezzjona jew jirrevedi, mat-talba, xi tagħrif, inkluż reġistrazzjonijiet jew dokumenti, f'konnessjoni ma' l-attivitajiet tal-proġett taċ-Ċentru u l-użu ta' fondi, huma fejn huma lokati dawn ir-reġistrazzjonijiet jew din id-dokumentazzjoni, matul il-perjodu li fih iċ-Ċentru jipprovdi l-finanzjament, u għal perjodu wara dan kif stabbilit fil-ftehim tal-proġett.

Il-ftehim bil-miktub meħtieġ fl-Artikolu VI għandu jinkludi l-ftehim, ta' kemm l-Istat ta' l-Unjoni Sovjetika ta' qabel li fih se jitwettaq ix-xogħol kif ukoll l-istituzzjoni reċipjenti, biex jipprovdi ċ-Ċentru bl-aċċess meħtieġ għar-reviżjoni u l-monitorjar tal-proġett, kif jirrikjedi dan il-paragrafu.

B. Kull parti rappreżentata fil-Bord li Jirregola għandu jkollu wkoll id-drittijiet deskritti fil-paragrafu (A), kordinati permezz taċ-Ċentru, rigward proġetti li tiffinanzja totalment jew parzjalment, jew direttament jew permezz taċ-Ċentru.

Ċ. Jekk ikun stabbilit li t-termini u l-kondizzjonijiet ta' proġett ma jkunux ġew rispettati, iċ-Ċentru jew gvern jew organizzazzjoni ta' finanzjament jistgħu, wara li jkunu nfurmaw il-Bord bir-raġunijiet tagħhom, iwaqqfu l-proġett u jieħdu l-passi xierqa bi qbil mat-termini tal-ftehim tal-proġett.

Artikolu IX

A. Il-kwartieri taċ-Ċentru għandhom jiġu lokati fl-Ukrajna.

B. Bħala mod illi jiġi provvdut appoġġ materjali liċ-Ċentru, il-Gvern ta' l-Ukrajna għandu jipprovdi bi spejjeż għalih faċilita xierqa għall-użu miċ-Ċentru, flimkien ma' manutenzjoni, utilitajiet, u sigurta għall-faċilita.

Ċ. Fl-Ukrajna, iċ-Ċentru għandu jkollu l-istat ta' persuna legali u, f'dik il-kapaċita, għandu jkun intitolat li jorbot, jakkwista u jiddisponi minn propjeta immobbli jew mobbli, u biex jiftaħ u jwieġeb għal kawżi legali.

Artikolu X

Il-Gvern ta' l-Ukrajna għandu jiżgura li:

(i) (a) fondi u propjeta taċ-Ċentru jew xi fergħa minnu, inkluż xi interessi li jinħolqu miż-żamma ta' fondi f'banek fl-Ukrajn, huma eżentati minn tassazzjoni jew xi ħlasijiet oħra mposti mill-Gvern ta' Ukrajna u xi sottodiviżjoni tiegħu;

(b) prodotti, provvisti, u xi propjeta provvduta jew utilizzata f'konnessjoni maċ-Ċentru u l-proġetti u l-attivitajiet tiegħu jistgħu jiġu mportati, esportati minn, jew użati fl-Ukrajna ħielsa minn tariffi, dues, dazji tad-dwana, taxxi ta' mportazzjoni, u taxxi jew ħlasijiet simili mposti mill-Ukrajna. Sabiex jerċievi eżenzjonijiet skond dan il-paragrafu, prodotti, provvisti, u propjeta oħra jridu jiġu jew speċifikati fi ftehim ta' proġett jew jiġu ċertifikati mid-direttur eżekuttiv bħala oġġetti li jridu jintużaw miċ-Ċentru jew fi proġett taċ-Ċentru. Il-proċeduri għal ċertifikazzjonijiet bħal dawb għandhom jiġu deskritti fl-Istatut;

(ċ) fondi rċevuti minn persuni naturali u legali, inklużi organizzazzjonijiet xjentifiċi Ukrajnjani jew xjentisti u speċjalisti, f'konnessjoni mal-proġetti u l-attivitajiet taċ-Ċentru, m'għandhomx jiġu soġġetti għal tassazzjoni jew ħlasijiet oħra mill-Gvern ta' l-Ukrajna jew xi sottodiviżjoni tiegħu;

(ii) (a) iċ-Ċentru, gvernijiet, organizzazzjonijiet intergovernmentali, u organizzazzjonijiet li mhumiex governattivi għandu jkollhom id-dritt li jmexxu fondi li għandhom x'jaqsmu maċ-Ċentru u l-proġetti jew l-attivitajiet tiegħu, għajr il-munita lokali fl-Ukrajna, għal ġo jew għal barra mill-Ukrajna mingħajr restrizzjoni, kull wieħed f'ammonti li ma jaqbiżx l-ammont totali huwa mmexxi għal ġo l-Ukrajna;

(b) biex jiffinanzja liċ-Ċentru u l-proġetti u l-attivitajiet tiegħu, iċ-Ċentru għandu jiġi ntitolat, għalih innifsu u f'isem l-entitajiet riferiti f'punt (a), li jbigħ muniti barranin fl-Ukrajna.

Artikolu XI

A. Il-partijiet għandhom jikoperaw mill-viċin sabiex jiġi faċilitat il-ħlas ta' proċedimenti legali u pretensjonijiet skond dan l-Artikolu.

B. Jekk jiġi miftiehem mod ieħor, il-Gvern ta' l-Ukrajna għandu, rigward proċedimenti legali u pretensjonijiet minn persuni ta' nazzjonalita Ukrajnjana jew organizzazzjonijiet, oħra għajr pretensjonijiet kontrattwali, li jinħolqu mill-azzjonijiet jew ommissjonijiet taċ-Ċentru jew il-personal tiegħu fil-qadi ta' l-attivitajiet taċ-Ċentru:

(i) ma jġibx proċedimenti legali kontra ċ-Ċentru u l-personal tiegħu;

(ii) jassumi responsabbilta biex jitratta ma' proċedimenti legali u pretensjonijiet li jinġiebu minn dak imsemmi iktar ‘il fuq kontra ċ-Ċentru u l-personal tiegħu, u

(iii) iżomm iċ-Ċentru u l-personal tiegħu bla periklu rigward proċedimenti legali u pretensjonijiet riferiti fis-sottoparagrafu (ii).

Ċ. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jipprevjenu kumpens jew indemnita disponibbli skond ftehimijiet internazzjonali applikabbli jew liġi nazzjonali ta' xi Stat.

D. Xejn fil-paragrafu (B) m'għandu jinftiehem bħala li jipprevjeni proċedimenti legali jew pretensjonijiet kontra persuni ta' nazzjonalita Ukrajnjana.

Artikolu XII

A. Personal tal-Gvern ta' l-Istati Uniti, il-Gvern Kanadiż, u l-Gvern Svediż li huma preżenti fl-Ukrajna f'konnessjoni maċ-Ċentru jew il-proġetti u l-attivitajiet tiegħu għandu jingħata mill-Gvern ta' l-Ukrajna status ekwivalenti għal dak mogħti staff amministrattiv u tekniku skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi tat-18 ta' April 1961.

B. Personal taċ-Ċentru għandu jingħata mill-Gvern ta' l-Ukrajna il-provileġġi u l-immunitajiet li ġejjin, li huma normalment mogħtija lil impjegati ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, jiġifieri:

(i) immunita minn arrest, żamma, u proċedimenti legali, inkluż ġurisdizzjoni kriminali, ċivili u amministrattiva rigward kliem li jkun intqal jew ġie miktub minnhom infushom jew xi azzjonijiet mwettqa fil-kors tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom;

(ii) eżenzjoni minn xi dħul, sigurta soċjali, jew dazji oħra tassazzjoni, dazji tad-dwana, jew ħlasijiet oħra fuq dħul li jiġi minn attivitajiet taċ-Ċentru, minbarra dawk li normalment huma nkorporati fil-prezz ta' oġġetti jew mħallsa għal servizzi mogħtija;

(iii) immunita minn disposizzjonijiet ta' sigurta soċjali, restrizzjonijiet ta' immigrazzjoni, u reġistrazzjoni aljena, u

(iv) id-dritt għal importazzjoni ta' l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom, fil-waqt li jieħdu l-post tagħhom għall-ewwel darba, ħieles minn tariffi Ukrajnjani, dues, dazji tad-dwana, taxxi ta' importazzjoni, u taxxi jew ħlasijiet oħra simili.

Ċ. Rappreżentattivi tal-partijiet fil-Bord li Jirregola, id-direttur eżekuttiv, u d-diretturi deputati eżekuttivi għandhom jingħataw mill-Gvern ta' l-Ukrajna, b'żieda mal-privileġġi u l-immunitajiet mniżżla f'lista f'paragrafi (A) u (B) ta' dan l-Artikolu, il-privileġġi, l-immunitajiet, l-eżenzjonijiet u l-faċilitajiet mogħtija lil rappreżentattivi ta' membri u kapijiet eżekuttivi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali bi qbil mal-liġi internazzjonali.

D. Kull parti tista' tgħarraf lid-direttur eżekuttiv b'xi persuna, oħra għajr dawk f'paragrafi (A) u (Ċ), li se tkun fl-Ukrajna f'konnessjoni mal-proġetti u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Parti li tagħmel notifika bħal din għandha tgħarraf lil persuni bħal dawn bid-dmir tagħhom li jirrispettaw il-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Ukrajna. Id-direttur eżekuttiv għandu jgħarraf lill-Gvern ta' l-Ukrajna, li għandu jagħti lil persuni bħal dawn il-privileġġi desdritti fis-sottoparagrafi (ii) sa (iv) ta' paragarfu (B) ta' dan l-Artikolu.

E. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jirrikjedi lill-Gvern ta' l-Ukrajna li jipprovdi l-privileġġi u l-immunitajiet provvduti f'paragrafi (A), (B), u (Ċ) ta' dan l-Artikolu lill-persuni ta' nazzjonalita tiegħu.

F. Mingħajr preġudizzju għall-privileġġi, l-immunitajiet, u benefiċċji oħra provvduti hawn fuq, huwa d-dmir ta' persuni li jgawdu privileġġi, immunitajiet, u benefiċċji skond dan l-Artikolu li jirrispettaw il-liġijiet u r-regolament ta' l-Ukrajna.

G. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jinftiehem li jidderoga minn privileġġi, immunitajiet, u benefiċċji oħra mogħtija lil personal deskritt f'paragrafi (A) u (D) skond ftehimijiet oħra.

Artikolu XIII

Kull Stat li jixtieq isir parti minn dan il_Ftehim għandu jgħarraf lill-Bord li Jirregola permezz tad-direttur eżekuttiv. Il-Bord li Jirregola għandu jipprovdi Stat bħal dan b'kopji attestati ta' dan il-Ftehim permezz tad-direttur eżekuttiv. Ma' l-approvazzjoni mill-Bord li Jirregola, dak l-Istat għandu jiġi permess li jifforma parti minn dan il-Ftehim. Fil-każ li Stat jew Stati ta' l-Unjoni Sovjetika ta' qabel jiffurmaw parti minn dan il-Ftehim, dak l-Istat jew dawk l-Istati għandhom jikkonformaw ma' l-obbligazzonijiet li jkunu ndaħħlu għalihom il-Gvern ta' l-Ukrajna fl-Artikoli VIII, IX(Ċ), u X sa XII.

Artikolu XIV

Għalkemm xejn f'dan il-Ftehim ma jillimita d-drittijiet tal-partijiet li jsegwu proġetti mingħajr ma jduru lejn iċ-Ċentru, il-partijiet għandhom jagħmlu l-aħjar tagħhom biex jużaw iċ-Ċentru meta jsegwu proġetti ta' karattru u għanijiet xierqa għaċ-Ċentru.

Artikolu XV

A. Dan il-Ftehim għandu jkun soġġetti li jiġi rivedut mill-partijiet sentejn wara d-dħul fis-seħħ. Din ir-reviżjoni għandha tqis l-irbit finazjarju u pagamenti tal-partijiet.

B. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat f'kull ħin permezz ta' Ftehim bil-miktub tal-partijiet kollha.

Ċ. Kull parti tista' tirtira f'kull waqt minn dan il-Ftehim sitt xhur wara notifika bil-miktub lill-partijiet l-oħra.

Artikolu XVI

Kull domanda jew kwistjoni disputibbli għall-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tkun is-suġġett ta' konsultazzjoni bejn il-partijiet.

L-Artikolu XVII

Bil-ħsieb li jiġu finanzjati proġetti kemm jista' jkun malajr, il-firmatarji għandhom jistabbilixxu l-proċeduri interim meħtieġa sa' l-adozzjoni ta' l-Istatut mill-Bord li Jirregola. Dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, il-ħatra ta' direttur eżekuttiv u personal meħtieġ u l-istabbilizzazzjoni ta' proċeduri għas-sottomissjoni, reviżjoni, u approvazzjoni ta' proġetti.

Artikolu XVIII

A. Kull firmatarju għandu jgħarraf lill-oħrajn permezz ta' mezzi diplomatiċi li jkun lesta l-proċeduri kollha interni meħtieġa biex jiġu marbuta minn dan il-Ftehim.

B. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara d-data ta' l-aħħar notifika deskritta fil-paragrafu (A).

Bħala xhud li l-fimatarju hawn taħt, awtoriżżat għal dan, ffirma dan il-Ftehim.

Magħmul f'Kiev, fil-25 ta' Ottubru 1993, f'oriġinal waħdieni, fil-lingwa Ingliża, Franċiża, u Ukrajnjana, b'kull test ugwalment awtentiku.

GĦALL-KANADA:

+++++ TIFF +++++

GĦAR-RENJU TA' L-ISVEZJA:

+++++ TIFF +++++

GĦALL-UKRAJNA:

+++++ TIFF +++++

GĦALL-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA:

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet