21998A0310(01)



Official Journal L 070 , 10/03/1998 P. 0010 - 0022


Ftehim

dwar id-disposizzjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana

(98/185/Euratom)

IL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Komunità", u

L-ORGANIZZAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP TA' L-ENERĠIJA TAL-PENIŻOLA KOREANA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO",

Billi l-Komunità u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw l-għanijiet tal-Parametru Miftiehem bejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-"DPRK"), iffirmat f'Ġeneva fil-21 ta' Ottubru 1994;

Billi KEDO kienet stabbilita skond il-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana, li ngħata bidu fi New York fid-9 ta' Marzu 1995 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim KEDO") fost il-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Korea, Ġappun u l-Istati Uniti ta' l-Amerika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Membri Oriġinali");

Billi l-Komunità hija lesta li tikkopera mal-Membri Oriġinali billi tieħu l-passi neċessarji biex timplimenta l-għanijiet ta' KEDO u, għal dak il-għan, saret Membru ta' KEDO skond l-Artikolu V(b) u XIV(b) tal-Ftehim KEDO, kif emendat, fis-seħħ … 199…;

Billi l-Bord Eżekuttiv ta' KEDO, filwaqt li jinnota l-intenzjoni tal-Komunità li tikkontribwixxi lil KEDO 15-il miljun ECU kull sena għal ħames snin, iddeċieda skond l-Artikolu VI(b) tal-Ftehim KEDO, kif emendat, illi kontribuzzjonijiet bħal dawn jikkostitwixxu appoġġ sostanzjali u sostenut għal KEDO,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Bord eżekuttiv

1. Skond l-Artikolu VI(b) tal-Ftehim KEDO, kif emendat, il-Komunità għandha tkun rappreżentata fil-bord eżekuttiv ta' KEDO għal perjodu ta' żmien li jikkoinċidi ma' l-appoġġ sostanzjali u sostenut tal-Komunità lil KEDO.

2. Bħala membru tal-bord eżekuttiv, il-Komunità għandha tieħu sehem fl-attivitajiet tal-bord eżekuttiv bl-istess drittijiet u obbligazzjonijiet tal-membri l-oħra tal-bord eżekuttiv, kif deskritt fil-Ftehim KEDO, kif emendat.

Artikolu 2

Kumitati konsultattivi

Rappreżentazzjoni mill-Komunità dwar kumitati konsultattivi ta' KEDO taħt l-Artikolu IX(b) tal-Ftehim KEDO, kif irranġat, għandha tinkludi rappreżentazzjoni ta' kumitati konsultattivi dwar protezzjoni u sigurtà nukleari li jistgħu jiġu stabbiliti. Il-Komunità għandha wkoll tkun intitolata li tkun il-president ta' kumitati konsultattivi xierqa, skond ir-regoli relevanti u r-regolamenti ta' KEDO.

Artikolu 3

Persunal ta' KEDO

Persunal mill-Komunità għandu jkun maħtur f'posizzjonijiet adegwati meta mqabbel mal-persunal ta' KEDO.

Artikolu 4

Privileġġi u immunitajiet fid-DPRK

Il-persunal mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha mibgħut lid- DPRK minn KEDO, il-kuntratturi tagħha u s-sub kuntratturi huma intitolati għal privileġġi, immunitajiet, protezzjonijiet, eżenzjonijiet u faċilitajiet, kif xieraq, bi qbil mad-disposizzjonijiet rispettivi fil-Protokoll bejn KEDO u d-DPRK dwar l-istat ġuridiku, privileġġi u immunitajiet, u protezzjonijiet konsulari ta' KEDO fid-DPRK, iffirmat fi New York fil-11 ta' Lulju 1996, esegwit skond l-Artikolu IV tal-Ftehim fuq il-provvista ta' proġett ta' reattur tad-dawl u l-ilma (LWR) lil DPRK bejn KEDO u d-DPRK, iffirmat fi New York fil-15 ta' Diċembru 1995 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "Il-Ftehim tal-Provvista").

Artikolu 5

Distribuzzjoni Retta

Skond l-Artikolu III(i) tal-Ftehim KEDO, kif irranġat, il-Komunità għandha tkun intitolata li tipparteċipa fit-tqassim ta' xi fdalijiet ta' beni jew profitti minn KEDO b'mod rett skond il-kontribuzzjoni tagħha lejn KEDO.

Artikolu 6

Disposizzjoni għal protezzjoni

1. Fil-qasam ta' responsabbiltà nukleari, KEDO kisbet irbit vinkolanti legali mid-DPRK fl-Artikolu XI tal-Ftehim tal-Provvista, dwar, inter alia, għal indenizz li għandu jingħata mid-DPRK, assigurazzjoni ta' disposizzjoni nukleari jew sigurtà finanzjarja oħra li tkun assigurata mid-DPRK, u għandu jiġi implimentat mekkaniżmu legali mid-DPRK li jiggwida d-disposizzjoni nukleari esklussivament lejn min iħaddem, biex tipproteġi lilha nfisha, il-Membri tagħha, il-kuntratturi u s-sub kuntratturi tagħha, u l-persunal rispettiv tagħhom minn xi responsabbiltà ta' inġurja, telfa jew danni li jistgħu jirriżultaw minn inċidenti nukelari f'konnessjoni ma' fabbriki ta' LWR.

2. Responsabbiltà konvenzjonali għal xi inġurja, telfa jew danni li jistgħu jirriżultaw mill-attivitajiet jew ommissjonijiet ta' KEDO għandhom ikunu inxurjati taħt poloz t'assigurazzjoni xierqa.

Artikolu 7

Aspetti industrijali

1. Sub kuntratti għal porzjon xieraq tal-bilanċ tal-makkinarju ta' LWR ikunu imressqa għal offerta u premjati b'mod trasparenti mill-kuntrattur ewlieni, suġġett għad-disposizzjonijet u kondizzjonijiet li għandhom ikunu stipulati fil-kuntratt ewlieni, skond il-parteċipazzjoni ta' KEDO, permezz tal-Komunità, ta' l-Istat Membru tal-Komunità li fiha s-sub kuntrattur prospettiv huwa stabbilit.

2. Skond dak li kisbet mil-linji ta' gwida għal akkwisti pubbliċi minbarra l-akkwist pubbliku ewlieni għal proġett LWR, KEDO ssegwi proċess ġust u trasparenti fil-mod kif tassenja l-kuntratti tagħha stess għal merkanzija u s-servizzi li fihom impriżi tal-Komunità jkunu jistgħu jipparteċipaw bi sħiħ.

Artikolu 8

Verifika

Il-Komunità tkun intitolata li tivverifika n-nefqa tal-kontribuzzjoni tagħha ta' KEDO u, biex tagħmel hekk, jingħatalha aċċess b'mod approprjat, għal kontijiet finanzjarji rilevanti għal KEDO għal meta jintalbu.

Artikolu 9

Riżoluzzjoni għat-tilwim

Kull kwestjoni jew kontroversja li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjoni jew interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tkun suġġetta għal konsultazzjonijiet, negozjati jew proċeduri simili.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ ma' l-iffirmar mill-Komunità u KEDO.

Magħmul fi Brussel, 30 ta' Lulju 1997, f'żewġ oriġinali.

Għall-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

+++++ TIFF +++++

Magħmul fi New York, 19 ta' Settembru 1997, f'żewġ oriġinali.

Għall-Organizzazzjoni tal-Peniżola Koreana dwar l-Iżvilupp ta' l-Enerġija

+++++ TIFF +++++

Adeżjoni fil-Euratom: ittra miżjuda dwar ir-responsabbiltà

Brussel, 30 ta' Lulju 1997

Sinjur,

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni") tikkumplimenta lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO") u tixtieq li tirreferi għall-Artikolu VI tal-Ftehim fuq Disposizzjonijiet u Kondizzjonijiet tad-Dħul tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika lill-Organizzazzjoni tal-Peniżola Koreana dwar l-Iżvilupp ta' l-Enerġija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ bħala "il-Ftehim tad-Dħul").

Il-Kummissjoni tifhem illi KEDO għandha tipprovdi makkinarju sikur u ta' min jorbot fuqu b'teknoloġija moderna ppruvata li jikkonforma ma' sett ta' kodiċi u livelli ekwivalenti għal dawk ta' l-IAEA u ta' l-Istati Uniti u applikabbli għal makkinarju nukleari ta' livell, kif mitlub fl-Artikolu I tal-Ftehim fuq provvista tal-proġett tar-reattur tad-dawl u l-ilma lir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea bejn l-Organizzazzjoni ta' l-Iżvilupp tal-Peniżola Koreana u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim tal-Provvista") iffirmat fi New York fil-15 ta' Diċembru 1995, u li KEDO ma tkunx maħtura "operatur" tal-makkinarju fil-kuntest tad-disposizzjoni nukleari.

Il-Kummissjoni tifhem illi taħt l-Artikolu XIII(b) tal-Ftehim ta' l-istabbiliment ta' l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana, kif irranġat, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Komunità"), bħal Membri oħra ta' KEDO, ma għandhomx ikunu responsabbli minħabba l-istat tagħhom jew parteċipazzjoni bħala Membri, għal atti, ommissjonijiet jew obbligazzjonijiet ta' KEDO.

B'konnessjoni ma' l-obbligi ta' l-irbit vinkolanti mar-Repubblika Koreana tal-Poplu Demokratiku (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ id-"DPRK") imsemmi fl-Artikolu VI tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni, il-Kummissjoni tifhem ukoll illi dawn il-fatti jkunu suġġetti għal negozjati li jistgħu jsiru aktar ‘il quddiem bejn KEDO u d-DPRK, inkluż l-eżekuzzjoni tal-protokoll vinkolanti legalizzat meħtieġ fl-Artikolu XI tal-Ftehim tal-Provvista.

Il-Kummissjoni tifhem ukoll illi l-Istati Membri tal-Komunità, minħabba li huma membri fil-Komunità, konsegwentament għandhom igawdu mill-protezzjoni msemmija fl-Artikolu VI tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni.

Il-Kummissjoni tifhem illi l-istess livell ta' responsabbilità għal protezzjoni msemmija fl- Artikolu VI ta' l-Ftehim ta' l-Adeżjoni għandha tiġi stabbilita f'relazzjoni ma' kull ħsara nukleari li tista' tirriżulta minn xi danni li jistgħu jiġru matul it-trasport ta' materjal nukleari minn u lejn il-makkinarju tar-reatturi tad-dawl u l-ilma fid-DPRK.

Il-Kummissjoni tifhem ukoll illi KEDO ma għandha tibgħat l-ebda immuntar ta' fjuwil għad-DPRK bil-baħar kemm-il darba l-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu XI tal-Ftehim tal-Provvista jintlaħqu.

Finalment, il-Kummissjoni tifhem illi KEDO għandha l-ħsieb li tistabbilixxi grupp li jaħdem fuq kwistjonijiet ta' responsabbiltà.

Il-Kummissjoni tapprezza konferma mingħand KEDO illi taqbel mal-ftehim iddikjarat f'din l-ittra.

Il-Kummissjoni tinqeda b'din l-opportunità biex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-akbar konsiderazzjoni tagħha lejn KEDO.

Għall-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

+++++ TIFF +++++

It-tweġiba ta' KEDO

fid-19 ta' Settembru 1997.

L-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO") tagħmel il-kumplimenti tagħha lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni") u għandha l-unur tgħarraf li rċiviet ta' l-ittra tat-30 ta' Lulju 1997 mill-Kummissjoni li tirreferi għall-Artikolu VI tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana. Kopja ta' dik l-ittra hija mehmuża [1].

KEDO tixtieq tiddikjara illi taqbel mal-fehmiet mniżżla f'dik l-ittra.

KEDO tinqeda b'din l-opportunità biex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-akbar konsiderazzjoni tagħha lejn il-Kummissjoni.

Għall-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp tal-Peniżola Koreana.

+++++ TIFF +++++

Ittra miżjuda dwar ir-rappreżentazzjoni tal-Komunità

Brussel, 30 ta' Lulju 1997

Sinjur,

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni") tagħmel il-kumplimenti tagħha lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO") u tixtieq tirreferi għall-Artikoli VI(b) u VIII tal-Ftehim dwar it-twaqqif ta' l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana, kif emendat, (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim KEDO, kif emendat").

B'konnessjoni ma' l-Artikolu VI(b) tal-Ftehim KEDO, kif emendat, il-Kummissjoni tikkonferma illi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Komunità"), għandha tkun rappreżentata quddiem il-bord eżekuttiv minn rappreżentant wieħed, iżda r-rappreżentazzjoni tista' timxi bejn żewġ persuni nominati mill-Komunità, persuna mill-Kummissjoni u l-oħra mill-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant,persuna waħda biss mit-tnejn, nominati għandha tagħmilha f'kull ħin ta' rappreżentat tal-Komunità fil-bord eżekuttiv. Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll illi l-Komunità għandha tieħu r-responsabbiltà li tagħżel liema miż-żewġ persuni għandha taħdem f'kull ħin fuq l-attivitajiet tal-bord eżekuttiv.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma illi din għandha tkun l-unika persuna li wieħed jista' jikkuntattja għal komunikazzjonijiet uffiċjali meħtieġa m'attivitajiet tal-bord eżekuttiv.

B'konnessjoni ma' l-Artikolu VIII tal-Ftehim KEDO, kif emendat, il-Kummissjoni tifhem illi referenzi għaċ-ċittadini ta' membri ta' bord eżekuttiv jinkludu, fil-każ ta' membri ta' bord eżekuttiv illi huma organizzazzjonijiet internazzjonali (li jinkludu organizzazzjonijet ta' integrazzjoni reġjonali), ċittadini ta' l-istati membri ta' organizzazzjonijet internazzjonali bħal dawn.

Il-Kummissjoni tapprezza konferma mingħand KEDO li taqbel mal-ftehim iddikjarat f'din l-ittra.

Il-Kummissjoni tinqeda b'din l-opportunità biex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-akbar konsiderazzjoni tagħha lejn KEDO.

Għal Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

+++++ TIFF +++++

It-tweġiba ta' KEDO

fid-19 ta' Settembru 1997.

L-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO") tagħmel il-kumplimenti tagħha lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni") u għandha l-unur tgħarraf li rċeviet l-ittra tat-30 ta' Lulju 1997 mill-Kummissjoni li tirreferi għall-Artikoli VI(b) u VIII tal-Ftehim ta' l-istabbiliment ta' l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana. Kopja ta' dik l-ittra hija mehmuża [2].

KEDO tixtieq tiddikjara li hija taqbel mal-fehmiet miktuba f'dik l-ittra.

KEDO tinqeda b'din l-opportunità biex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-akbar konsiderazzjoni tagħha lejn il-Kummissjoni.

Għall-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana.

+++++ TIFF +++++

Ittra miżjuda fuq aspetti ta' l-industrija

Brussel, 30 ta' Lulju 1997

Sinjur,

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni") tagħmel il-kumplimenti tagħha lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO") u tixtieq tirreferi għall-Artikolu VII tal-Ftehim fuq disposizzjonjiet u kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' l-Adeżjoni").

Il-Kummissjoni tixtieq tinnota illi fl-Unjoni Ewropea hemm kompetenzi magħrufa f'oqsma bħal studji fl-inġinerija atomika, sigurtà fl-użu ta' reattur, salvagwardji, sistemi ta' kontroll tal-kontabilità tal-materjal nukleari, aspetti ta' protezzjoni fiżika u taħriġ kif ukoll għal provvedimenti ta' infrastrutturi simili, materjal nukleari u għal xi żmien biss alternattivi ta' l-enerġija, u li dawn il-kompetenzi jkunu disponibbli għal KEDO, kif xieraq, biex tkabbar l-għanijiet tagħha.

B'konnessjoni ma' l-implimentazzjoni ta' Artikolu VII tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni, il-Kummisssjoni tixtieq tiddikjara l-fehma tagħha tal-prinċipji ġenerali li nkisbu għall-proġett tar-reattur tad-dawl u l-ilma (LWR), kif ġej:

- kumpanniji bbażati f'Istati Membri KEDO u f'Istati Membri t'organizzazzjonijiet internazzjonali li huma membri ta' KEDO, ikunu jistgħu jipparteċipaw fi proċess ta' kisba ġusta u miftuħa fl-għamla ta' offerta kompetittiva fuq il-porzjon xieraq tal-bilanċ tal-makkinarju ta' LWR [3],

- il-kumpanniji kollha prekwalifikati mill-Korporazzjoni tal-Qawwa Elettrika Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEPCO") jiftiehmu b'notifika f'waqtha u adegwata dwar il-proċess ta' offerta għas-sub kuntratti xierqa kollha kif ukoll bħala opportunità ugwali li tagħmel offerta,

- KEPCO, f'konsultazzjoni ma' KEDO, għandha tistabbilixxi l-kriterji tal-prekwalifika tal-persuna li tagħmel l-offerta fid-dawl t'abbiltajiet tekniċi, prestazzjoni tal-passat, esperjenza relevanti, kondizzjoni finanzjarja u assigurazzjoni ta' kapaċita kwalitattiva,

- kriterju ta' l-għan se jkun stabbilit kif determinat minn KEPCO, f'konsultazzjoni ma' KEDO għall-iskop li jevalwa l-offerti li jsiru għal sub kuntratti xierqa, li jinkludu:il-prezz li jipproponi min jagħmel l-offerta u konformità tat-talba teknika għall-ispeċifikazzjoni tax-xiri; kwalità proposta, skeda ta' kunsinja u pjan ta' ħidma: u l-kobor tal-kontribuzzjoni lil KEDO ta' stat membru KEDO jew organizzazzjoni internazzjonali li hija membru ta' KEDO li fiha jinsab min jagħmel l-offerta u l-kobor tas-sub kuntratti diġà ngħata lil kumpanniji minn dawn il-membri,

- qabel ma tispiċċa l-offerta, KEPCO tagħti is-sub kuntratt relevanti lil persuna li l-offerta tagħha tkun ġiet evalwata bħala l-inqas waħda fost l-aktar persuni li jagħmlu l-offerti kwalifikati bbażata fuq il-kriterju ta' l-għan,

- il-proċess ta' kisba jkun miftiehem bejn KEDO u KEPCO, u mmexxi minn KEPCO. Il-bord eżekuttiv se japprova riżoluzzjoni fuq prinċipji ta' kisba, inkluż dawk imsemmija hawn fuq. KEDO għandha tiżgura konformità mal-prinċipji msemmija hawn fuq, mingħajr preġudizzju għall-abbiltà ta' KEPCO fl-amministrazzjoni ġenerali tal-proġett, bħala l-kuntrattur prinċipali.

Bħala membru ta' KEDO, il-Komunità għandha tkun mgħammra regolarment b'lista tas-sub kuntratti kollha disponibbli għall-parti xierqa tal-bilanċ tal-makkinarju tal-LWR u tinżamm infurmata dwar l-impriżi li jkunu ngħataw sub kuntratti bħal dawn.

Il-Kummissjoni tapprezza konferma ta' KEDO illi hija taqbel ma' l-ideat li huma dikjarati f'din l-ittra.

Il-Kummissjoni tinqeda b'din l-opportunità biex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-akbar konsiderazzjoni tagħha lejn KEDO.

Għal Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

+++++ TIFF +++++

It-tweġiba ta' KEDO

fid-19 ta' Settembru 1997.

L-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO") tagħmel il-kumplimenti tagħha lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni") u għandha l-unur tgħarraf li rċeviet l-ittra tat-30 ta' Lulju 1997 mingħand il-Kummissjoni li tirreferi għall-Artikolu VII tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana. Kopja ta' dik l-ittra hija mehmuża [4].

KEDO tixtieq tiddikjara illi taqbel ma' l-ideat reġistrati f'dik l-ittra.

KEDO tinqeda b'din l-opportunità biex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-akbar konsiderazzjoni tagħha lejn il-Kummissjoni.

Għall-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana

+++++ TIFF +++++

Ittra Miżjuda ta' ftehim finanzjarju

dwar proċeduri ta' pagament u ħtiġijiet ta' akkontabilità u verifika

Brussel, 30 ta' Lulju 1997

Sinjur,

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni") tagħmel il-kumplimenti tagħha lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO", u tixtieq tirreferi għall-Ftehim fuq disposizzjonijiet u kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana, (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim ta' l-Adeżjoni").

Il-Kummissjoni tixtieq tiddikjara l-proċeduri ta' pagament u u ħtiġijiet ta' akkontabilità u verifika li jkunu segwiti b'konnessjoni mal-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Komunità"), inklużi dawk li huma msemmija fl-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni.

Proċeduri ta' pagament

1. Il-kontribuzzjoni ta' kull sena tal-Komunità għandha titħallas mill-Kummissjoni fit-30 ta' Ġunju ta' kull sena kalendarja jew fis-sena ta' l-għeluq tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni ta' l-iktar data kmieni possibbli skond ir-regoli finanzjarji tal-Kummissjoni.

Il-pagamenti għandhom isiru bi trasferiment lejn kont bankarju li fih jiżdiedu l-interessi ta' KEDO.

Il-pagamenti għandhom ikunu meqjusa li jkunu saru fid-data li jkunu debitati fil-kont tal-Kummissjoni.

2. Il-pagamenti kollha se jsiru f'ecu.

3. Il-Kummissjoni tista', wara li tavża lil KEDO, tiddifferixxi pagament ta' kontribuzzjoni jekk ir-rendikont tal-verifika finanzjarja għas-sena ta' qabel jew id-dikjarazzjoni ta' l-liberazzjoni għall-kontribuzzjoni ta' qabel ma tkunx għadha ġiet irċivuta. Dikjarazzjoni ta' liberazzjoni ifisser dikjarazzjoni ta' l-istat f'kull ħin, mfissra f'dollari Amerikani, tal-fondi li ngħataw mill-Kummissjoni, inkluż rendikont ta' l-ammont u natura ta' ħruġ li jsir u kull somma li tkun għadha miżmuma minn KEDO. Meta l-pagament ivarja sew, il-Kummissjoni ma tkunx responsabbli li tħallas ebda interessi jew kumpensi ta' kull tip.

4. KEDO trodd lura parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat wara t-tmiem tal-Ftehim dwar it-twaqqif ta' l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim KEDO", kif emendat) fi qbil ma' l-Artikolu III(i) tal-Ftehim, KEDO, kif emendat. KEDO se tonfoq il-kontribuzzjoni tal-Komunità fuq oġġetti u attivitajiet li jaqgħu taħt il-kondizzjonijiet tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni u fi qbil mar-regoli u regolamenti ta' KEDO.

Ħtiġijiet ta' l-akkontabilità

1. KEDO għandha tipprovdi dikjarazzjoni ta' liberazzjoni lill-Kummissjoni meta tirċievi l-kontribuzzjoni u fil-31 ta' Marzu ta' kull sena, jew fiż-żmien meta l-kontribuzzjoni tkun liberata kompletament, liema minn dawn jiġi l-ewwel. Fejn rilevanti, dikjarazzjoni ta' liberazzjoni ċċertifikat b'mod korrett mill-kuntratturi jkunu mibgħuta wkoll.

2. KEDO għandha wkoll:

- iżżomm kontijiet bid-dati u separati dwar il-kontribuzzjoni permezz ta' dokument ta' l-akkontabilità li fih ikollu lista ta' dħul u nfiq relatat ma' l-użu magħmul mill-kontribuzzjoni tal-Komunità,

- iżżomm sistema finanzjarja akkurata kapaċi li tivverifika d-dikjarazzjonijiet kollha tal-liberazzjoni li jikkonċernaw l-attivitajiet finanzjati mill-Komunità,

- iżżomm reġistri, li jinkludu traċċi ċari ta' verifika, li għandhom x'jaqsmu ma' l-infiq t'ammont tal-kontribuzzjoni tal-Komunità u li żżomm dawn ir-reġistri u dokumenti għal perjodu ta' ħames (5) snin mid-data ta' l-aħħar pagament li jkun sar mill-Kummissjoni,

- fuq talba, tipprovdi lill-gruppi kompetenti tal-Komunità jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħha l-informazzjoni finanzjarja rilevanti kollha li tikkonċerna oġġetti jew xogħol finanzjat mill-kontribuzzjoni tal-Komunità sew jekk huma esegwiti minn KEDO jew, kif rilevanti, mill-kuntratturi jew sub kuntratturi tagħha, u

- fuq talba, tipprovdi kopji u siltiet mill-kontijiet, reġistri u dokumenti oħra b'relazzjoni man-nefqa mill-kontribuzzjoni tal-Komunità.

3. Kull interessi li jinqalgħu mill-kont bankarju ta' KEDO mill-kontribuzzjoni tal-Komunità jistgħu jintużaw minn KEDO.

4. It-transazzjonijiet finanzjarji, proċeduri ta' l-akkontabilità, u dikjarazzjonijiet ta' liberazzjoni għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri tal-verifiki interni u esterni stabbiliti fir-regolamenti, regoli u direttivi ta' KEDO.

5. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità tiġi mniżżla fil-kont bħala għotja mill-Komunità għal raġunijiet deskritti fil-Ftehim ta' l-Adeżjoni.

Ħtiġijiet ta' verifika

1. Il-Kummissjoni tinnota illi verifika esterna indipendenti ta' KEDO issir kull sena u li membri ta' KEDO jirċievu kopja tar-rapport ta' l-awditur hekk kif ikun disponibbli.

2. Bi qbil mar-regolament finanzjarju, kif tista' tkun irranġata, il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunità Ewropea ikunu intitolati li jmexxu verifika tal-kontribuzzjoni tal-Komunità, inkluż fuq is-sit, eż., fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

Riżoluzzjoni tal-Tilwim

L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni għandu japplika għal kull tilwima li tinqala' b'konnessjoni mal-proċeduri ta' pagamenti u ħtiġijiet ta' akkontabilità u ħtiġijiet ta' verifika f'din l-ittra. Il-Kummissjoni u KEDO jistgħu wkoll jiftiehmu li jista' japplika l-arbitraġġ.

Oħrajn

1. F'każ ta' sospensjoni tal-Ftehim ta' l-Adeżjoni, jew jekk KEDO tonqos milli tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha skond ‘il-ħtiġijiet ta' l-"Akkontabilità" u "ħtiġijiet ta' Verifika" kif spjegat hawn fuq u tonqos milli tagħti spjegazzjoni valida bil-miktub dwar ir-raġunijiet għal dan in-nuqqas, il-Kummissjoni tista' tissospendi unilateralment il-kontribuzzjoni lil Komunità.

2. Il-Komunità ma tkunx responsabbli għal infiq ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha.

Il-Kummissjoni tapprezza konferma tal-ftehim ta' KEDO ta' l-arranġamenti ddikjarati f'din l-ittra.

Il-Kummissjoni tinqeda b'din l-opportunità biex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-akbar konsiderazzjoni tagħha lejn KEDO.

Għal Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

+++++ TIFF +++++

Tweġiba ta' KEDO

fid-19 ta' Settembru 1997.

L-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "KEDO") tagħmel il-kumplimenti tagħha lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni") u għandha l-unur li tgħarraf li rċeviet l-ittra tat-30 ta' Lulju 1997 mill-Kummissjoni li tiddiskrivi l-proċeduri ta' pagament u l-ħtiġijiet ta' akkontabilità u verifika b'konnessjoni mal-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana, kif deskritt fil-Ftehim dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana. A [5].

KEDO tixtieq tiddikjara l-ftehim tagħha skond l-arranġamenti ddikjarati f'dik l-ittra.

KEDO tinqeda b'din l-opportunità biex iġġedded l-assigurazzjonijiet ta' l-akbar konsiderazzjoni tagħha lejn il-Kummissjoni.

Għall-Organizzazzjoni dwar l-Iżvilupp ta' l-Enerġija tal-Peniżola Koreana

+++++ TIFF +++++

[1] Ara paġna 13 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] Ara paġna 13 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] Ara paġna 15 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] Il-frażi "bilanċ tal-makkinarju" f'din l-ittra miżjuda tfisser l-apparat u l-materjal kollu mixtri mill-kuntrattur prinċipali meħtieġ biex jitlestew faċilitajiet li jiġġeneraw enerġija nukleari bl-eċċezzjoni tas-sistema tal-provvista ta' l-istim nukleari u ġeneratur turbina.

[5] Ara paġna 20 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet