21997D0710(07)



Official Journal L 182 , 10/07/1997 P. 0037 - 0038


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 8/97

tal-10 ta' Marzu 1997

li temenda l-Anness XIII (Trasport) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħil-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 22/96 [1] tas-26 ta' April 1996;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 94/72/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 li temenda d-Direttiva 91/439/KEC dwar il-liċenzi tas-sewqan [2], u d-Direttiva tal-Kunsill 96/47/KE tat-23 ta' Lulju 1996 li temenda d-Direttiva 91/439/KEE swar liċenzi tas-sewqans [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 24a (Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

", kif emendata b':

- 394 L 0072: id-Direttiva tal-Kunsill 94/72/KE tad-19 ta' Diċembru 1994 (ĠU L 337, ta' l-24.12.1994, p. 86),

- 396 L 0047: id-Direttiva tal-Kunsill 96/47/KE tat-23 ta' Lulju 1996 (ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 1)."

.

2. L-adattamenti (a) u (b) fil-punt 24a (Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE) tal-Anness XIII għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"(a) l-Istati EFTA għandhom jintroduċu liċenza nazzjonali tas-sewqan skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Huma jistgħu joħorġu liċenzi tas-sewqan ibbażati fuq mudell minbarra dak tal-Komunità deskritt fl-Anness I jew Ia li jinsab mad-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1997;

(b) mill-1 ta' Jannar 1998, l-Isttai EFTA għandhom joħorġu liċenzi tas-sewqan ibbażati fuq il-mudell deskritt fl-Anness Ia u adattati kif ġej:

(i) fil-Punt 2 tal-Anness Ia, is-sentenza introduttorja fl-ittra (ċ) li tirrigwarda l-ewwel paġna tal-liċenza għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:"is-sinjal li jiddistingwi tal-Istat EFTA li joħroġ il-liċenza imdawwar bl-elissi imsemmi fl-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni tan-N.U. dwar it-traffiku fit-toroq tat-8 ta' Novembru 1968 (bl-istess sfond bħall-liċenza tas-sewqan); is-sinjali li jiddistingwu għandhom ikunu kif ġej:";

(ii) fil-Punt 2 tal-Anness Ia, dan li ġej għandu jiżdied mal-ittra (ċ) fir-rigward tal-ewwel paġna tal-liċenza:

"IS Islanda

FL Liechtenstein

N: Norveġja";

(iii) fil-Punt 2 tal-Anness Ia, il-kliem "mudell tal-Komunitajiet Ewrope" fl-ittra (e) fir-rigward tal-ewwel paġna tal-liċenza għandha tiġi mibdula bi "mudell ŻEE";

(iv) fil-Punt 2 tal-Anness Ia, dan li ġej għandu jiżdied mal-ittra (e) fir-rigward tal-ewwel paġna tal-liċenza:

"Ökuskírteini"

"Førerkort/Førarkort";

(v) fil-Punt 2 tal-Anness Ia, l-ittra (f) fir-rigward tal-ewwel paġna tal-liċenza ma għandhiex tgħodd;

(vi) fil-Punt 2 tal-Anness Ia, il-kliem "Islandiża jew Norveġiża" għandhom jiżdiedu fl-ittra (b) fir-rigward tat-tieni paġna tal-liċenza wara l-kelma "Svediża".

(ċ) l-Artikolu 2(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"Il-liċenzi tas-sewqan tal-Istati EFTA għandu jkun fihom is-sinjali li jiddistingwi tal-Istat li joħroġ il-liċenza. Is-sinjali rispettivi li jiddistingwu huma: IS (Islanda), FL (Liechtenstein), N (Norveġja).""

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 94/72/KE u tad-Direttiva tal-Kunsill 96/47/KE fil-lingwi tal;-Islanda u tan-Norveġja, li huma annessi mal-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 1997, kemm-il darba li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Marzu 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

C. Day

[1] ĠU L 186, tal-25.7.1996, p. 73.

[2] ĠU L 337, ta' l-24.12.1994, p. 86.

[3] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 1.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet