21995A1230(12)


Titolu u referenza

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ekwador dwar prekursuri u sustanzi kimiċi li huma użati ta' spiss fil-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropikali

 ĠU L 324, 30.12.1995, p. 19–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
 Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Chapter 11 Volume 23 P. 261 - 268
 Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Chapter 11 Volume 12 P. 157 - 164
 Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Chapter 11 Volume 12 P. 157 - 164

Test

BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
html html html html html html html html html   html html html html html html html html html   html html html
pdf   pdf     pdf           pdf pdf pdf pdf   pdf   pdf pdf pdf    

Lingwa awtentika

Dati

Klassifikazzjonijiet

Informazzjoni varja

Relazzjoni bejn id-dokumenti

Test

Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV

Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Ekwador dwar prekursuri u sustanzi kimiċi li huma użati ta' spiss fil-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropikali

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn "il quddiem msemmija bħala il-Komunità" fuq naħa, u

IR-REPUBBLIKA TA' L-EKWADOR,

hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa l-Ekwador", fuq in-naħa l-oħra,

hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa l-Partijiet Kontraenti",

DETERMINATI li ma jħallux u jikkombattu l-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropikali billi jikkontrollaw il-provvista ta' prekursuri u sustanzi kimiċi użati ta' spiss għal skopijiet bħal dawn;

GĦARFU l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijet Uniti ta' l-1988 kontra t-Traffikar Illegali ta' Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropikali;

QABLU mar-Rapport finali tat-Task Force ta' l-Azzjoni Kemikali (CATF), approvat mis-Summit Ekonomiku tal-G-7 ta' Londra tal-15 ta' Lulju 1991, li rrakomanda t-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali bit-tmiem tal-ftehim bilaterali, b'mod partikolari bejn reġjunijiet u pajjiżi involuti fl-esportazzjoni, importazzjoni u transitu ta' dawn is-sustanzi kimiċi;

KONVINTI lil-kummerċ internazzjonali joħloq fattur speċifiku ta' riskju u arranġamenti ta' koperazzjoni bejn ir-reġjonijet konċernati biss jistgħu ineħħu dan il-periklu, b'mod partikolari billi jagħqdu il-kontroll bejn l-esportazzjoni u l-importazzjoni;

IKKONFERMAW ir-rabta komuni tagħhom li jfasslu mekaniżmi t'għajnuna u ta' koperazzjoni bejn l-Ekwador u l-Komunità biex jiġġieldu l-bdil ta' l-użu ta' sustanzi kontrollati għal skopijiet illegali, b'mod conform mal-orjentazzjonijiet u l-azzjonijiet li humadeċiżi fuq livell internazzjonali;

IRRIKONOXXEW li dawn is-sustanzi kimiċi huma użati wkoll prinċipalment u ħafna għal skopijiet leġittimi u li l-kummerċ internazzjonali ma' jistax jiġi mxekkel b'proċeduri eċċessivi ta' monitjar;

IDDEĊIDEW li jikkonkludu Ftehim dwar il-kontroll ta' prekursuri u sustanzi kimiċi li huma użati ta' spiss fil-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropikali, u, s'issa, innominaw bħala plenipotenzarji tagħhom:

IL-KOMUNITÀ EWROPEA:

IR-REPUBBLIKA TA' L-EKWADOR:

LI, wara li bidlu bejn xulxin il-kredenzali tal-poteri kollha tagħhom, sabu f'forma tajba u mistħoqqa,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Skop tal-ftehim

1. Dan il-Ftehim ifassal miżuri biex tissaħħaħ il-koperazzjoni amministrattiva bejn il-Partijiet Kontraenti biex ma jitħalliex l-bdil ta' l-użu ta' sustanzi użati ta' spiss fil-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropikali, mingħajr preġudizzju għar-rikonoxximent dovut ta' l-interessi leġittimi tal-kummerċ u l-industrija.

2. Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħinu lil xulxin, kif imfassal f'dan il-Ftehim, speċjalment fi:

- l-immonitjar tal-kummerċ bejniethom ta' sustanzi kontrollati, bil-ħsieb li ma jitħalliex l-bdil ta' l-użu tagħhom għal skopijiet illegali,

- li jipprovdu għajnuna amministrattiva li tassigura li d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' kontroll tal-kummerċ tas-sustanzi relevanti jiġu applikati kif suppost.

3. Mingħajr preġudizzju għal emendi possibli li jistgħu jiġu addottati fil-kompetenza tal-Grupp Konġunt li jsegwi, dan il-Ftehim japplika għas-sustanzi kimiċi msejħa fl-Anness tal-Konvenzjoni tan-NU ta' l-1988 dwar it-Traffikar Illegali ta' Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropikali kif emendat, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa sustanzi kontrollati".

Artikolu 2

Immonitjar tal-kummerċ

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw u jinfurmaw lil xulxin fuq l-inizjattiva tagħhom personali dwar kull suspett li sustanzi kontrollati jistgħu jiġu użati għall-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropikali, b'mod partikolari meta issir tagħbija f'kwantitajiet mhux tas-soltu jew taħt ċirkustanzi mhux tas-soltu.

2. Għas-sustanzi kkontrollati msejħa fl-Anness A ta' dan il-Ftehim, l-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li qed tesporta għandha, fl-istess ħin li tinħareġ l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni u qabel it-tluq tal-kunsinna, tgħaddi kopja ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li qed timporta. Informazzjoni speċifika għandha tiġi provduta fejn ikun ta' ġid għall-operatur, fil-pajjiż li minnu issir l-esportazzjoni, minn awtorità miftuħa individwali li tkoppri operazzjonijiet għall-esportazzjoni multiplikata.

3. Għas-sustanzi kkontrollati msejħa fl-Anness B ta' dan il-Ftehim, l-esportazzjoni għandha tkun awtorizzata biss meta l-Parti Kontraenti li qed timporta tkun tat il-konsensus tagħha.

4. Il-Partijiet Kontraenti ntrabbtu li jipprovdu, wieħed lill-ieħor u fil-ħin, rispons dovut dwar kull informazzjoni provduta jew miżura mitluba f'dan l-Artikolu.

5. Meta jiġu implimentati l-miżuri tal-kontroll tal-kummerċ imsemmija iżjed ‘il fuq, l-interessi leġittimi tal-kummerċ għandhom jiġu rispettati kif imiss. B'mod partikolari, fil-każijiet msejħa fil-paragrafu 3, ir-risposta mill-Parti Kontraenti li qed timporta għandha tiġi provduta fi żmien 15-il ġurnata ta' xogħol wara li tkun irċeviet il-messaġġ mill-Parti Kontraenti li qed tesporta. In-nuqqas ta' tweġiba f'dan id-dewmien għandu jitqies bħala permess għall-awtorità ta' l-importazzjoni. Iċ-ċaħda biex jingħata permess ta' awtorità għall-importazzjoni għandha tiġi notifikata bil-kitba lill-Parti Kontraenti li qed tesporta f'daż-żmien ta' dewmien u għandha tkun msaħħa.

Artikolu 3

Sospenzjoni ta' tagħbija

1. Mingħajr preġudizzju għal kull implimentazzjoni possibbli ta' miżuri tekniċi ta' infurzar, it-tagħbijiet għandhom jiġu sospiżi jekk, fl-opinjoni ta' xi wieħed mill-Parti Kontraenti, ikunu hemm raġuni xierqa biex jemmnu li xi sustanzi kontrollati jistgħu jiġu użati għall-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropikali, jew fejn, fil-każijiet diskussi fl-Artikolu 2(3), il-Parti Kontraenti li qed timporta titlob is-sospenzjoni.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw billi jfornu lil xulxin kull informazzjoni relatata ma' l-operazzjonijiet presunti ta' bdil ta' l-użu.

Artikolu 4

Assistenza amministrattiva reċiproka

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom ifornu lil xulxin, jew fuq l-inizjattiva tagħhom jew fuq xi talba, kull informazzjoni biex ma jħallux il-bdil ta' l-użu ta' sustanzi kontrollati għall-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropikali u għandhom jinvestigaw każijiet ta' suspett ta' bdil ta' l-użu. Fejn hemm bżonn huma għandhom jaddotaw miżuri xierqa ta' prekawzjoni biex ma jħallux li jsir bdil ta' l-użu.

2. Kull talba għall-informazzjoni jew miżuri ta' prekawzjoni għandha tiġi mħarsa malajr kemm jista' jkun.

3. Talbiet għall-għajnuna amministrattiva għandhom jiġu esegwiti b'mod konform mal-liġijiet, regolamenti u strumenti oħra legali tal-Parti Kontraenti li talbet.

4. Uffiċjali ta' Parti Kontraenti jistgħu, bi qbil mal-Parti Kontraenti l-oħra, ikunu preżenti għall-inkjesti magħmula fit-territorju ta' dan ta' l-aħħar.

5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħinu lil xulxin biex iħaffu id-disposizzjoni tax-xiehda.

6. Għajnuna amministrattiva prevvista f'dan l-Artikolu m'għandiex tipreġudika r-regoli li jmexxu għajnuna legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, lanqas m'għandha tiġi applikata għal informazzjoni miksuba taħt poteri mħarrġa fuq talba ta' xi awtorità ġudizzjarja, sakemm l-awtorità ma tiddeċidiex dan.

7. Informazzjoni tista' tintalab għal sustanzi kimiċi li huma ta' spiss użati fil-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropikali imma li m'humiex inklużi fl-iskop ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Skambju ta' informazzjoni u konfidenzalità

1. Kull informazzjoni komunikata f'kull forma skond dan il-Ftehim għandha tkun ta' natura privata jew restritta, jiddependi skond ir-regoli applikati f'kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Hi għandha tkun koperta bl-obbligazzjoni ta' sekretezza uffiċjali u għandha tgawdi il-protezzjoni estiża ta' informazzjoni simili taħt il-liġijiet relevanti tal-Parti Kontraenti li rċevietha u d-disposizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-awtoritajiet tal-Komunità.

2. Skambju t'informazzjoni li għandha x'taqsam ma' persuni jista' jseħħ biss fejn il-parti Kontraenti li se tirċievi l-informazzjoni taqbel li tipproteġi informazzjoni bħal din għall-inqas bl-istess mod bħal dak applikat f'dak il-każ partikolari mill-Parti Kontraenti li forniet l-informazzjoni.

3. L-Informazzjoni miksuba għandha tintuża' biss għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim. Fejn waħda mill-Partijiet Kontraenti titlob l-użu ta' informazzjoni bħal din għal skopijiet oħra, din għandha titlob għal konsensus bil-miktub minn qabel ta' l-awtorità li forniet l-informazzjoni. Barra minn dan, użu bħal dan għandu jkun suġġett għar-restrizzjonijiet stabbiliti minn dik l-awtorità.

4. Il-Paragrafu 3 mhux se jfixkel l-użu ta' informazzjoni fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi mwaqqfa sussegwentament f'każ ta' nuqqas ta' ħarsien fil-leġiżlazzjoni ta' kontroll ta' sustanzi. L-awtorità kompetenti li forniet dik l-informazzjoni għandha tkun notifikata b'użu bħal dan.

Artikolu 6

Eċċezzjonijiet għall-obbligazzjoni biex tingħata l-għajnuna

1. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jirrifjutaw li jagħtu għajnuna kif prevvist f'dan il-Ftehim, jekk biex jagħmlu hekk:

(a) x'aktarx tippreġudika s-sovranità ta' l-Ekwador jew ta' xi Stat Membru tal-Komunità;

(b) x'aktarx tippreġudika l-polza pubblika, is-sigurtà jew interessi oħra essenzali, b'mod partikolari il-każijiet msejħa fl-Artikolu 5(2); jew

(ċ) tikser xi sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2. Jekk Parti Kontraenti waħda titlob għajnuna li hi ma setgħetx tforni lilha nfisha totalment jew parzjalment fuq talba simili, hi għandha tgħid dis-sitwazzjoni fit-talba tagħha. Il-Parti Kontraenti l-oħra għandha mbagħad tiddeċiedi b'liema mod hi tista' tħares din it-talba.

3. Jekk l-għajnuna tiġi rifjutata, id-deċiżjoni u r-raġunijiet ta' l-ispjegazzjoni tagħha għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien lill-Parti Kontraenti l-oħra.

Artikolu 7

Koperazzjoni teknika u xjentifika

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw fl-identifikazzjoni ta' metodi ta' diversion ġodda kif ukoll kontramiżuri xierqa, inkluż koperazzjoni teknika biex jissaħħu l-istrutturi amministrattivi u l-istrutturi ta' l-infurzar f'dan il-qasam u biex imexxu ‘l quddiem l-koperazzjoni mal-kummerċ u ma' l-industrija. Koperazzjoni teknika bħal din tista' tikkonċerna, b'mod partikolari, taħriġ u programmi ta' skambju għall-uffiċċjali konċernati kif ukoll l-apparat neċessarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Miżuri għall-implimentazzjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iħabirku biex jimplimentaw dan il-Ftehim billi jagħtu każ il-bżonn ta' mezz konsistenti ta' leġiżlazzjoni ta' kontroll tas-sustanzi għar-reġjun inter-Amerikan kollu.

2. Kull Parti Kontraenti għandha taħtar awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti biex jikkordinaw l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Dawn l-awtoritajiet għandhom jikkomunikaw direttament ma' xulxin għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim.

3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu lil xulxin infurmati bid-disposizzjonijiet li huma jaddottaw għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Grupp Konġunt li jsegwi

1. Grupp Konġunt li jsegwi dwar il-kontroll ta' prekursuri u sustanzi kimiċi hu hawnhekk stabbilit, hawnhekk iżjed "il quddiem msejjaħ il-Grupp Konġunt li jsegwi", li ġo fih ħa jkun hemm rappreżentat kull Parti Kontraenti ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Grupp Konġunt li jsegwi għandu jaġixxi bi ftehim reċiproku. Normalment dan għandu jiltaqa' darba fis-sena, bid-data, post u programm jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku. Sa fejn ikun possibli, dawn il-laqgħat għandhom jiġu organizzati fl-istess waqt bħal dawk ta' komunitajiet konġunti jew gruppi konġunti oħra stabbiliti bejn il-Komunità u l-Istati Membri l-oħra ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Istati Amerikani.

Laqgħat straordinarji tal-Grupp Konġunt li jsegwi jistgħu isiru bi ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti.

3. Il-Grupp Konġunt li jsegwi għandu jaddotta regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 10

Rwol tal-Grupp Konġunt li jsegwi

1. Il-Grupp Konġunt li jsegwi għandu jamministra dan il-Ftehim u jassigura l-implimentazzjoni proprja tiegħu. Għal dan il-għan:

- hu għandu jistudja u joħloq l-mezzi neċessarji biex jassigura l-funzjoni korretta tal-Ftehim preżenti,

- hu għandu jkun infurmat regulament mill-Partijiet Kontraenti bl-esperjenzi tagħhom fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim,

- fil-każijiet prevvisti fil-paragrafu 2, hu għandu jieħu d-deċiżjonijiet,

- fil-każijiet prevvisti fil-paragrafu 3, hu għandu jagħmel ir-rakkmandazzjonijiet,

- hu għandu jistudja u joħloq il-miżuri t'għajnuna teknika msejħa fl-Artikolu 7,

- hu għandu jistudja u joħloq forom oħra possibbli ta' koperazzjoni f'affarijiet relatati ma' prekursuri u sustanzi kimiċi.

2. Il-Grupp Konġunt li jsegwi għandu jaddotta b'konsensus reċiproku deċiżjonijiet biex jemendi l-Annessi A u B.

Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jiġu approvati mill-Partijiet Kontraenti bi qbil mal-leġislazzjoni tagħhom nfushom.

Jekk, fil-Grupp Konġunt li jsegwi, rappreżentant ta' Parti Kontraenti ikun aċċetta deċiżjoni bil-kondizzjoni li jintemmu il-proċeduri neċessarji għal dak il-għan, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ, jekk l-ebda data ma tkun imsemmija fiha, fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara li t-tmiem jiġi notifikat.

3. Il-Grupp Konġunt li jsegwi għandu jirrakomanda lill-Partijiet Kontraenti:

(a) emendi f'dan il-Ftehim;

(b) kull miżura oħra li hi mitluba għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 11

Ftehim ieħor

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jitqiegħdu flokk id-disposizzjonijiet ta' ftehim bilaterali li ġie mitmum bejn Stat Membru ndividwali jew ħafna Stati Membri tal-Komunità u l-Ekwador jekk dawn m'humiex kompatibbli ma' ta' dawk imsemmija qabel. Dan il-ftehim bilaterali m'għandux jippreġudika d-disposizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti fi ħdan il-Komunità ta' xi informazzjoni miksuba f'materja koperta b'dan il-Ftehim li tista' tkun ta' interess għal Komunità.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin b'kull miżuria f'materji ta' kontroll ta' sustanzi meħud f'pajjiżi oħra.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-data tad-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, skond ir-regoli applikati għal kull Parti Kontraenti.

2. L-istrumenti msejħa fil-paragrafu 1 għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandhom iservu bħala depożitu.

3. Id-depożitu għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti d-data tad-depożitu ta' l-istrumenti msejħa fil-paragrafu 1 għal kull Parti Kontraenti u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 13

Dewmien u denunzja

1. Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal ħames snin u, sakemm mhux iddisponut b'mod ieħor, dan għandu jiġi mġedded bla kliem għal perjodi suċċessivi ta' l-istess dewmien.

2. Dan il-Ftehim għandu jiġi emendat b'konsensus reċiproku tal-Partijiet Kontraenti.

3. Kull Parti Kontraenti tista' tirtira minn dan il-Ftehim basta hi tagħmel avviż bil-kitba tnax-il xahar minn qabel lill-Parti Kontraenti l-oħra.

Artikolu 14

Testi awtentiċi

Dan il-Ftehim, li hu miktub doppju bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bl-Isvediż, it-testijiet huma kollha awtentiċi ndaqs, għandhom jiġu depożitati fl-arkivji tas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandha toħroġ kopja ċertifikata tiegħu lil kull Parti Kontraenti.

Hecho en Madrid, el dieciocho de diciembre de mil novecientos noventa y cinco.Udfærdiget i Madrid den attende december nitten hundrede og femoghalvfems.Geschehen zu Madrid am achtzehnten Dezember neunzehnhundertfünfundneunzig.Έγινε στη Μαδρίτη, στις δεκαοκτώ Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.Done at Madrid on the eighteenth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-five.Fait à Madrid, le dix-huit décembre mil neuf cent quatre-vingt-quinze.Fatto a Madrid, addì diciotto dicembre millenovecentonovantacinque.Gedaan te Madrid, de achttiende december negentienhonderd vijfennegentig.Feito em Madrid, em dezoito de Dezembro de mil novecentos e noventa e cinco.Tehty Madridissa kahdeksantenatoista päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäviisi.Som skedde i Madrid den artonde december nittonhundranittiofem.

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaFor Europeiska gemenskapen

+++++ TIFF +++++

Por la República de EcuadorFor Republikken EcuadorFür die Republik EcuadorΓια τη Δημοκρατία του ΙσημερινούFor the Republic of EcuadorPour la république de l'EquateurPer la Repubblica dell'EcuadorVoor de Republiek EcuadorPela República da EquadorEcuadorin tasavallan puolestaFör Republiken Ecuador

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS A

Sustanzi suġġetti għal miżuri msejħa fl-Artikolu 2(2)

Methyl ethyl ketone

Toluene

Permanganat tal-potassju

Aċidu Sulfuriku

Aċetun

Etile etere

Aċidu idrokloriku

Aċidu anidride

Aċidu antranilliku

Aċidu fenilatiku

Piperidine

--------------------------------------------------

ANNESS B

Sustanzi suġġetti għal miżuri msejħa fl-Artikolu 2(3)

--------------------------------------------------

Fuq

Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet