Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni - Taqsima 1: Regoli li japplikaw għal impriżi - Artikolu 101 (ex Artikolu 81 TKE)
ĠU C 115, 9.5.2008, p. 88–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Artikolu 101
(ex Artikolu 81 TKE)
1. Is-segwenti għandhom ikunu inkompatibbli mas-suq intern u għandhom ikunu projbiti: l-akkordji kollha bejn impriżi, id-deċiżjonijiet kollha ta' assoċjazzjonijiet bejn impriżi u l-prattiċi kollha miftiehma li jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, partikolarment dawk li jinvolvu:
a) l-iffissar dirett jew indirett tal-prezzijiet ta' l-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta' kondizzjonijiet oħra tan-negozju,
b) il-limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni, tas-swieq, ta' l-iżvilupp tekniku jew ta' l-investiment,
ċ) it-taqsim tas-swieq jew it-taqsim ta' fonti ta' provvista,
d) l-applikazzjoni ta' kondizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet ekwivalenti ma partijiet oħra, li b' hekk jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv,
e) is-suġġettar tal-konklużjoni ta' kuntratt għall-aċċettazzjoni, mill-parti l-oħra, ta' obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.
2. L-akkordji jew deċiżjonijiet projbiti bid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jkunu awtomatikament nulli.
3. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu dikjarati inapplikabbli fil-każ ta' xi wieħed milli ġejjin, jiġifieri:
- akkordji jew kategoriji ta' akkordji bejn impriżi,
- deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew kategoriji ta' deċiżjonijiet assoċjazzjonijiet ta' impriżi,
- prattiċi miftiehma jew kategoriji ta' prattiċi miftiehma
li jikkontribwixxu sabiex itejbu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta' prodotti, jew sabiex jippromwovu progress tekniku jew ekonomiku waqt li fl-istess ħin, jassiguraw li l-konsumaturi jkollhom sehem ġust mill-benefiċċji li joħorġu minnhom, izda li ma:
a) jimponux fuq l-impriżi interessati restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-kisba ta' l-għanijiet ta' hawn fuq,
b) jagħtux lil dawn l-impriżi l-possibiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni f'parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.
--------------------------------------------------
| Fuq |