Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI - Artikolu 24 (ex Artikolu 21 TKE)
ĠU C 115, 9.5.2008, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Artikolu 24
(ex Artikolu 21 TKE)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini skond l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż in-numru minimu ta' Stati Membri li minnhom iridu jiġu ċ-ċittadini li jippreżentawha.
Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu jkollu d-dritt li jressaq petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 227.
Kull ċittadin ta' l-Unjoni jista’ jressaq rikors quddiem l-Ombudsman stabbilit skond l-Artikolu 228.
Kull ċittadin ta' l-Unjoni jista' jikteb lil kull waħda mill-istituzzjonijiet, korpi u organi imsemmija f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea b'waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 55 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u jkollu tweġiba bl-istess lingwa.
--------------------------------------------------
| Fuq |