Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA TA' L-UNJONI - Artikolu 24 (ex Artikolu 21 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0058 - 0058
Artikolu 24 (ex Artikolu 21 TKE) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini skond l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż in-numru minimu ta' Stati Membri li minnhom iridu jiġu ċ-ċittadini li jippreżentawha. Kull ċittadin ta' l-Unjoni għandu jkollu d-dritt li jressaq petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 227. Kull ċittadin ta' l-Unjoni jista’ jressaq rikors quddiem l-Ombudsman stabbilit skond l-Artikolu 228. Kull ċittadin ta' l-Unjoni jista' jikteb lil kull waħda mill-istituzzjonijiet, korpi u organi imsemmija f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea b'waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 55 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u jkollu tweġiba bl-istess lingwa. --------------------------------------------------