Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/3592 |
17.6.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-14 ta’ Marzu 2024 – Proċeduri kriminali kontra MA
(Kawża C-202/24, Alchaster (1) )
(C/2024/3592)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Proċeduri kriminali kontra
MA
Domanda preliminari
1) |
Fejn, skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni tat-30 ta’ Diċembru 2020 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (2) (li jinkorpora d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/JHA) (3)) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni Qafas 2002/584”), tintalab konsenja għall-finijiet ta’ azzjonijiet kriminali għal reati terroristiċi u l-persuna kkonċernata tipprova tirreżisti tali konsenja billi tallega li din tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”) u tal-Artikolu 49(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) minħabba li ġiet introdotta, wara d-data tar-reat allegat li fir-rigward tiegħu l-konsenja tiegħu tkun mitluba, miżura leġiżlattiva li tibdel il-parti tal-piena li neċessarjament tkun ta’ priġunerija u l-modalitajiet għal ħelsien kundizzjonali, u fejn japplikaw il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
B’teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 52(3) tal-Karta u tal-obbligu ta’ lealtà bejn l-Istati Membri u bejn dawk obbligati li jwettqu konsenja abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 u tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit, huwa permess li qorti li kontra d-deċiżjoni tagħha ma hemm l-ebda dritt ta’ appell, fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, tikkonkludi li l-persuna rikjesta ma stabbilixxietx l-eżistenza ta’ riskju reali li l-konsenja tagħha tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 49(2) tal-Karta, jew tali qorti hija obbligata twettaq xi investigazzjoni ulterjuri, u jekk iva, x’inhuma n-natura u l-portata ta’ din l-investigazzjoni?
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3592/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)