Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/672 |
13.11.2023 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2023 – beckberg vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ fellus li qiegħed ifaqqas)
(Kawża T-595/23)
(C/2023/672)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: beckberg GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ fellus li qiegħed ifaqqas) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 567 560
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2023 fil-Każ R 41/2023-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’, sa fejn mitlub, ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li għaliha saret applikazzjoni.
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/672/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)