European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/226

23.10.2023

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2023 – Jopp – Pol Eksport – Import Ryszard Jopp – Krzysztof Jopp vs EUIPO – SmarTT [Nogi (meble-)]

(Kawża T-554/23)

(C/2023/226)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Przedsiębiorstwo produkcyjno – usługowo – handlowe Jopp – Pol Eksport – Import Ryszard Jopp – Krzysztof Jopp sp.j. (Ryczywół, il-Polonja) (rappreżentant: A. Korbela, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SmarTT sp. z o.o. (Kobielice, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju ta’ saqajn tal-għamara – disinn Komunitarju Nru 3 844 620-0001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 367/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2023 mogħtija fil-Każ R 367/2022-3, li ddikjarat invalidu RCD 003844620-0001

tannulla (li tippreċedi d-deċiżjoni msemmija hawn fuq) id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2022 mogħtija fil-Każ Nru ICD 114 423, li ddikjarat invalidu d-disinn Komunitarju RCD 003844620-0001;

tibgħat lura għal eżami mill-ġdid quddiem l-EUIPO it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju RCD 003844620-0001 tal-4 ta’ Diċembru 2020 mressqa minn SmarTT Spółka z o. o.;

tobbliga lill-Uffiċċju jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 61(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji, inkluż:

a)

li jiddefinixxi b’mod korrett il-kunċett ta’ “utent informat” li jista’ jkun għalkollox kemm il-bejjiegħ jew fornitur kif ukoll il-konsumatur, iżda ebda persuna li qatt ma tixtri prodotti li fihom ġie applikat u użat id-disinn Komunitarju suġġett għal protezzjoni;

b)

li ma jiffavorixxix lill-operaturi li japplikaw prattiki kummerċjali żleali;

c)

li ma jużax bħala prova tal-iżvelar ta’ elementi ta’ skwalifika li l-kwalità tagħhom ma tippermettix li jiġu pparagunati mad-disinn Komunitarju inkwistjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li fih huwa enfasizzat li l-għan tal-istabbiliment tiegħu huwa li tiġi ggarantita l-kompetizzjoni leali;

Ksur tal-Artikolu 3(a) u (ċ), tal-Artikolu 4(2)(a) u (b), tal-Artikolu 4(3), tal-Artikolu 5(1), tal-Artikolu 7(1), tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1), mal-Artikolu 59, mal-Artikolu 62, mal-Artikolu 65 kif ukoll mal-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/226/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)