18.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/39 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2023 – Bartex Bartol vs EUIPO – Grupa Chorten (duch puszczy)
(Kawża T-473/23)
(2023/C 329/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bartex Bartol sp. z o.o sp. k. (Nowy Tomyśl, il-Polonja) (rappreżentant: A. Gierczak, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupa Chorten (Białystok, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “duch puszczy” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 668 213
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2023 fil-Każ R 1450/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-kawża u rimbors tal-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 54(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bordijiet tal-Appell; |
— |
Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikolu 52 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bordijiet tal-Appell u mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625; |
— |
Ksur tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 u tal-Artikolu 52 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bordijiet tal-Appell. |