18.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/31


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2023 – Blue Underwriting Agency vs EUIPO – Blue Assistance (blue is underwriting)

(Kawża T-447/23)

(2023/C 329/44)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Blue Underwriting Agency Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Pappalardo u D. De Pasquale, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Blue Assistance SpA (Torino, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “blue is underwriting” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 541 798

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 612/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

konsegwentement, permezz ta’ bdil tad-deċiżjoni kkontestata, tiddikjara bħala infondata l-oppożizzjoni mressqa minn Blue Assistance SpA, indirizzata kontra s-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17541798 ippreżentata minn Blue Underwriting Agency Srl fit-28 ta’ Novembru 2017, u, għalhekk, tiċħadha fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti preżenti u dawk sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell

Motiv invokat

Ksur tal-artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.