4.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/16


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2023 – Stada Arzneimittel v EUIPO – Bioiberica (DAOgest)

(Kawża T-396/23)

(2023/C 314/20)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate, R. Kaase u K. Schmid-Burgk, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bioiberica, SAU (Palafolls, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DAOgest” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 332 942

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2023 fil-Każ R 1384/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.