14.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/39


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2023 – AC Marca Brands vs EUIPO – den Ouden (SANITIEN)

(Kawża T-345/23)

(2023/C 286/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AC Marca Brands, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza u J. C. Quero Navarro, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Julia den Ouden (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SANITIEN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 384 320

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2023 fil-Każ R 1733/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lil Julia van Ouden għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;