19.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/52 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2023 – Azienda Agricola F.lli Bucelletti vs EUIPO – Sunservice (Lasti sabiex iżommu l-pjanti)
(Kawża T-210/23)
(2023/C 216/68)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Azienda Agricola F.lli Bucelletti Srl (Castiglion Fiorentino, l-Italja) (rappreżentant: A. Pagani, avukata)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sunservice Srl (Castiglione del Lago, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju (Lasti sabiex iżommu l-pjanti) – Disinn Komunitarju Nru 8 262 364-0001
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 370/2022-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, ukoll għar-rettifika tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-20 ta’ Jannar 2019 (proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru ICD 115 222), tiddikjara li l-mudell Komunitarju Nru 8262 364-0001 huwa invalidu; |
— |
tordna seduti għax-xhieda u kull spezzjoni jew verifika oħra fuq il-post meħtieġa sabiex terzi (esperti u/jew tekniċi) maħtura mill-Qorti Ġenerali jaċċertaw l-istat tal-impjanti msemmija fl-atti mir-rikorrenti għall-invalidità u x-xebh bejn il-lasti użati għat-twettiq tagħhom ma/ dawk imsemmija fil-mudell Komunitarju li d-dikjarazzjoni ta’ invalidità tagħhom hija mitluba; |
— |
tikkundanna lil Sunservice Srl tħallas l-ispejjeż tal-istanzi kollha tal-proċedura. |
Motivi invokati
— |
Applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-provi prodotti mir-rikorrenti għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-mudell ikkontestat; |
— |
Applikazzjoni żbaljata u/jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, u fi kwalunkwe rikonoxximent żbaljat u/jew nuqqas ta’ rikonoxximent tal-valur probatorju tal-provi prodotti pprovduta mir-rikorrent għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-finijiet tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002; |
— |
Applikazzjoni żbaljata u/jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tar-rekwiżit tan-novità msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002; |
— |
Applikazzjoni żbaljata u/jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tar-rekwiżit tan-natura individwali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, kemm f’termini ta’ identifikazzjoni żbaljata u/jew in-nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-figura tal-utent infurmat, kif ukoll tal-applikazzjoni żbaljata u/jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-kriterji ta’ tqabbil “mudell fuq mudell”. |