15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/36


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2023 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-156/23)

(2023/C 173/47)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, S. Żyrek, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea mogħtija fl-ittra tat-13 ta’ Jannar 2023 (1), dwar it-tpaċija ta’ ammont bħala pagament ta’ penalità ta’ kuljum deċiża permezz tad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ottubru 2021 (Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-204/21 R, EU:C:2021:878) għall-perijodu mit-30 ta’ Awwissu sat-28 ta’ Ottubru 2022;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi bbażati fuq il-ksur tal-Artikoli 101 u 102, b’rabta mal-Artikolu 98 tar-Regolament 2018/1046 (2), minħabba li ġiet applikata l-proċedura ta’ rkupru tad-dovut permezz ta’ tpaċija, minkejja li d-digriet tas-27 ta’ Ottubru 2021 impona pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum sal-eżekuzzjoni tad-digriet tal-14 ta’ Lulju 2021 (Il-Kummissjoni vs Il-Polonja, C-204/21 R, EU:C:2021:593), meta fil-15 ta’ Lulju 2022 ma baqgħux jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li s-sospensjoni tal-applikazzjoni tagħhom kienet meħtieġa mid-digriet tal-14 ta’ Lulju 2021.


(1)  Ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Jannar 2023. Ref. ARES(2023)240070.

(2)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).