20.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/41


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2023 – W.B. Studio vs EUIPO – E.Land Italy (BELFE)

(Kawża T-50/23)

(2023/C 104/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: W.B. Studio Sas di Wivian Bodini & C. (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: V. Piccarreta u G. Romanelli, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E.Land Italy Srl (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BELFE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 139 501

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 869/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u, konsegwentement, tiddikjara r-revoka tat-trade mark inkwistjoni;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-proċeduri preżenti, inklużi l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) flimkien mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.