11.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2023 – UG vs ERCEA

(Kawża T-45/23)

(2023/C 127/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UG (rappreżentant: N. Flandin, avukata)

Konvenut: Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tar-Riċerka

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2021 tar-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2021 sa fejn fih il-kummenti kkontestati;

tannulla wkoll, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-ERCEA tas-26 ta’ Ottubru 2022 billi ma laqgħetx l-ilment tar-rikorrenti kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha għas-sena 2021;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni, b’teħid inkunsiderazzjoni żbaljat ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni preċedenti, bi ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u bi ksur tal-prinċipju ta’ natura annwali tal-evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata u l-kummenti kkontestati huma vvizzjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, bi ksur tal-prinċipju ta’ premura, b’nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest professjonali mfixkel, b’mod partikolari, mill-pandemija tal-COVID fl-2021 u b’kummenti ta’ natura sproporzjonata meta mqabblin mar-realtà tas-sitwazzjoni.