Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/1288 |
11.12.2023 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2023 minn Vincent Thunus et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-666/20
(Kawża C-561/23 P)
(C/2023/1288)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Vincent Thunus, Jaime Barragán, Alexandra Felten, Manuel Sutil, Patrick Vanhoudt (rappreżentant: L. Levi, avukata)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment; Marc D’hooge.
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-666/20; |
— |
konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant
|
— |
tikkundanna lill-appellant għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Fir-rigward tal-illegalità tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Lulju 2017: ksur tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I tagħhom – ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-qorti – żnaturament tal-provi. |
2. |
Fir-rigward tal-illegalità tad-deċiżjonijiet tat-12 ta’ Diċembru 2019 u tas-6 ta’ Frar 2020: ksur tal-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I tagħhom – ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-qorti – żnaturament tal-provi. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1288/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)