17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Marzu 2023 – Finanzamt X vs Y KG

(Kawża C-207/23, Finanzamt X)

(2023/C 252/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt X

Konvenut: Y KG

Domandi preliminari

1)

Meta persuna taxxabbli tittrasferixxi mingħajr ħlas is-sħana tal-impriża tagħha lil persuna taxxabbli oħra għall-attivitijet ekonomiċi ta’ din tal-aħħar (f’dan il-każ is-sħana provenjenti mill-impjant ta’ koġenerazzjoni ta’ fornitur tal-elettriku partikolari lil impriża agrikola sabiex jissaħnu għelieqi tal-ispraġ,_ din hija sitwazzjoni ta’ “[l]-applikazzjoni minn persuna taxxabbli ta’ merkanzija li tifforma parti mill-assi tan-negozju tagħha […] mingħajr ħlas” fis-sens tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT” (1)?

Il-fatt li l-benefiċjarju taxxabbli juża s-sħana għal għanijiet li jagħtuh dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għandu effett f’dan ir-rigward?

2)

L-elementi li jikkostitwixxu applikazzjoni ta’ merkanzija (Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-VAT) jillimitaw il-prezz tal-kost fis-sens tal-Artikolu 74 tad-Direttiva dwar il-VAT, b’tali mod li l-ispejjeż suġġetti għal VAT tal-input biss jidħlu fil-kalkolu tiegħu?

3)

Il-prezz tal-kost jinkludi unikament l-ispejjeż diretti ta’ manifattura jew ta’ produzzjoni jew ukoll l-ispejjeż indirettament imputabbli, bħal pereżempju spejjeż ta’ finanzjament?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.