3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Marzu 2023 – Centrul Român pentru Administrarea Drepturilor Artiștilor Interpreți (Credidam) vs Guvernul României, Ministerul Finanțelor

(Kawża C-179/23, Credidam)

(2023/C 235/14)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Guvernul României, Ministerul Finanțelor

Konvenut: Centrul Român pentru Administrarea Drepturilor Artiștilor Interpreți (Credidam)

Domandi preliminari

1)

Fir-rigward tad-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati, l-attività tas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva li tinvolvi l-ġbir, id-distribuzzjoni u l-ħlas ta’ remunerazzjoni, u li jkollha bħala korrispettiv il-kummissjoni li tali soċjetajiet jirċievu, tikkostitwixxi provvista ta’ servizzi, fis-sens tal-Artikolu 24(1) u tal-Artikolu 25(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-attività tas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva fir-rigward tad-detenturi tad-drittijiet tikkostitwixxi provvista ta’ servizzi fis-sens tad-Direttiva 2006/112 anki f’sitwazzjoni fejn huwa meqjus li d-detenturi tad-drittijiet, li f’isimhom is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva jirċievu r-remunerazzjoni, ma jipprovdux servizzi lill-utenti obbligati li jħallsu r-remunerazzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.