26.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-21 ta’ Marzu 2023 – HJ, IK, LM vs Twenty First Capital SAS
(Kawża C-174/23, Twenty First Capital)
(2023/C 223/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HJ, IK, LM.
Konvenut: Twenty First Capital SAS.
Domandi preliminari
1) |
|
2) |
Jekk mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li, wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva fid-dritt nazzjonali, il-maniġer tal-fondi ta’ investiment alternattivi huwa, għal ċertu perijodu, obbligat biss li jagħmel l-aħjar sforzi sabiex josserva l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżulta minn din id-direttiva, l-imsemmi maniġer ikun qiegħed josserva dan l-obbligu jekk, matul dan it-terminu, jimpjega impjegat jew jaħtar direttur ta’ kumpannija b’kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni li ma josservawx ir-rekwiżiti tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 13 tad-Direttiva? |