22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-10 ta’ Marzu 2023 – Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE vs Erg Eolica Ginestra Srl et

(Kawża C-148/23, Gestore dei Servizi Energetici)

(2023/C 179/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE

Partijiet oħra fil-proċedura: Erg Eolica Ginestra Srl, Erg Eolica Ginestra Srl, Erg Eolica Campania SpA, Erg Eolica Fossa del Lupo Srl, Erg Eolica Amaroni Srl, Erg Eolica Adriatica Srl, Erg Eolica San Vincenzo Srl, Erg Eolica San Circeo Srl, Erg Eolica Faeto Srl, Green Vicari Srl, Erg Wind Energy Srl, Erg Wind Sicilia 3 Srl, Erg Wind Sicilia 6 Srl, Erg Wind 4 Srl, Erg Wind 6 Srl, Erg Wind Sicilia 5 Srl, Erg Wind 2000 Srl, Erg Wind Sicilia 2 Srl, Erg Wind Sardegna Srl, Erg Wind Sicilia 4 Srl, Erg Hydro Srl, Erg Power Generation SpA, Ministero dello Sviluppo Economico

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikolari il-premessi 8, 14, 25 u l-Artikoli 1 u 3 tagħha, kif ukoll l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikkunsidrati fid-dawl tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tad-decreto legislativo 3 marzo 2011, n. 28 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 28 tat-3 ta’ Marzu 2011) u tad-decreto ministeriale 6 luglio 2012 (id-Digriet Ministerjali tas-6 ta’ Lulju 2012) – kif interpretata mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) – li tissuġġetta l-għoti tal-inċentivi għall-iffirmar ta’ kuntratti rregolati mid-dritt privat bejn GSE u l-entità responsabbli mill-impjant, anki fil-każ ta’ impjanti ta’ produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli li bdew joperaw qabel il-31 ta’ Diċembru 2012?


(1)  GU 2009, L 140, p. 16.