24.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Minden (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Marzu 2023 – N. A. K., E. A. K., Y. A. K. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-123/23, Khan Yunis (1))

(2023/C 261/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Minden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: N. A. K., E. A. K., Y. A. K.

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domanda preliminari

L-Artikolu 33(2)(d) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (2), moqri flimkien mal-Artikolu 2(q) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’dan l-Istat Membru għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli meta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata preċedentement fi Stat Membru ieħor kienet ġiet miċħuda b’mod definittiv bħala infondata minn dan l-Istat Membru ieħor?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa isem fittizju. Ma jikkorrispondi mal-isem reali ta’ ebda parti fil-proċedura.

(2)  ĠU 2013, L 180, p. 60.