19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/23


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2023 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-298/23, KD vs EUIPO

(Kawża C-5/23 P)

(2023/C 216/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Predonzani, K. Tóth, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: KD

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata (1);

tiċħad ir-rikors għal annullament bħala inammissibbli, jew tiċħdu bħala infondat jew, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssib li ma tistax tagħti deċiżjoni finali, tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali, u

tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż tal-proċeduri ta’ appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-EUIPO jinvoka erba’ aggravji.

Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, dirett kontra l-paragrafi 23 sa 31 tas-sentenza appellata, l-EUIPO jallega żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, moqrija flimkien mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, dirett kontra l-paragrafi 67, 72 sa 76, 79 u 80 tas-sentenza appellata, l-EUIPO jsostni żbalji ta’ liġi fir-rigward tan-natura legali tal-Fajl ta’ Prattika tal-Uffiċjal Responsabbli mir-Rapporti, il-ksur issanzjonat tad-dmir ta’ motivazzjoni u l-konsegwenzi li jitnisslu minn dan.

Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, dirett kontra l-paragrafi 93 u 96 sa 103 tas-sentenza appellata, l-EUIPO jallega distorsjoni tal-fatti u evalwazzjoni ħażina tal-provi.

Permezz tar-raba’ aggravju tiegħu, dirett kontra l-paragrafi 121 sa 129 tas-sentenza appellata, l-EUIPO jargumenta li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi fl-interpretazzjoni tagħha tad-dmir ta’ diliġenza u kisret id-dmir tagħha li tipprovdi motivazzjoni.


(1)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022, KD vs EUIPO (T-298/20, EU:T:2022:671; iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”).