6.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/30 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2022 – PB vs SRB
(Kawża T-789/22)
(2023/C 45/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PB (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Frar 2022; |
— |
tannulla, sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2022 li tiċħad l-ilment tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-konvenut sabiex jikkumpensa lir-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 50 000 bħala dannu kkawżat mill-ksur tad-dritt għal smigħ tiegħu u tad-drittijiet tad-difiża tiegħu; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) li t-talba għal assistenza tiegħu tiġi miċħuda, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u ta’ difetti proċedurali. Fil-kuntest tal-ewwel parti, ir-rikorrent jiddenunzja l-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza, l-impossibbiltà li wieħed jemmen fl-indipendenza tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ (iktar ’il quddiem l-“ASTK”) kif ukoll ir-rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni u l-provi essenzjali tal-proċess. Fil-kuntest tat-tieni parti, ir-rikorrent jiddenunzja l-ksur tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità fit-trattament tat-talba għal assistenza tiegħu, l-assenza ta’ osservanza tal-garanziji proċedurali, l-assenza ta’ implimentazzjoni ta’ proċedura ġusta u oġġettiva, u fl-aħħar l-ksur tal-Artikoli 4.2 u 4.3 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni dwar il-prevenzjoni tal-fastidju. Fil-kuntest tat-tielet parti, ir-rikorrent jiddenunzja l-assenza ta’ imparzjalità oġġettiva u suġġettiva kif ukoll il-preżenza ta’ kunflitti ta’ interess li vvizzjaw l-eżami tat-talba għal assistenza tiegħu. Fil-kuntest tar-raba’ parti, ir-rikorrent jiddenunzja l-ksur tad-dritt li jinstema’ b’mod effettiv mill-ASTK. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), il-ksur tad-dmir ta’ assistenza u ta’ premura kif ukoll fuq amministrazzjoni ħażina. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal. |