23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/73


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Pumpyankiy vs Il-Kunsill

(Kawża T-740/22)

(2023/C 24/99)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dmitry Alexandrovich Pumpyanskiy (Ekaterinburg, ir-Russja) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth, A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263, l-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 2(1)(f) u (g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2022/329/PESK tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), kif ukoll tal-Artikolu 3(1)(f) u (g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (3) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (4) (iktar il-quddiem il-“kriterji ta’ elenkar ikkontestati”);

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (5) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (6), sa fejn dawk l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent (entrata Nru 724);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill meta inkluda l-isem tar-rikorrent fl-annessi tal-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur illegali tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-dritt għall-ħajja privata u tal-familja, għad-dar u għall-komunikazzjonijiet, kif ukoll għal-proprjetà.

Barra minn hekk, ir-rikorrent iqajjem motiv ibbażat fuq l-Artikolu 277 TFUE, billi jsostni li l-kriterji ta’ elenkar ikkontestati huma f’konflitt irrisolvibbli mal-prinċipju ta’ prevedibbiltà, mal-valuri li fih u mal-Istat tad-dritt.


(1)  ĠU 2014, L 78, p. 16.

(2)  ĠU 2022, L 50, p. 1.

(3)  ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.

(4)  ĠU 2022, L 51, p. 1.

(5)  ĠU 2022, L 239, p. 149.

(6)  ĠU 2022, L 239, p. 1.