9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/42


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – Dr. Neumann & Kindler vs EUIPO – Laboratory Corporation of America Holdings (LABCORP)

(Kawża T-673/22)

(2023/C 7/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dr. Neumann & Kindler GmbH & Co. KG (Bochum, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Pfeifer u N. Gottschalk, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratory Corporation of America Holdings (Burlington, North Carolina, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LABCORP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 174 766

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ 182/2021-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.