26.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/32


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2022 – Melnichenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-498/22)

(2022/C 368/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Aleksandra Melnichenko (St. Moritz, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrenti tikser illegalment id-drittijiet tar-rikorrenti protetti mill-Artikoli 7, 17 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 92).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 153, p. 15).