4.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 257/42 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2022 – Melnichenko vs Il-Kunsill
(Kawża T-271/22)
(2022/C 257/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andrey Melnichenko (St. Moritz, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Lansky, P. Goeth, A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/397 tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/396 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) (iktar ’il quddiem l-“atti kkontestati”), sa fejn huma jikkonċernaw lir-rikorrent; u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegat ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-dritt għal ħajja privata u tal-familja, tad-dar u tal-komunikazzjonijiet, kif ukoll id-dritt għal proprjetà.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq allegat żball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kunsill meta inkluda isem ir-rikorrent fl-annessi tal-atti kkontestati.
|
(1) ĠU 2022, L 80, p. 31, rettifika fil-ĠU 2022, L 117, p. 118.
(2) ĠU 2022, L 80, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 117, p. 117.