20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-1 ta’ Diċembru 2022 – Staten og Kommunernes Indkøbsservice A/S vs BibMedia A/S

(Kawża C-737/22)

(2023/C 63/28)

Lingwa tal-kawża: il-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staten og Kommunernes Indkøbsservice A/S

Konvenut: BibMedia A/S.

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fitt-trattament sanċiti fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (1) u l-projbizzjoni konsegwenti tan-negozjati jipprekludu offerent li jkun ressaq it-tieni offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża b’rabta ma’ proċedura miftuħa għal lottijiet separati (ara l-Artikoli 27 u 46 id-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku) milli jingħata l-opportunità, wara li l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerta tkun skadiet, u skont it-termini ddeterminati minn qabel fl-ispeċifikazzjonijiet, li jipprovdu s-servizzi proposti f’lott taħt l-istess termini bħal offerent li jkun issottometta l-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża u li, għaldaqstant, jingħata lott ieħor li jinħareġ għall-offerti fl-istess ħin?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.