20.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Expedia Inc. vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-663/22)

(2023/C 63/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Expedia Inc.

Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domandi preliminari

1.

Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 15 tiegħu, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jew miżura adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti – bħal dawk imsemmija fil-parti ddedikata għall-motivi – li tobbliga lill-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online stabbiliti barra mill-pajjiż jippreżentaw dikjarazzjoni li jkun fiha informazzjoni mhux relatata mal-għanijiet tar-regolament?

2.

Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mitluba permezz tat-trażmissjoni tal-IES (dikjarazzjoni ekonomika sistematika) tista’ titqies li hija rilevanti u utli għall-implimentazzjoni adegwata u effettiva tar-Regolament (UE) 2019/1150?


(1)  ĠU 2019, L 186, p. 57.