24.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 408/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-6 ta’ Lulju 2022 – Caixabank SA et vs ADICAE et

(Kawża C-450/22)

(2022/C 408/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caixabank SA, Caixa Ontinyent SA, Banco Santander SA, sostitut tal-aventi kawża Banco Popular Español SA u Banco Pastor SA, Targobank, SA, Credifimo SAU, Caja Rural de Teruel SCC, Caja Rural de Navarra SCC, Cajasiete Caja Rural SCC, Liberbank SA, Banco Castilla La Mancha SA, Bankia SA, sostituta tal-aventi kawża Banco Mare Nostrum SA, Unicaja Banco, SA, Caja Rural de Asturias SA, Caja de Arquitectos SCC (Arquia Bank SA), Nueva Caja Rural de Aragón SC, Caja Rural de Granada SCC SA, Caja Rural del Sur SCC, Caja Rural de Jaén, Barcelona y Madrid SCC, Caja Rural de Albacete, Ciudad Real y Cuenca SCC (Globalcaja), Caja Laboral Popular SCC (Kutxa), Caja Rural Central SCC, Caja Rural de Extremadura SCC, Caja rural de Zamora SCC, Banco Sabadell SA, Banca March SA, Ibercaja, Banca Pueyo SA

Konvenuti: ADICAE, M.A.G.G., M.R.E.M., A.B.C., Óptica Claravisión SL, A.T.M., F.A.C., A.P.O., P.S.C., J.V.M.B., eredi ta’ C.M.R.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), fejn jagħmel riferiment għaċ-ċirkustanzi kollha preżenti waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, u l-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva, fejn jagħmel riferiment għal klawżoli simili, jippermettu l-evalwazzjoni ġudizzjarja astratta, għall-finijiet tal-istħarriġ tat-trasparenza fil-kuntest ta’ azzjoni kollettiva, ta’ klawżoli użati minn iktar minn mitt stabbiliment finanzjarju f’miljuni ta’ kuntratti bankarji, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni la tal-livell ta’ informazzjoni prekuntrattwali pprovduta fir-rigward tal-piż ġuridiku u ekonomiku tal-klawżola u lanqas taċ-ċirkustanzi l-oħra eżistenti f’kull każ konkret fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt?

2)

L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/13 jippermettu li jitwettaq stħarriġ astratt tat-trasparenza mill-perspettiva tal-konsumatur medju meta diversi mill-offerti kuntrattwali huma indirizzati lil diversi gruppi speċifiċi ta’ konsumaturi jew meta diversi stabbilimenti li joperaw f’oqsma ta’ attività li huma ekonomikament u ġeografikament differenti ħafna użaw klawżoli redatti minn qabel għal perijodu twil ħafna li matulu l-għarfien tal-pubbliku fir-rigward ta’ dawn il-klawżoli evolva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.