29.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-28 ta’ Ġunju 2022 – MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. vs Mercedes-Benz Group AG
(Kawża C-425/22)
(2022/C 326/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt.
Konvenut: Mercedes-Benz Group AG
Domandi preliminari
1) |
Meta kumpannija omm tippreżenta azzjoni għal kumpens għad-danni għal aġir antikompetittiv ta’ kumpannija oħra bl-għan li tikseb kumpens għad-dannu li rriżulta minn dan l-aġir esklużivament lis-sussidjarji tagħha, il-ġurisdizzjoni tal-qorti għandha tiġi stabbilita fis-sede tal-kumpannija omm, bħala l-post fejn seħħ l-avveniment dannuż fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1)? |
2) |
Il-fatt li, fil-mument tal-akkwisti differenti li huma s-suġġett tat-tilwima, mhux is-sussidjarji kollha kienu jappartjenu lill-grupp ta’ impriżi tal-kumpannija omm huwa rilevanti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012? |