3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/47 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottuburu 2021 – Paraskevaidis vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-698/21)
(2022/C 2/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Georgios Paraskevaidis (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Pappas u D.-A. Pappa, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2021 u l-ħlas bin-nifs tad-9 ta’ Marzu 2021 kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2021, li permezz tagħha l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kien ġie miċħud, sa fejn tinkludi motivi addizzjonali; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li d-deċiżjonijiet ikkontestati kisru l-prinċipju ta’ legalità. Qed jiġi invokat ukoll li l-Konklużjoni Riveduta Nru 237/05 (1) ma kinitx applikabbli għall-perijodu li fih ir-rikorrent talab l-allowance tal-edukazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Konklużjoni Riveduta Nru 237/05 kienet applikata retroattivament b’mod illegali. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Konklużjoni Riveduta Nru 237/05 kienet adottata mill-Kapijiet tal-Amministrazzjoni meta dan imur lil hinn mir-responsabbiltà tagħhom. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Konklużjoni Riveduta tikser l-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal |
(1) Konklużjoni Riveduta Nru 237/05 dwar l-allowance tal-edukazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal approvata mill-Kapijiet tal-Amministrazzjoni fil-248 laqgħa tagħhom fl-1 ta’ Lulju 2020.