13.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/29 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2021 – Norddeutsche Landesbank – Girozentrale vs SRB
(Kawża T-412/21)
(2021/C 368/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Norddeutsche Landesbank – Girozentrale (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Flore u J. Seitz, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-14 ta’ April 2021 (SRB/ES/2021/22) inklużi l-annessi tagħha, b’mod partikolari l-Anness I dwar ir-“Riżultati tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-istituzzjonijiet kollha suġġetti għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021, murija separatament (skont l-istituzzjoni) fl-Annessi Armonizzati” – sa fejn dawn huma rilevanti għar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq il-motivi li ġejjin.
1. |
L-ewwel motiv: ksur tad-dritt għal smigħ xieraq
|
2. |
It-tieni motiv: ksur tar-regoli proċedurali
|
3. |
It-tielet motiv: motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata
|
4. |
Ir-raba’ motiv: ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva minħabba li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tkun is-suġġett ta’ stħarriġ
|
5. |
Il-ħames motiv: l-applikazzjoni tal-indikatur IPS (Institutional Protection Scheme) tikkostitwixxi ksur tad-dritt f’livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi
|
6. |
Is-sitt motiv: in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-MREL (Minimum Requirements for own funds and Eligible Liabilities) fil-kuntest tal-qasam tar-r-riskju “Espożizzjoni għar-riskju” jikkostitwixxi ksur tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63
|
7. |
Is-seba’ motiv: l-applikazzjoni tal-mulitplikatur ta’ aġġustament fuq il-bażi tal-profil tar-riskju tikkostitwixxi ksur tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 2015/63
|
8. |
It-tmien motiv (sussidjarju): it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 tikkostitwixxi ksur tad-dritt f’livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi
|
(1) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).